Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0006(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0405/2007

Testi mressqa :

A6-0405/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2007 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0477

Testi adottati
DOC 47k
Il-Ħamis, 25 t'Ottubru 2007 - Strasburg Verżjoni finali
Ftehim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar fil-qasam tas-sajd *
P6_TA(2007)0477A6-0405/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' Ottubru 2007 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li li jirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar (COM(2007)0428 – C6-0064/2007 – 2007/0006(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata għal regolament tal-Kunsill (COM(2007)0428),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3) l-ewwwl subparagrafu tat-Trattat KE, skond liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0064/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83 (7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġit (A6-0405/2007),

1.  Japprova l-proposta emendata tar-Regolament tal-Kunsill hekk kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-Ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Madagaskar.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  Huwa importanti li titjieb l-informazzjoni pprovduta lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għal dan il-għan għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 tal-ftehim.
Emenda 3
Artikolu 3 a (ġdid)
Artikolu 3 a
Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-programm settorjali plurijennali deskritt fl-Artikolu 7 tal-Protokoll.
Emenda 4
Artikolu 3 b (ġdid)
Artikolu 3 b
Matul l-aħħar sena tal-validità tal-Protokoll u qabel ma jiġi konkluż ieħor li jġeddu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tal-ftehim u dwar il-kundizzjonijiet li bihom il-ftehim ġie implimentat.
Emenda 5
Artikolu 3 c (ġdid)
Artikolu 3 c
Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 3b u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill għandu jagħti lill-Kummissjoni, jekk ikun il-każ, mandat ta" negozjar għall-adozzjoni ta" protokoll ġdid.
Emenda 6
Artikolu 3 d (ġdid)
Artikolu 3 d
Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew il-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 9 tal-ftehim.
Aġġornata l-aħħar: 15 t'Awissu 2008Avviż legali