Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0020(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0365/2007

Testi mressqa :

A6-0365/2007

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/11/2007 - 5.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0501

Testi adottati
WORD 124k
It-Tlieta, 13 ta' Novembru 2007 - Strasburgu Verżjoni finali
Statistika Komunitarja tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol ***I
P6_TA(2007)0501A6-0365/2007
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness
 Anness
 Anness
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (COM(2007)0046 – C6-0062/2007 – 2007/0020(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0046),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0062/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0365/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi il-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol
P6_TC1-COD(2007)0020

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1) ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal -Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data (2) ,

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tal-Programm Statistiku ║b'konformità ma" l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ║89/382/KEE, Euratom(3) ,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(4) ,

Billi:

(1)  Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta" Settembru 2002 li tadotta programm ta" azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008)(5) , iddikjarat li l-element statistiku tas-sistema ta" l-informazzjoni dwar is-saħħa pubblika għandu jiġi żviluppat, b'kollaborazzjoni ma" l-Istati Membri, bl-użu kif ikun meħtieġ tal-programm statistiku tal-Komunità biex titħeġġeġ is-sinerġija u tiġi evitata d-duplikazzjoni.

(2)  L-informazzjoni tal-Komunità dwar is-saħħa pubblika ġiet żviluppata sistematikament permezz tal-programmi Komunitarji għas-saħħa pubblika. Mibnija fuq din il-ħidma, issa ħarġet lista ta" Indikaturi tas-Saħħa fil-Komunità Ewropeja (ECHI - European Community Health Indicators) li tagħti perspettiva ġenerali ta" l-istatus tas-saħħa, il-fatturi determinanti tas-saħħa u tas-sistemi tas-saħħa. Sabiex ikun disponibbli s-sett tad-data statistika minima meħtieġa għall-kalkolu ta" l-║ECHI, l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa għandha tkun konsistenti, meta jkun rilevanti u possibbli, ma" l-iżviluppi u l-kisbiet li jirriżultaw mill-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika.

(3)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ║tat-3 ta" Ġunju 2002 dwar Strateġija Komunitarja ġdida għas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (2002-2006)(6) talbet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jitħaffef ix-xogħol pendenti ta" armonizzazzjoni ta" l-istatistika dwar l-inċidenti fuq ix-xogħol u l-mard fuq il-post tax-xogħol, sabiex ikun hemm data komparabbli disponibbli li biha tista" ssir valutazzjoni oġġettiva ta" l-impatt u l-effettività tal-miżuri li jittieħdu taħt l-istrateġija Komunitarja l-ġdida, kif ukoll li ssir enfasi, f'sezzjoni speċifika, fuq il-ħtieġa li tiġi kkunsidrata ż-żieda fil-proporzjon ta' nisa fis-suq tax-xogħol u li wieħed iwieġeb għall-bżonnijiet speċifiċi tagħhom fir-rigward tal-politika dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol . Barra minn dan, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ║tad-19 ta" Settembru 2003 dwar l-iskeda Ewropea dwar il-mard fuq il-post tax-xogħol(7) irrakkomandat li l-Istati Membri għandhom progressivament jagħmlu l-istatistika tagħhom dwar il-mard fuq il-post tax-xogħol waħda kompatibbli ma" l-iskeda Ewropea, b'konformità mal-ħidma li qed titwettaq fl-armonizzazzjoni ta" l-istatistika Ewropea tal-mard fuq il-post tax-xogħol.

(4)  Fl-2002 il-Kunsill Ewropew ta" Barċellona rrikonoxxa tliet prinċipji ta" gwida għar-riforma fis-sistemi tal-kura tas-saħħa: aċċessibbiltà għal kulħadd, kura ta" kwalità għolja u sostenibbiltà finanzjarja għal temp ta" żmien twil. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni║ ta" l-20 ta" April 2004 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "l-immodernizzar tal-protezzjoni soċjali għall-iżvilupp ta" kura tas-saħħa u kura tas-saħħa fit-tul ta" kwalità għolja li jkunu aċċessibbli u sostenibbli: appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali li jużaw il-"metodu ta" koordinazzjoni miftuħa'"(COM(2004)0304) , ipproponiet li tinbeda ħidma biex jiġu identifikati indikaturi possibbli għall-għanijiet konġunti li jiġu żviluppati sistemi ta" kura msejsa fuq l-attivitajiet li jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta" azzjoni tal-Komunità dwar is-saħħa, l-istatistika tas-saħħa ta" l-Eurostat u l-kooperazzjoni ma" organizzazzjonijiet internazzjonali.

