Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/2223(INL)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0076/2008

Testi mressqa :

A6-0076/2008

Dibattiti :

PV 21/04/2008 - 20
CRE 21/04/2008 - 20

Votazzjonijiet :

PV 22/04/2008 - 5.5
CRE 22/04/2008 - 5.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 18/06/2008 - 6.8
CRE 18/06/2008 - 6.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0129
P6_TA(2008)0301

Testi adottati
PDF 407kWORD 70k
It-Tlieta, 22 ta' April 2008 - Strasburgu
Statut ta' l-Ombudsman Ewropew
P6_TA(2008)0129A6-0076/2008
Test
 Test konsolidat

Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-22 ta' April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta' l-Ombudsman (2006/2223(INI))

L-abbozz ta' Deċiżjoni li ġej kien adottat(1) u mibgħut lill-Kunsill u l-Kummissjoni skond l-Artikolu 195(4) tat-Trattat KE u l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat Euratom:

(1) Il-vot dwar il-mozzjoni ta' riżoluzzjoni (A6-0076/2008) kien aġġornat sakemm tiġi konkluża l-proċedura skond l-Artikolu 195(4) tat-Trattat KE u l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat Euratom.


Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta' l-Ombudsman

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 195(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 107d(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet ta' l-Ombudsman,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Bl-approvazzjoni tal-Kunsill,

Billi:

(1)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea(1) tirrikonoxxi d-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini ta' l-Unjoni.

(2)  Il-fiduċja taċ-ċittadini fil-kapaċità ta' l-Ombudsman li jmexxi investigazzjonijiet bir-reqqa u imparzjali dwar każijiet allegati ta' amministrazzjoni ħażina hija fundamentali biex l-azzjoni ta' l-Ombudsman ikollha suċċess.

(3)  Huwa mixtieq li l-Istatut ta' l-Ombudsman jiġi adattat sabiex titneħħa kull inċertezza fil-kapaċità ta' l-Ombudsman li jmexxi investigazzjonijiet bir-reqqa u imparzjali fil-każijiet allegati ta' amministrazzjoni ħażina.

(4)  Huwa mixtieq li l-Istatut ta' l-Ombudsman jiġi adattat sabiex tkun tista' titqies kull evoluzzjoni tad-dispożizzjonijiet legali jew tal-ġurisprudenza għal dak li jirrigwarda l-intervent ta' entitajiet, uffiċċji u aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea fil-każijiet li jidhru quddiem il-Qorti tal-Ġuistizzja.

(5)  Huwa mixtieq li l-Istatut ta' l-Ombudsman jiġi adattat sabiex jitqiesu t-tibdiliet li saru f'dawn l-aħħar snin għal dak li jirrigwarda l-irwol ta' l-istituzzjonijiet u ta' l-entitajiet ta' l-UE fil-ġlieda kontra l-frodi għad-detriment ta' l-interessi finanzjarji ta' l-Unjoni Ewropea, l-aktar il-ħolqien ta' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), sabiex l-Ombudsman ikun jista' jinnotifika lil dawk l-istituzzjonijiet jew entitajiet bi kwalunkwe tagħrif li jaqa' taħt il-kompiti tagħhom.

(6)  Huwa mixtieq li jittieħdu passi sabiex l-Ombudsman jitħalla jiżviluppa l-koperazzjoni tiegħu ma' istituzzjonijiet simili fil-livell nazzjonali u internazzjonali kif ukoll ma' istituzzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali li jkopru firxa ta' attivitajiet usa' minn ta' l-Ombudsman Ewropew, bħall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, billi koperazzjoni bħal din tista' tagħti kontribut pożittiv biex titjieb l-effiċjenza ta' l-azzjoni ta' l-Ombudsman.

(7)  It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar skada fl-2002,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Iċ-Ċitazzjoni 1, il-Premessa 3, l-Artikolu 1(1), is-subparagrafi 1 u 5 ta' l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom għandhom jiġu emendati kif ġej:"

