Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0272(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0346/2007

Testi mressqa :

A6-0346/2007

Dibattiti :

PV 28/11/2007 - 18
CRE 28/11/2007 - 18

Votazzjonijiet :

PV 29/11/2007 - 7.13

Testi adottati :

P6_TA(2007)0557

Testi adottati
DOC 100k
Il-Ħamis, 29 ta' Novembru 2007 - Brussell Verżjoni finali
Sigurtà ferrovjarja fil-Komunità ***I
P6_TA(2007)0557A6-0346/2007
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà ferrovjarja fil-Komunità (COM(2006)0784 – C6-0493/2006 – 2006/0272(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0784),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71 (1) tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0493/2006),

–   wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0346/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tkun bi ħsiebha temenda l-proposta sostanzjalment jew tibdilha ma' test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-29 ta' Novembru 2007 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà ferrovjarja fil-Komunità
P6_TC1-COD(2006)0272

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li ikkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 71(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1) ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2) ,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE(3) ,

Billi:

(1)  Sabiex ikomplu l-isforzi maħsuba biex jinħoloq suq wieħed tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva 2004/49/KE(4) li tistabbilixxi qafas ta" regolamenti komuni għas-sikurezza tal-ferroviji.

(2)  L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/49/KE ħoloq proċedura komuni għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz tal-vetturi ferrovjarji. Madankollu, l-esperjenza wriet li l-implimentazzjoni ta' din il-proċedura fuq il-livell nazzjonali sikwit tkun ikkumplikata u soġġetta għal regoli nazzjonali differenti u ftit li xejn trasparenti, jew saħansitra ripetittivi. B'hekk tikkostitwixxi ostaklu importanti għall-ħolqien ta' impriżi ferrovjarji ġodda, partikolarment fil-qasam tal-merkanzija. Għaldaqstant, jeħtieġ li jsiru xi preċiżjonijiet fil-proċedura ta' ċertifikazzjoni tal-vetturi ferrovjarji eżistenti, u li l-limiti u l-metodi ta' applikazzjoni tagħha jiġu definiti. B'mod partikolari, fl-ispirtu tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, jeħtieġ li jiġi ffaċilitat il-ksib ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz fi Stat Membru għajr dak li jkun ħareġ l-ewwel awtorizzazzjoni, billi jiġu llimitati l-fatturi li l-awtorità kompetenti tkun tista' teżamina.

(3)  Għal dan il-għan, huwa f'loku li r-regoli tekniċi u ta' sikurezza kollha fis-seħħ f'kull Stat Membru jiġu kklassifikati fi tliet gruppi, u li r-riżultati ta' din il-klassifika jiġu ppreżentati f'dokument ta' referenza. L-ewwel grupp għandu jinkludi r-regoli internazzjonali, kif ukoll ir-regoli nazzjonali li jkunu dikjarati ekwivalenti u li fil-każ tagħhom verifika mwettqa fi Stat Membru wieħed tkun biżżejjed f'dak li jirrigwarda s-sikurezza ferrovjarja. It-tieni grupp għandu jinkludi r-regoli nazzjonali l-oħra kollha, kif ukoll ir-regoli li ma jkunux għadhom ġew ikklassifikati. It-tielet grupp jinkludi r-regoli li għandhom jitħarsu bilfors sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà teknika bejn il-vetturi ferrovjarji, li jkunu s-suġġett ta" talba għall-awtorizzazzjoni, ma" l-infrastruttura kkonċernata.

(4)  L-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji stabbilita fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 881/2004(5) hija inkarigata biex tiżviluppa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' l-interoperabbiltà (TSIs) u għandha għalhekk, bħala l-ewwel pass, teżamina r-regoli tekniċi nazzjonali eżistenti. Barra minn hekk, għandha tippubblika r-regoli nazzjonali tas-sikurezza skond id-Direttiva 2004/49/KE. Fl-aħħarnett, għandha tarmonizza l-kriterji taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza ta" l-intrapriżi ferrovjarji. Dan jinkludi dispożizzjonijiet fejn tidħol l-aċċettazzjoni tal-vetturi ferrovjarji użati minn dawn l-intrapriżi. L-Aġenzija hija għalhekk l-organizzazzjoni l-iktar xierqa għall-elaborazzjoni tad-dokument ta" referenza msemmi hawn fuq.

(5)  B'riżultat ta' żviluppi fuq il-livell internazzjonali, u partikolarment bid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni l-ġdida dwar il-Ġarr Internazzjonali fuq il-Linji Ferrovjarji (Il-Konvenzjoni COTIF ta' l-1999), jeħtieġ li l-kunċett ta' detentur ta' vaguni jiġi definit fuq il-livell Komunitarju, u li tiġi ppreċiżata r-relazzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji u d-detenturi, partikolarment fil-qasam tal-manutenzjoni.