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta" Lulju 2002 li stabbiliet is-sitt Programm ta" Azzjoni Ambjentali tal-Komunità(8) tinkludi azzjoni dwar l-ambjent u s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja bħala preċedenza ewlenija, filwaqt li għamlet talba għad-definizzjoni u l-iżvilupp ta" indikaturi tas-saħħa u l-ambjent. Barra minn dan, mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta" Diċembru 2003 ħareġ li qed tintalab l-inklużjoni ta" indikaturi tal-bijodiversità u s-saħħa, taħt it-titolu "ambjent", fil-bażi tad-data ta" l-indikaturi strutturali użati fir-Rapport tar-Rebbiegħa annwali lill-Kunsill Ewropew; l-indikaturi tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol huma inklużi wkoll f'din il-bażi tad-data, taħt it-titolu "impjiegi". Is-sett ta" l-indikaturi ta" l-iżvilupp sostenibbli adottat mill-Kummissjoni fl-2005 jinkludi wkoll tema dwar l-indikaturi tas-saħħa pubblika.

(6)  Il-Pjan ta" Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (COM(2004)0416) finali) jirrikonoxxi l-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità, il-komparabbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data dwar l-istatus tas-saħħa fir-rigward ta" mard u disturbi marbuta ma" l-ambjent, bl-użu tal-Programm Statistiku Komunitarju.

(7)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ║tal-15 ta" Lulju 2003 li tippromwovi l-integrazzjoni ta" persuni b'diżabilità fl-impjieg u fis-soċjetà(9) , talbet lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jinġabar materjal statistiku dwar is-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabilità, inkluż dwar l-iżvilupp tas-servizzi u l-benefiċċji għal dan il-grupp. Barra minn dan, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tat-30 ta" Ottubru 2003 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "Opportunitajiet ugwali għall-persuni b'diżabilità - Pjan ta" azzjoni Ewropew (COM(2003)0650), iddeċidiet li tiżviluppa indikaturi tal-kuntest li huma komparabbli fl-Istati Membri kollha sabiex tivvaluta l-effettività tal-politika dwar id-diżabilità. Din indikat li għandu jsir użu massimu mis-sorsi u l-istrutturi tas-Sistema Statistika Ewropea, partikolarment permezz ta" l-iżvilupp tal-moduli armonizzati tas-servejs, biex tinkiseb l-informazzjoni statistika komparabbli internazzjonalment għall-monitoraġġ tal-progress.

(8)  Sabiex tkun żgurata r-rilevanza u l-komparabbiltà tad-data u tkun evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol, l-attivitajiet ta" l-Eurostat fil-qasam tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol iridu jitwettqu b'kooperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti u l-organizzazzjonijiet speċjali tagħha, bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), kif ukoll l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), fejn ikun rilevanti u possibbli. B'mod partikolari, sistema tal-ġbir ta" l-istatistika dwar is-Sistemi ta" Rendikont tas-Saħħa (Systems of Health Accounts) ġiet implimentata reċentement flimkien ma" l-OECD u d-WHO.

(9)  Il-Kummissjoni (l-Eurostat) diġà tiġbor fuq bażi regolari, data statistika dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol mill-Istati Membri li jipprovdu din id-data fuq bażi volontarja. Barra minn dan, din tiġbor ukoll data dwar dawk l-oqsma minn sorsi oħra. Dawn l-attivitajiet huma żviluppati b'kollaborazzjoni mill-qrib ma" l-Istati Membri. Fil-qasam ta" l-istatistika tas-saħħa pubblika b'mod partikolari, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni huma mmexxija u organizzati skond l-istruttura ta" sħubija bejn l-Eurostat u l-Istati Membri. Madankollu, għad hemm il-ħtieġa ta" aktar affidabbiltà, koerenza, kopertura, azzjonijiet f'waqthom u puntwalità fir-rigward tal-ġbir tad-data statistika eżistenti u huwa neċessarju wkoll li jiġi żgurat li aktar ġbir imqabbel u żviluppat ma" l-Istati Membri jiġi implimentat sabiex jinkiseb is-sett tad-data statistika minima meħtieġa fil-livell Komunitarju fl-oqsma tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.

(10)  Il-produzzjoni ta" statistika Komunitarja speċifika hija rregolata bir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta" Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità(10) .

(11)  Dan ir -Regolament ║ jiżgura rispett sħiħ tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali kif stipulat fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta" l-Unjoni Ewropea.

(12)  Id-Direttiva ║ 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-24 ta" Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" l-individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu tat-tali data(11) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta" Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta" l-individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu tat-tali data(12) għandhom japplikaw fil-kuntest ta" dan ir-Regolament. Ir-rekwiżiti statistiċi li jinqalgħu fl-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika, mill-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ta" kura tas-saħħa ta" kwalità għolja, aċċessibbli u sostenibbli, u mill-istrateġija tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, kif ukoll ir-rekwiżiti li jinqalgħu b'rabta ma" l-indikaturi strutturali, l-indikaturi ta" l-iżvilupp sostenibbli u l-ECHI u settijiet oħra ta" indikaturi meħtieġa li jiġu żviluppati għal skopijiet ta" monitoraġġ ta" l-azzjonijiet politiċi u l-istrateġiji Komunitarji u nazzjonali fl-oqsma tas-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, jikkostitwixxu interess pubbliku sostanzjali.

