Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0054(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0515/2007

Testi mressqa :

A6-0515/2007

Dibattiti :

PV 15/01/2008 - 6
CRE 15/01/2008 - 6

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2008 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0006

Testi adottati
PDF 81kWORD 37k
It-Tlieta, 15 ta' Jannar 2008 - Strasburgu Verżjoni finali
Applikazzjoni ta' skemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità ***I
P6_TA(2008)0006A6-0515/2007
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (COM(2007)0159 – C6-0104/2007 – 2007/0054(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0159),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0104/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0515/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) tal-Kunsill Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta" l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità
P6_TC1-COD(2007)0054

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 592/2008.)

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Settembru 2008Avviż legali