(6)  Minħabba li l-għan ewlieni ta" l-azzjoni maħsuba, jiġifieri s-simplifika tal-proċedura Komunitarja taċ-ċertifikazzjoni tal-vetturi ferrovjarji, ma jistax jitwettaq b'mod sħiħ mill-Istati Membri u għalhekk jista", minħabba d-dimensjonijiet ta" l-azzjoni, jitwettaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tieħu miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kkontemplat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità msemmi f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dan il-għan.

(7)  Id-Direttiva 2004/49/KE tipprovdi li ċerti miżuri jiġu deċiżi f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni(6) .

(8)  Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura ta' kontroll regolatorju bi skrutinju għall-adozzjoni ta' miżuri ta' ambitu ġenerali li jkunu maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku, adottati skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż permezz tat-tħassir ta' xi wħud minn dawn l-elementi jew billi issuplimentaw l-istrument b' elementi ġodda mhux essenzjali .

(9)  B'mod partikolari, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tirrevedi u tadatta l-Annessi, li tadotta u tirrevedi miżuri komuni tas-sikurezza u objettivi komuni tas-sikurezza, kif ukoll li tadotta sistema ta' ċertifikazzjoni tad-detenturi, billi miżuri bħal dawn huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/49/KE . Ġaladarba dawk il-miżuri huma ta' natura ġenerali, u għandhom l-għan li jibdlu xi elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/49/KE, inter alia billi jissuplimentha b'elementi mhux essenzjali ġodda , jeħtieġ li jiġu adottati skond il-proċedura ▌regolatorja bi iskrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Meta, minħabba raġunijiet imperattivi ta" urġenza, ma jistax ikun hemm konformità mal-perjodi ta' skadenza normali għall-proċedura regolatorja bi iskrutinju, il-Kummissjoni tkun tista' tuża l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni tal-miżuri li tipprovdi għalihom id-Direttiva 2004/49/KE.

(10)  B'konformità mal-paragrafu 34 tal-Ftehima Interistituzzjonali għat-tfassil aħjar tal-liġijiet (7) , l-Istati Membri huma mħeġġa biex, kemm għalihom kif ukoll fl-interess tal-Komunità, ifasslu t-tabelli tagħhom li, kemm jista' jkun, għandhom juru l-korrelazzjoni bejn id-Direttiva 2004/49/KE u l-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, u biex jippubblikawhom.

(11 )  Id-Direttiva 2004/49/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2004/49/KE hija emendata kif ġej.

(1)  Fl-Artikolu 1 għandu jiżdied il-punt (f) li ġej:

"
   f) ''(f) li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 89/391/KEE dwar it-titjib fis-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol u li tistabilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji maħluqa mill-operat ferrovjarju għall-impjegati.''.
"

2 )  L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-punt (h) għandu jinbidel b'dan li ġej:

"
   h) "regoli nazzjonali tas-sikurezza" tfisser dawk ir-regoli kollha li jistabbilixxu r-rekwiżiti għas-sikurezza ferrovjarja imposti fil-livell ta" Stat Membru sabiex ikun żgurat li s-sistema ferrovjarja, is-sottosistemi, il-kostitwenti, inklużi l-konnetturi, jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali u jkunu applikabbli għal aktar minn intrapriża ferrovjarja waħda jew għal amministratur wieħed jew aktar ta" l-infrastruttura, hi liema hi l-entità li toħroġhom;
"

(b)  Għandu jiddaħħal il-punti (ha) li ġej :

"

(ha) "rekwiżiti essenzjali" tfisser il-kundizzjonijiet kollha stipulati fl-Anness III tad-Direttiva .../.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [Direttiva dwar l-interoperabilità] (8) li jridu jkunu sodisfatti mis-sistema ferrovjarja, mis-sottosistemi, u mill-kostitwenti ta" l-interoperabilità, inklużi l-konnetturi;

______________________________

* ĠU L...";

"

(c)  Għandu jiżdied il-punt (s) li ġej:

"
   s) "detentur", il-persuna jew l-entità ▌, kummerċjalment u b'mod permanenti, tħaddem vettura bħala mezz ta" trasport, kemm jekk tkun il-proprjetarju u kemm jekk ikollha d-dritt u li tkun imniżżla bħala tali fir-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi, li huwa msemmi fl-Artikolu [...] tad-Direttiva .../.../KE [Direttiva dwar l-interoperabilita] (9) +.
"

3)  3 ) fl-Artikolu 4(4), it-terminu "sid tal-vaguni" għandu jinbidel bit-terminu "detentur tal-vetturi ";

4 )  L-Artikolu 5(2) għandu jinbidel b' dan li ġej:

"

2.  Qabel it-30 ta' April 2009, l-Anness I għandu jiġi rivedut, b'mod partikolari biex jiddaħħlu fih id-definizzjonijiet komuni tas-CSI u l-metodi komuni għall-kalkolu ta' l-ispiża ta' l-inċidenti. Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, fosthom billi jissupplimentawha b'elementi ġodda, u li huma relatati ma" l-implimentazzjoni ta" dan il-paragrafu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 27(2b).