(13)  It-trażmissjoni tad-data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika hija rregolata mis-sett ta" regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 322/97 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta" Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta" data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju ta" l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej(13) . Il-miżuri li kienu ttieħdu b'konformità ma" dawk ir-Regolamenti jiżguraw il-protezzjoni fiżika u loġika tad-data kunfidenzjali u jiżguraw li l-ebda żvelar illegali jew użu mhux għal skop statistiku ma jsir meta tiġi pproċessata l-istatistika Komunitarja u tixxerred.

(14)  Fil-produzzjoni u t-tixrid ta" l-istatistika Komunitarja taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ta" l-istatistika nazzjonali u Komunitarji għandhom iqisu l-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi tal-Prattika Ewropew għall-Istatistika, adottat mill-Kumitat tal-Programm Statistiku fl-24 ta" Frar 2005 u mehmuż mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indipendenza, l-integrità u l-kontabbiltà ta" l-awtoritajiet ta" l-istatistika nazzjonali u Komunitarji u ppromulgat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta" Mejju 2005 dwar l-istess suġġett (COM(2005)0217).

(15)  Minħabba li l-għan ta" dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif ta" qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta" statistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista' għalhekk jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dan l-għan.

(16)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill ║ 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni(14) .

(17)  B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddetermina d-definizzjonijiet, is-suġġetti u l-analiżi (inklużi l-varjabbli u l-klassifikazzjonijiet - inter alia, fejn ikun possibbli u neċessarju, klassifikazzjoni skond is-sess u l-età ), sorsi kull meta jkunu rilevanti u provvediment ta" data u ta" metadata (inklużi l-perjodi ta" referenza, l-intervalli u l-limiti taż-żmien) fir-rigward ta" l-oqsma msemmija fl-Artikolu 2 u fl-Annessi I sa V għal dan ir-Regolament. Huwa importanti li s-sess u l-età jiġu inklużi fil-varjabbli ta' l-analiżi peress li dan jippermetti li jittieħed kont ta' l-impatt tad-differenzi bejn is-sessi u l-etajiet fuq is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Peress li dawk il- miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw jew iħassru elementi mhux essenzjali f'dan ir-Regolament, inter alia billi jħassru uħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw dan ir-Regolament bl-addizzjoni ta" elementi ġodda mhux essenzjali, dawn ghandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolamentari bi skrutinju pprovduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE .

(18)  Iffinanzjar kumplimentari għall-ġbir ta' data fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza se jiġi pprovdut fil-qafas tal-Programm tal-Komunità għax-Xogħol u s-Solidarjetà Soċjali - Progress kif stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2006 (15) . Fi ħdan dan il-qafas għandhom jintużaw riżorsi finanzjarji biex jgħinu l-Istati Membri jkomplu jibnu l-kapaċitajiet nazzjonali biex jimplimentaw titjib u għodod ġodda għall-ġbir ta' data statistika fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta" statistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. L-istatistika għandha tiġi prodotta b'konformità ma' standards dwar l-imparzjalità, l-affidabilità, l-oġġettività, l-effettività tan-nefqa u l-konfidenzjalità statistika.

2.  L-istatistika għandha tinkludi, fl-għamla ta" sett tad-data minima, l-informazzjoni meħtieġa għal azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika, għall-appoġġ ta" l-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ta" kura tas-saħħa ta" kwalità għolja, aċċessibbli b'mod universali u sostenibbli kif ukoll għal azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.

3.  L-istatistika għandha tipprovdi d-data għal indikaturi strutturali, indikaturi ta" żvilupp sostenibbli u l-ECHI , kif ukoll settijiet ta" indikaturi oħra li jeħtieġu li jiġu żviluppati għal skopijiet ta" azzjonijiet Komunitarji ta" monitoraġġ fl-oqsma tas-saħħa pubblika u tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jipprovdu statistika lill-Kummissjoni (l-Eurostat) dwar id-dominji li ġejjin:

   l-istatus tas-saħħa u l-fatturi determinanti għas-saħħa, kif iddefiniti fl-Anness I,
   il-kura tas-saħħa, kif iddefinita fl-Anness II,
   il-kaġunijiet tal-mewt, kif iddefiniti fl-Anness III,
   l-inċidenti fuq ix-xogħol, kif iddefiniti fl-Anness IV,
   il-mard fuq il-post tax-xogħol u problemi ta" saħħa u mard ieħor marbut max-xogħol, kif iddefiniti fl-Anness V.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-fini ta" dan ir-Regolament:

