Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Novembru 2007 dwar in-nomina ta' David Bostock bħala Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri (C6-0304/2007 – 2007/0813(CNS))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 247(3) tat-Trattat KE u l-Artikolu 160b(3) tat-Trattat Euratom, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0304/2007),
– wara li kkunsidra l-fatt li fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta' Novembru 2007 il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema' lill-persuna nnominata mill-Kunsill għall-kariga ta' membru tal-Qorti ta' l-Awdituri, u kkunsidra l-kwalifiki tal-persuna nnominata fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 247(2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 160b(2) tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0439/2007),
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar in-nomina ta' David Bostock bħala Membru tal-Qorti ta' l-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, u lill-istituzzjonijiet ta' verifika ta' l-Istati Membri.