"

5 )  L-Artikolu 6 għandu jinbidel kif ġej:

a)  Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"

1.  "1. L-ewwel serje ta' CSM, li talanqas għandha tkopri l-metodi deskritti fil-paragrafu 3(a), għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni qabel it-30 ta' April 2008. Dawn is-CSM għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

It-tieni serje ta' CSM, li tkopri l-bqija tal-metodi deskritti fil-paragrafu 3, għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni qabel it-30 ta' April 2010. Dawn is-CSM għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva fosthom billi jissupplimentawha b'elementi ġodda , u li huma relatati ma" l-implimentazzjoni ta" dan il-paragrafu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a). Għal ragunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 27(2b). ";

"

b)  Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"

4.  "4. Is-CSMs għandhom ikunu s-suġġett ta' reviżjonijiet f'intervalli regolari, bil-kunsiderazzjoni tat-tagħlimiet miksuba mill-applikazzjoni tagħhom, ta' l-iżvilupp ġenerali tas-sikurezza ferrovjarja, kif ukoll ta' l-obbligi ta' l-Istati Membri kif definiti fl-Artikolu 4(1). Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva fosthom billi jissupplimentawha b'elementi ġodda , u li huma relatati ma" l-implimentazzjoni ta" dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 27(2b).".

"

6 )  L-Artikolu 7 għandu jinbidel kif ġej:

a)   fil-paragrafu 3 , l-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jinbidlu bit-test li ġej:

"

"L-ewwel serje ta' CSTs hija bbażata fuq eżami tal-miri eżistenti u tal-presatazzjonjiet f'dak li jirrigwarda s-sikurezza fl-Istati Membri, u tiggarantixxi li l-prestazzjonijiet attwali rigward is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja ma jitbaxxew fl-ebda Stat Membru. Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni qabel it-30 ta' April 2009, u jkunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . ▌.

It-tieni serje ta' CSTs hija bbażata fuq it-tagħlimiet miksuba mill-ewwel serje ta' CSTs u mill-implimentazzjoni tagħhom. Jirriflettu kull qasam prijoritarju li fih is-sikurezza jeħtiġilha tissaħħaħ. Għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni qabel it-30 ta' April 2011, u jkunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha b'elementi ġodda , u li huma relatati ma' l-ewwel u t-tieni abbozz ta' CSTs għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2)(a). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 27(2b). ";

"

b)  Fil-paragrafu 3, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"

Qabel ma jsir l-abbozz jew issir ir-reviżjoni tas-CSTs, l-analiżi ta' l-effikaċja man-nefqa trid turi li l-effett mistenni ta' l-iżvilupp tas-CSTs għandu jgħolli l-livell tas-sikurezza tat-trasport u jtejjeb bl-aħjar mod l-użu tas-sistema ferrovjarja.

"

c )  Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"

5.  "5. Is-CSTs għandhom ikunu s-suġġett ta' reviżjonijiet f'intervalli regolari, bil-kunsiderazzjoni ta' l-iżvilupp ġenerali tas-sikurezza ferrovjarja. Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, fosthom billi jissupplimentawha b'elementi ġodda , u li huma relatati ma" l-implimentazzjoni ta" dan il-paragrafu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 27(2b). ";

"

7 )  L-Artikolu 10 għandu jinbidel kif ġej:

a)   fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

"

"Iċ-ċertifikat tas-sikurezza għandu l-għan li jagħti prova li l-intrapriża ferrovjarja stabbilixxiet is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza tagħha u hija f'qagħda li tilħaq l-esiġenzi definiti fit-TSIs, f'dispożizzjonijiet oħra tal-liġi Komunitarja kif ukoll fir-regoli tas-sikurezza nazzjonali sabiex tikkontrolla r-riskji u tipprovdi servizzi ta" trasport fuq in-netwerk b'livell għoli ta' sikurezza.";

b)   fil-paragrafu 2, il-punt (b) għandu jinbidel b' dan li ġej:

"b) ċertifikazzjoni li tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-miżuri li ttieħdu mill-intrapriża ferrovjarja sabiex jintlaħqu l-esiġenzi speċifiċi meħtieġa għall-provvediment tas-servizzi tagħha fuq in-netwerk ikkonċernat b'livell għoli ta" sikurezza. L-esiġenzi jistgħu jittrattaw dwar l-applikazzjoni tat-TSIs u tar-regoli tas-sikurezza nazzjonali, inklużi r-regoli tat-tħaddim tan-netwerk, l-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati ta" l-impjegati u l-awtorizzazzjoni biex jitħaddmu l-vetturi ferrovjarji użati mill-intrapriża ferrovjarja. Iċ-ċertifikazzjoni hija bbażata fuq id-dokumentazzjoni sottomessa mill-intrapriża ferrovjarja skond l-Anness IV.";

"

(8 )  L-Artikolu 14 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"

Artikolu 14

It-tqegħid fis-servizz tal- vetturi ferrovjarji

Il-vetturi ferrovjarji li kienu awtorizzati biex jitqiegħdu fis-servizz f'xi Stat Membru għandhom ikunu s-suġġett ta' awtorizzazzjoni oħra qabel jitqiegħdu fis-servizz f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-oħra, f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli [...] tad-Direttiva .../.../KE [Direttiva dwar l-interoperabilità]. (10) ";

"

9)   g ħandu jiddaħħal ▌l-Artikolu 14a li ġej:

" Artikolu 14(a)

Il-manutenzjoni tal-vetturi

1.  Kull meta jitqiegħdu fis-servizz xi vetturi, għandu jinħatar detentur għal kull vettura. Id-detentur tal-vettura għandu jkun responsabbli għall-manutenzjoni tal-vettura. Intrapriża ferrovjarja tista' tkun id-detentur.

2.  L-intrapriża ferrovjarja għandha tkun responsabbli għas-sikurezza ta' l-operazzjoni tal-vetturi mqiegħda fis-servizz fin-netwerk. Sabiex tagħti prova fil-qafas taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 10 li l-manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji ssir skond l-esiġenzi applikabbli, l-intrapriża ferrovjarja għandha tindika min huma d-detenturi tal-vetturi u tipprovdi d-dokumentazzjoni li tispjega l-proċeduri applikati minn dawn id-detenturi biex iwettqu din il-manutenzjoni.

3.  Meta xi intrapriża ferrovjarja tuża vetturi li hija stess ma tkunx id-detentur tagħhom, din tistabbilixxi l-proċeduri meħtieġa sabiex tivverifika li l-esiġenzi li japplikaw ikunu qed jitħarsu, fosthom ir-regoli tal-manutenzjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TSI . Meta jinbidel id-detentur, id-detentur ta' qabel għandu jittrasferixxi, qabel il-bidla tiġi reġistrata fir-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi, id-dokumenti ta' manutenzjoni kollha fil-pussess tiegħu.

4.  Il-Kummissjoni għandha, sa l-1 ta' Jannar 2010 , tadotta sistema obbligatorja ta' ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni għad- detenturi tal-vaguni u ta' vetturi oħra , ibbażata fuq rakkomandazzjoni ta' l-Agenzija. Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva , fosthom billi jissupplimentawha b'elementi ġodda , għandhom jiġu adottati skond ▌il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 27(2b).";

(10)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu 17a li ġej:

"

Artikolu 17a

Deċiżjonijiet suġġetti għall-opinjonijiet ta' l-Aġenzija

L-Aġenzija tista' tintalab, minn applikant, biex tagħti opinjoni teknika fuq deċiżjoni negattiva li tkun ittieħdet minn awtorità tas-sikurezza rigward l-għoti ta' ċertifikat tas-sikurezza jew ta' awtorizzazzjoni tas-sikurezza skond l-Artikoli 10 u 11.

"

(11)  L-Artikolu 26 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"

Artikolu 26

Adattament ta' l-Annessi

Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jadattaw l-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a). Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni tista' tapplika l-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 27(2b). ";

"

12)   fl-Artikolu 27, għandhom jiddaħħlu l- paragrafi 2a u 2b li ġejjin :

"

"2a . F'każ fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a) paragrafi (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 ta' din ta' l-aħħar.

2 ter.  "2b. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

"

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma" din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn ...(11) . Dawn jikkomunikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni t-test ta" dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll tabella ta" korrispondenza bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi biex isir dan it-tip ta" referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi interna li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-║ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi ║,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 256, 27.10.2007, p. 39.
(2) ĠU C, , p.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007.
(4) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 16 .
(5) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(7)1 ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(8)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru u d-data tad-Direttiva.
(9)++ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva.
(10)+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva.
(11)* 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva .

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Settembru 2008Avviż legali