   a) "statistika Komunitarja" għandha t-tifsira mogħtija lilha fl-ewwel inċiż ta" l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;
   b) "produzzjoni ta" statistika" għandha t-tifsira mogħtija lilha fit-tieni inċiż ta" l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;
   c) "saħħa pubblika" tfisser l-elementi kollha marbuta mas-saħħa taċ-ċittadini u r-residenti Ewropej, jiġifieri l-istatus tas-saħħa tagħhom, inklużi l-morbożità u d-diżabilità, id-determinanti li jaffettwaw l-istatus tas-saħħa, il-ħtiġijiet ta" kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-provvista tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha kif ukoll in-nefqa fuq il-kura tas-saħħa u l-finanzjament tagħha, u l-kaġunijiet tal-mortalità;
   d) "saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol" tfisser l-elementi kollha marbuta mal-prevenzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema ta" l-Unjoni Ewropea fuq ix-xogħol fl-attivitajiet tagħhom fil-preżent jew fl-imgħoddi, b'mod partikolari inċidenti fuq ix-xogħol, mard fuq il-post tax-xogħol u problemi oħra ta" saħħa u mard marbut max-xogħol.

Artikolu 4

Sorsi

L-Istati Membri għandhom jikkompilaw id-data dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol minn sorsi, li skond id-dominji u s-suġġetti u skond il-karatteristiċi tas-sistemi nazzjonali, għandhom jikkonsistu jew f":

   a) servejs eżistenti jew ippjanati fid-djar, jew servejs simili jew moduli ta" servejs, inkella
   b) sorsi amministrattivi nazzjonali jew sorsi ta" rappurtaġġ eżistenti jew ippjanati.

Artikolu 5

Metodoloġija, manwali u studji pilota

1.  Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tfassal, jew skond il-każ li jkun ittejjeb jew taġġorna, manwali, linji gwida jew rakkomandazzjonijiet fuq oqfsa, kunċetti jew metodoloġiji li jikkonċernaw l-statistika Komunitarja pproċessata skond dan ir-Regolament.

2.  L-esperjenza u l-għarfien espert nazzjonali għandhom jintużaw għall-iżvilupp imsemmi fil-paragrafu 1. Fil-metodi użati għall-implimentazzjoni tal-ġbir tad-data għandhom jitqiesu, inkluż fil-każ ta" attivitajiet preparatorji, l-ispeċifiċitajiet nazzjonali, il-kapaċitajiet u l-ġbir tad-data eżistenti, fil-qafas ta" strutturi kollaborattivi ma" l-Istati Membri stabbiliti mill-Kummissjoni (l-Eurostat). Il-metodoloġiji għall-ġbir regolari li jirriżulta minn proġetti b'dimensjoni statistika mwettqa taħt programmi oħra tal-Komunità bħall-programmi tas-saħħa pubblika jew programmi ta" riċerka għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

3.  Fil-metodoloġiji statistiċi u l-ġbir tad-data li għandhom jiġu żviluppati għall-kompilazzjoni ta" l-istatistika dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol fil-livell Komunitarju għandha titqies il-ħtieġa għall-koordinazzjoni, kull meta jkun rilevanti, ma" l-attivitajiet ta" organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà ta" l-istatistika u l-konsistenza tal-ġbir tad-data. Fi ħdan l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu kkunsidrati l-istudji u l-istħarriġ ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol. Barra l-Unjoni Ewropea, il-kooperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari ma' l-ILO u d-WHO, għandhom ikomplu jissaħħu.

4.  Kull meta jiġu identifikati rekwiżiti ġodda ta" data jew kwalità insuffiċjenti ta" data fid-dominji msemmija fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tagħti bidu għal studji-pilota li jiġu kkompletati fuq bażi volontarja mill-Istati Membri. L-għan ta" dawn l-istudji-pilota għandu jkun dak li jittestjaw il-kunċetti u l-metodi u jivvalutaw il-vijabbiltà tal-ġbir relatat tad-data, inklużi l-kwalità statistika, il-komparabbiltà u l-effikaċja fl-infiq, skond il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta" Prattika dwar l-Istatistika Ewropea. Il-modalitajiet użati f'dawn l-istudji għandhom jiġu miftiehma fil-qafas ta" l-istrutturi kollaborattivi ma" l-Istati Membri.

