Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0037A(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0513/2007

Testi mressqa :

A6-0513/2007

Dibattiti :

PV 14/01/2008 - 16
CRE 14/01/2008 - 16

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2008 - 8.3
CRE 15/01/2008 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0003

Testi adottati
PDF 107kWORD 55k
It-Tlieta, 15 ta' Jannar 2008 - Strasburgu Verżjoni finali
It-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport ***I
P6_TA(2008)0003A6-0513/2007

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta" l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta" l-oġġetti ta" l-ikel - Aspetti tat-trasport (COM(2007)0090 – C6-0086/2007 – 2007/0037A(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0090),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 75(3), 95 u 152(4)(b) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0086/2007),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni mill-Konferenza tal-Presidenti fil-5 ta' Lulju 2007 li tawtorizza lill-Kumitat dwar l-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u lill-Kumitat dwar it-Trasport u t-Turiżmu sabiex ifasslu rapport leġiżlattiv kull wieħed fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0513/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
TITOLU
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta" l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene ta" l-oġġetti ta" l-ikel.
Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kundizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni ta" l-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea.
Emenda 2
ĊITAZZJONI 1
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75(3), l-Artikolu 95 u l-Artikolu 152(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75(3) tiegħu,
Emenda 3
ĊITAZZJONI 5
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,
imħassra
Emenda 4
PREMESSA 3
(3)  L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 jeħtieġ li l-operaturi kollha tal-kumpaniji ta" l-ikel iwaqqfu, jimplimentaw u jżommu proċedura msejsa fuq il-prinċipji ta" l-Analiżi tal-Periklu u l-Punti ta" Kontroll Kritiċi (HACCP).
imħassra
Emenda 5
PREMESSA 4
(4)  L-esperjenza wriet li f'ċerti kumpaniji ta" l-ikel, l-iġjene ta" l-ikel jista" jiġi żgurat permezz ta" l-implimentazzjoni korretta tar-rekwiżiti ta" l-iġjene ta" l-ikel stipulati fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 mingħajr ma jsir użu tas-sistema ta" l-HACCP. Il-kumpaniji kkonċernati huma b'mod partikolari kumpaniji żgħar li fil-biċċa l-kbira jbigħu l-prodotti tagħhom direttament lill-konsumatur finali, bħal tal-ħobż, tal-laħam, tal-growser, tal-monti, ir-restaurants, u l-bars, li huma mikro-impriżi skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta" Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta" l-impriżi mikro, żgħar u ta" daqs medju.
imħassra
Emenda 6
PREMESSA 5
(5)  Għalhekk, jeħtieġ li tiġi pprovduta eżenzjoni lil dawn il-kumpaniji mir-rekwiżit ta" l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Dan ifisser li huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħra kollha ta" dan ir-Regolament.
imħassra
Emenda 7
PREMESSA 6
(6)  Peress li l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u dik tar-Regolament Nru 11 għandhom l-għan komuni li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq il-kumpaniji, mingħajr ma jbiddlu l-proposta bażi ta" dawn ir-Regolamenti, jeħtieġ li dawn l-emendi jingħaqdu f'Regolament wieħed.
imħassra
Emenda 8
ARTIKOLU 2
Artikolu 5(3) (Regolament (KE) 852/2004)
Artikolu 2
imħassar
Fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, is-sentenza li ġejja tiżdied:
Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti l-oħra ta" dan ir-Regolament, il-paragrafu 1 mhux se japplika għall-kumpaniji li huma mikro-impriżi skond it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta" Mejju 2003, u l-attivitajiet li jikkonsistu fil-biċċa l-kbira fil-bejgħ dirett ta" l-ikel lill-konsumatur finali."
Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Settembru 2008Avviż legali