Artikolu 6

It-trażmissjoni, it-trattament, it-tixrid u l-pubblikazzjoni tad-data

1.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-mikrodata jew, skond id-dominju u s-suġġett ikkonċernat, id-data aggregata, inkluża d-data kunfidenzjali kif iddefinita fl-Artikolu 13 tar-Regolament ║(KE) Nru 322/97, u l-metadata, meħtieġa skond dan ir-Regolament u l-miżuri għall-implimentazzjoni tagħha, lill-Kummissjoni (l-Eurostat) b'konformità mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Komunità dwar it-trażmissjoni tad-data suġġetta għall-kunfidenzjalità stipulati fir-Regolamenti ║(KE) Nru 322/97 u (Euratom, KEE) Nru 1588/90. Dawk id-dispożizzjonijiet tal-Komunità għandhom japplikaw għat-trattament tad-data mill-Eurostat, safejn id-data tkun ikkunsidrata kunfidenzjali kif iddefinita bl-Artiklu 13 tar-Regolament ║(KE) Nru 322/97.

2.  L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data u l-metadata meħtieġa skond dan ir-Regolament f'forma elettronika skond standard ta" skambju maqbul bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Id-data għandha tiġi pprovduta b'konformità mal-limiti ta" żmien stabbiliti, fl-intervalli previsti, u tal-perjodi ta" referenza indikati, fl-Annessi.

3.  Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tieħu l-passi meħtieġa biex ittejjeb it-tixrid, l-aċċessibbiltà u d-dokumentazzjoni ta" l-informazzjoni statistika, b'konformità mal-prinċipji tal-komparabbiltà, affidabbiltà u kunfidenzjalità statistika stabbiliti fir-Regolament ║(KE) Nru 322/97.

Artikolu 7

Kriterji tal-kwalità u rapporti

1.  Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trażmessa.

2.  Il-Kummissjoni (l-Eurostat), b'kooperazzjoni mill-qrib ma" l-Istati Membri, għandha tiżviluppa standards komuni rrakkomandati biex tiżgura l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data pprovduta, skond il-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta" Prattika dwar l-Istatistika Ewropea. Dawn l-istandards għandhom jiġu ppubblikati fil-manwali u l-linji gwida metodoloġiċi.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-aħjar kwalità possibbli tad-data trażmessa.

4.  Kull ħames snin l-Istati Membri għandhom jgħaddu żewġ rapporti lill-Kummissjoni (l-Eurostat), imħejjija skond l-istandards imsemmija fil-paragrafu 2, dwar il-kwalità tad-data trażmessa u tas-sorsi tad-data. L-ewwel rapport ikun dwar l-istatistika tas-saħħa pubblika u t-tieni wieħed dwar l-istatistika tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. Kull ħames snin, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tħejji rapport dwar il-komparabbiltà tad-data mxerrda.

Artikolu 8

Miżuri ta' implimentazzjoni

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2). Il-miżuri għandhom ikopru d-dominji msemmija fl-Artikolu 2:

   id-definizzjonijiet,
   is-suġġetti u l-analiżi, inklużi l-kwantitajiet varjabbli u l-klassifikazzjonijiet,
   is-sorsi kull meta jkunu rilevanti,
   il-provvista ta" data u metadata, inklużi l-perjodi ta" referenza, intervalli u limiti ta" żmien.

Artikolu 9

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Programm Statistiku stabbilit bid-Deċiżjoni ║89/382/KEE, Euratom║.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) Opinjoni tal-25 ta' Ottubru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 295, 7.12.2007, p.1 .
(3) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2007.
(5) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1.
(6) ĠU C 161, 5.7.2002, p. 1.
(7) ĠU L 238, 25.9.2003, p. 28 .
(8) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
(9) ĠU C 175, 24.7.2003, p. 1.
(10) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1 . Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, ║31.10.2003, p. 1).
(11) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 ║.
(12) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(13) ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(14) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11).
(15) ĠU L 315, 15.11.2006, p. 1.


ANNESS I

Dominju: Status tas-saħħa u d-determinanti tas-saħħa

(a)  Għanijiet

L-għan ta" dan id-dominju huwa l-preżentazzjoni f'waqtha ta" l-istatistika dwar l-istatus u d-determinanti tas-saħħa.

(b)  Skop

Dan id-dominju għandu jiġi kkompilat prinċipalment minn servejs tal-popolazzjoni jew moduli ta" servejs dwar is-saħħa. Data mir-reġistri jew sorsi amministrattivi oħra tista" tintuża wkoll meta tkun qed tingħata kopertura u informazzjoni komplementari jew għal xi suġġetti speċifiċi bħall-morbożità jew inċidenti u korrimenti. Meta jkun rilevanti, il-persuni li jgħixu f'istituzzjonijiet kif ukoll tfal b'etajiet minn 0 sa 14-il sena għandhom jiġu inklużi, meta jkun xieraq, suġġetti għal xi studji-pilota ta" suċċess.

(c)  Perjodi ta" referenza, intervalli u limiti ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data

L-istatistika għandha tiġi ppreżentata minn ta" l-anqas kull ħames snin; tista" tkun meħtieġa perjodiċità aktar spissa għal xi ġbir speċifiku ta" data bħal dak tal-morbożità jew ta" l-inċidenti u l-korrimenti; l-ewwel sena ta" referenza, l-intervall u l-limitu ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data għal kull wieħed mis-sorsi u mis-suġġetti għandhom jiġu speċifikati u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8.

(d)  Suġġetti koperti

Is-sett tad-data minima li għandu jiġi pprovdut irid ikopri l-lista ta" suġġetti kif ġej :

   l-istatus tas-saħħa, inklużi l-perċezzjonijiet dwar is-saħħa, il-funzjonament u d-diżabilità fiżiċi u mentali, u l-morbożità,
   monitoraġġ ta' kull marda li l-okkorrenza tagħha tiżdied jew tonqos,
   l-inċidenti u l-korrimenti, inklużi dawk marbuta mas-sigurtà tal-konsumatur, u l-ħsara relatata ma' l-alkoħol u mad-droga,
   l-istil ta" ħajja u l-fatturi ambjentali, soċjali u dawk dwar il-post tax-xogħol,
   protezzjoni kontra l-eventwallità ta' pandemiji u mard li jittieħed,
   l-aċċess u l-użu tal-faċilitajiet preventivi u ta" kura tas-saħħa (║survey tal-popolazzjoni),
   l-informazzjoni demografika u soċjoekonomika ta" l-isfond dwar l-individwi.

Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament jiġu pprovduti waqt kull waħda mill-preżentazzjonijiet tad-data. Il-kwantitajiet varjabbli, l-analiżijiet u l-mikrodata meħtieġa għandhom jittieħdu mil-lista ta" hawn fuq.

Jekk jintużaw servejs bħala sorsi, l-iżvilupp ta" l-istrumenti tas-servej tas-saħħa u t-tfassil tal-karatteristiċi rrakkomandati u l-valutazzjoni tal-kwalità tal-formulazzjoni, il-kampjun u s-siwi tas-servej, u r-realizzazzjoni għandhom jitwettqu skond il-linji gwida mfassla mill-Istati Membri. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet dwar id-data miġbura u s-servejs li jkunu ġew applikati għandhom jiġu miftiehma fil-kuntest tal-miżuri implimentattivi rilevanti u msemmija fid-dettall fil-manwali u l-linji gwida.

(e)  Metadata

Fil-preżentazzjoni tad-data statistika koperta minn dan id-dominju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadata meħtieġa li għandha tkun miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi (inkluż dwar il-karatteristiċi tas-servej) kif ukoll l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kompilazzjoni ta" statistika u indikaturi komparabbli.


ANNESS II

Dominju: Kura tas-saħħa

(a)  Għanijiet

L-għan ta" dan id-dominju huwa l-preżentazzjoni f'waqtha ta" l-istatistika dwar il-kura tas-saħħa.

(b)  Skop

Dan id-dominju jkopri l-attivitajiet totali mwettqa jew minn istituzzjonijiet inkella minn individwi li jkunu qed jippruvaw, permezz ta" l-applikazzjoni ta" l-għarfien u t-teknoloġija medika, paramedika u ta" l-infermiera, jilħqu l-għan tas-saħħa kif ukoll l-attivitajiet amministrattivi u maniġerjali relattivi.

Id-data għandha tiġi kkompilata prinċipalment minn sorsi amministrattivi.

(c)  Perjodi ta" referenza, intervalli u limiti ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data

L-istatistika għandha tiġi ppreżentata darba fis-sena; fl-ewwel sena ta" referenza, l-intervall u l-limitu ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data għal kull wieħed mis-sorsi u mis-suġġetti għandhom jiġu speċifikati u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8.

(d)  Suġġetti koperti

Is-sett tad-data minima li għandu jiġi pprovdut irid ikopri l-lista ta" suġġetti kif ġej:

   l-istituzzjonijiet u r-riżorsi tal-kura tas-saħħa,
   l-utilizzazzjoni u s-servizzi individwali u kollettivi tal-kura tas-saħħa,
   in-nefqiet u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u
   ║elementi oħra ta" sostenn għall-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp ta" kura tas-saħħa u ta" kura għal temp ta" żmien twil ta" kwalità għolja, aċċessibbli u sostenibbli.

Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament jiġu pprovduti waqt kull waħda mill-preżentazzjonijiet tad-data. Il-kwantitajiet varjabbli u l-analiżijiet meħtieġa għandhom jittieħdu mil-listi ta" hawn fuq. Is-sett tad-data għandu jiġi stabbilit skond il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tar-Rendikont tas-Saħħa ta" l-OECD u l-Lista Mqassra Internazzjonali għat-Tabulazzjoni tal-Morbożità fl-Isptarijiet tad-WHO. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu miftiehma fil-kuntest tal-miżuri implimentattivi rilevanti u msemmija fid-dettall fil-manwali u l-linji gwida.

(e)  Metadata

Fil-preżentazzjoni tad-data statistika koperta minn dan id-dominju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadata meħtieġa li għandha tiġi miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi (inklużi s-sorsi, id-definizzjonijiet u l-kompilazzjonijiet) kif ukoll l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kompilazzjoni ta" statistika u indikaturi komparabbli.


ANNESS III

Dominju: Kaġunijiet tal-mewt

(a)  Għanijiet

L-għan ta" dan id-dominju huwa l-preżentazzjoni f'waqtha ta" statistika komparabbli dwar il-kaġunijiet tal-mewt.

(b)  Skop

Dan id-dominju jkopri l-istatistika tal-kaġunijiet tal-mewt kif meħuda miċ-ċertifikati mediċi tal-mewt b'konsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO. L-istatistika li għandha tiġi kkompilata tirreferi għall-kaġun prinċipali li huwa ddefinit mid-WHO bħala "l-marda jew il-korriment li tkun tat bidu għas-sensiela ta" okkorrenzi morbużi li jkunu wasslu direttament għall-mewt, jew għaċ-ċirkostanzi ta" l-inċident jew vjolenza li pproduċew il-korriment fatali". L-istatistika għandha tiġi kkompilata għar-residenti Ewropej u għat-trabi tagħhom li jitwieldu mejta.

(c)  Perjodi ta" referenza, intervalli u limiti ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data

L-istatistika għandha tiġi ppreżentata darba fis-sena. L-ewwel sena ta" referenza għandha tiġi speċifikata u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8. Id-data għandha tiġi ppreżentata mhux aktar tard mit-tieni sena wara s-sena ta" referenza. Data provviżorja jew li tkun ġiet ikkalkulata tista" tiġi pprovduta qabel. Fil-każ ta" inċidenti ta" saħħa fuq skala pubblika, jista" bħala żieda jiġi stabbilit ġbir speċjali, jew dwar l-imwiet kollha jew dwar kaġunijiet speċifiċi ta" l-imwiet.

(d)  Suġġetti koperti

Is-sett tad-data minima li għandu jiġi pprovdut irid ikopri l-lista ta" suġġetti kif ġej:

   il-karatteristiċi tal-mejjet/mejta,
   ir-reġjun,
   il-karatteristiċi tal-mewt, inkluż il-kaġun prinċipali tal-mewt.

Il-kwantitajiet varjabbli u l-analiżijiet meħtieġa għandhom jittieħdu mil-lista ta" hawn fuq. Id-data dwar il-kaġunijiet ta" l-imwiet għandha tiġi stabbilita fil-qafas tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard tad-WHO u għandhom jiġu segwiti r-regoli ta" l-Eurostat u r-rakkomandazzjonijiet tan-NU u d-WHO għall-istatistiċi tal-popolazzjoni. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu miftiehma fil-kuntest tal-miżuri implimentattivi rilevanti u msemmija fid-dettall fil-manwali u l-linji gwida.

(e)  Metadata

Fil-preżentazzjoni tad-data statistika koperta minn dan id-dominju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadata meħtieġa li għandha tiġi miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi kif ukoll l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kompilazzjoni ta" statistika u indikaturi komparabbli.


ANNESS IV

Dominju: Inċidenti fuq ix-xogħol

(a)  Għanijiet

L-għan ta" dan id-dominju huwa l-preżentazzjoni f'waqtha ta" statistika dwar inċidenti fuq ix-xogħol.

(b)  Skop

Inċident fuq il-post tax-xogħol huwa ddefinit bħala "okkorrenza distinta matul ix-xogħol li twassal għal ħsara fiżika jew mentali". Id-data għandha tinġabar, għall-forza tax-xogħol kollha kemm hi, dwar inċidenti fatali fuq ix-xogħol u inċidenti fuq ix-xogħol li jirriżultaw f'aktar minn 3 ijiem ta" assenza minn fuq ix-xogħol, bl-użu ta" sorsi amministrattivi kkomplementati b'sorsi addizzjonali rilevanti. Parti sekondarja limitata tas-sett tad-data bażika dwar l-inċidenti li jirriżultaw f'anqas minn 4 ijiem ta" assenza minn fuq ix-xogħol jista" jinġabar, meta jkunu disponibbli, fil-qafas tal-kollaborazzjoni ma" l-ILO.

(c)  Perjodi ta" referenza, intervalli u limiti ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data

L-istatistika għandha tiġi ppreżentata darba fis-sena. L-ewwel sena ta" referenza għandha tiġi speċifikata u miftiehma bħala parti mill-miżuri implimentattivi msemmija fl-Artikolu 8. Id-data għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn Ġunju tat-tieni sena wara s-sena ta" referenza. Data provviżorja tista" tiġi pprovduta qabel.

(d)  Suġġetti koperti

Is-sett ta" mikrodata minima li għandu jiġi pprovdut irid ikopri l-lista ta" suġġetti kif ġej:

   il-karatteristiċi tal-persuna korruta u l-korriment,
   il-karatteristiċi ta" l-intrapriża u l-post tax-xogħol,
   il-karatteristiċi ta" l-ambjent tax-xogħol,
   il-karatteristiċi ta" l-inċident, inkluża s-sekwenza ta" l-okkorrenzi li kkaratterizzaw il-kaġunijiet u ċ-ċirkostanzi ta" l-inċident.

Il-kwantitajiet varjabbli u l-analiżijiet meħtieġa, kif ukoll l-għażliet u s-siwi tal-kampjuni marbuta magħhom, għandhom jittieħdu mil-lista ta" hawn fuq fil-qafas tal-metodoloġija ta" l-ESAW (Statistiki Ewropej dwar inċidenti fuq il-post tax-xogħol) . Dawn għandhom jiġu miftiehma fil-kuntest tal-miżuri implimentattivi u msemmija fid-dettall fil-manwali u l-linji gwida.

(e)  Metadata

Fil-preżentazzjoni tad-data koperta minn dan id-dominju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadata dwar il-popolazzjoni koperta mill-istatistika, u r-rati tar-rappurtaġġ ta" inċidenti fuq ix-xogħol iddefiniti f'b), u fejn ikun rilevanti, il-karatteristiċi tal-kampjun, kif ukoll l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kompilazzjoni ta" statistika u indikaturi komparabbli.


ANNESS V

Dominju: Mard fuq il-post tax-xogħol u problemi ta" saħħa u mardiet oħra marbuta max-xogħol

(a)  Għanijiet

L-għan ta" dan id-dominju huwa l-preżentazzjoni f'waqtha ta" l-istatistika dwar każijiet ta" mard fuq il-post tax-xogħol u problemi ta" saħħa u mardiet marbuta max-xogħol.

(b)  Skop

Każ ta" mard fuq il-post tax-xogħol huwa ddefinit bħala każ magħruf mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-għarfien ta" mard fuq il-post tax-xogħol. Għandha tinġabar id-data dwar il-mard fuq il-post tax-xogħol u l-imwiet minn inċidenti dovuti għal mard fuq il-post tax-xogħol. F'xi każ ta" problema ta" saħħa u marda marbuta max-xogħol ma tkunx qed issir referenza neċessarjament għall-għarfien minn xi awtorità u d-data rilevanti tista" tinġabar prinċipalment minn servejs tal-popolazzjoni. Problemi tas-saħħa u mard relatati max-xogħol huma dawk il-problemi tas-saħħa u l-mard li jistgħu jiġu kkawżati, aggravati jew parzjalment ikkawżati mill-kondizzjonijiet tax-xogħol. Dan jinkludi problemi tas-saħħa fiżiċi u psikosoċjali.

(c)  Perjodi ta" referenza, intervalli u limiti ta" żmien għall-preżentazzjoni tad-data

Għall-mard fuq il-post tax-xogħol, l-istatistika għandha tiġi ppreżentata darba fis-sena sa mhux aktar tard mill-ewwel tliet xhur tat-tieni sena wara s-sena ta" referenza. Il-perjodi ta" referenza, l-intervalli u l-limiti ta" żmien għall-provvista ta" ġbir ieħor ta" data għandhom jiġu speċifikati u miftiehma ma" l-Istati Membri.

(d)  Suġġetti koperti

Is-sett tad-data minima li għandu jiġi pprovdut irid ikopri l-lista ta" suġġetti kif ġej :

   il-karatteristiċi tal-persuna marida , inklużi s-sess, l-età u l-istatus ta' l-impjieg, u tal- marda jew il-problemi tas-saħħa marbuta magħha,
   il-karatteristiċi ta" l-intrapriża u l-post tax-xogħol, inklużi d-daqs u s-settur ta' l-intrapriża,
   il-karatteristiċi ta" l-aġent jew fattur kawżattiv.

Mhux is-suġġetti kollha għandhom neċessarjament jiġu pprovduti waqt kull waħda mill-preżentazzjonijiet tad-data. Il-kwantitajiet varjabbli u l-analiżijiet meħtieġa għandhom jittieħdu mil-lista ta" hawn fuq u għandhom jiġu miftiehma ma" l-Istati Membri.

(e)  Metadata

Fil-preżentazzjoni tad-data statistika koperta minn dan id-dominju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadata meħtieġa dwar il-popolazzjoni koperta mill-istatistika, kif ukoll l-informazzjoni dwar kull speċifiċità nazzjonali essenzjali għall-interpretazzjoni u l-kompilazzjoni ta" statistika u indikaturi komparabbli.

Aġġornata l-aħħar: 28 t'Awissu 2008Avviż legali