Statut ta' l-Ombudsman   Proposta għal emenda
Emenda 1
Ċitazzjoni 1
Wara li kkunsidra t-Trattati li jistabbilixxu il-Komunitajiet Ewropej, partikolarment l-Artikolu 195(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Artikolu 20d(4) tat-Trattati li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidra t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, partikolarment l-Artikolu 195(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,
Emenda 2
Premessa 3
Billi l-Ombudsman, li jista' wkoll jaġixxi fuq mozzjoni proprja tiegħu jew tagħha, għandu jkollu aċċess għall-elementi neċessarji għat-twettiq ta' l-obbligi tiegħu; billi għalhekk l-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet huma obbligati: li jipprovdu lill-Ombudsman, fuq talba tiegħu, kwalunkwe informazzjoni li jitlob mingħandhom, kemm-il darba ikun hemm sitwazzjoni raġonevoli ta' segretezza, u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' l-Ombudsman li ma jiżvelax l-informazzjoni; billi l-awtoritajiet ta' l-"Istati Membri" huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bl-informazzjoni kollha neċessarja sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx koperta bil-liġijiet jew regolamenti rigward is-segretezza jew b'dispożizzjonijiet li jimpedixxu l-komunikazzjoni tagħha; billi jekk l-Ombudsman isib li l-assistenza rikjesta mhix qed tiġi sodisfatta, hu għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel rappreżentanza xierqa;
Billi l-Ombudsman, li jista' wkoll jaġixxi fuq mozzjoni proprja tiegħu jew tagħha, għandu jkollu aċċess għall-elementi neċessarji għat-twettiq ta' l-obbligi tiegħu; billi għalhekk l-istituzzjonijiet Komunitarji u korporazzjonijiet huma obbligati: li jipprovdu lill-Ombudsman, fuq talba tiegħu, kwalunkwe informazzjoni li jitlob mingħandhom u mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' l-Ombudsman li ma jiżvelax l-informazzjoni u li jqis informazzjoni jew dokumenti kklassifikati skond regoli li strettament ikunu ekwivalentigħal dawk fis-seħħ fl-istituzzjonijiet jew fl-entitajiet ikkonċernati; billi l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li jfornu informazzjoni jew dokumenti kklassifikati għandhom jinnotifikaw lill-Ombudsman b'din il-klassifikazzjoni; billi l-Ombudsman u l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ikkonċernati għandhom jaqblu dwar il-kundizzjonijiet operazzjonali għall-provvista ta' informazzjoni u dokumenti kklassifikati; billi l-awtoritajiet ta' l-"Istati Membri" huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bl-informazzjoni kollha neċessarja sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx koperta bil-liġijiet jew regolamenti rigward is-segretezza jew b'dispożizzjonijiet li jimpedixxu l-komunikazzjoni tagħha; billi jekk l-Ombudsman isib li l-assistenza rikjesta mhix qed tiġi sodisfatta, hu għandu jinforma lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel rappreżentanza xierqa;
Emenda3
Artikolu 1, paragrafu 1
1.  Ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman se jkunu stabbiliti bid-Deċiżjoni bi qbil ma' l-Artikolu 195(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 20d (4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Artikolu 107d (4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.
1.  Ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq ta' l-obbligi ta' l-Ombudsman se jkunu stabbiliti bid-Deċiżjoni bi qbil ma' l-Artikolu 195(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 107d(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.
Emenda 4
Artikolu 3, paragrafu 2, subparagrafu 1
2.  L-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bi kwalunkwe informazzjoni mitluba minnu u jagħtuh l-aċċess għall-fajls konċernati. Huma jistgħu biss jirrifjutaw a bażi ta' raġunijiet sostanzjali ta' segretezza."
2.  L-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji huma obbligati li jipprovdu lill-Ombudsman bi kwalunkwe informazzjoni mitluba minnu u jagħtuh l-aċċess għall-fajls konċernati. L-aċċess għal informazzjoni u dokumenti kklassifikati, b'mod partikolari għal dokumenti sensittivi skond it-tifsira ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) 1049/20011, għandu jkun suġġett għall-osservanza mill-Ombudsman ta' regoli strettament ekwivalenti għal dawk fis-seħħ fl-istituzzjonijiet jew fl-entitajiet ikkonċernati.
L-istituzzjonijiet jew l-entitajiet li jipprovdu informazzjoni jew dokumenti kklassifikati kif msemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman b'din il-klassifikazzjoni.
Għall-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu, l-Ombudsman jista' jaqbel ma' l-istituzzjonijiet jew l-entitajiet dwar il-kundizzjonijiet operazzjonali għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata u informazzjoni oħra koperti mill-obbligu ta' segretezza professjonali.
_____________________
1 Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
Emenda 5
Artikolu 3, paragrafu 2, subparagrafu 5
Uffiċjali u impjegati oħra ta' l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji għandhom jixhdu fuq talba ta' l-Ombudsman; għandom jitkellmu f'isem u bi qbil ma' l-istruzzjonijiet ta' l-amministrazzjoni tagħhom u jibqgħu jkunu taħt id-dover tagħhom ta' segretezza professjonali".
Uffiċjali u impjegati oħra ta' l-istituzzjonijiet u l-entitajiet Komunitarji għandhom jixhdu fuq talba ta' l-Ombudsman; għandhom jibqgħu jkunu marbuta bir-regoli rilevanti tar-Regolamenti ta' l-Istaff, b'mod partikolari bid-dover tagħhom ta' segretezza professjonali.
Emenda 6
Artikolu 4
1.  L-Ombudsman u l-impjegati tiegħu, għal liema l-Artikolu 287 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, l-Artikolu 47(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Artikolu 194 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika għandhom japplikaw, huma rikjesti li ma jiżvelawx informazzjoni jew dokumenti li jiksbu waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Għandhom jkunu wkoll rikjesti li jittrattaw b'kunfidenzalità kull informazzjoni li tista' tippreġudika lill-persuna li rreġistrat l-ilment jew kwalunkwe persuna oħra involuta, mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2.
1.  L-Ombudsman u l-impjegati tiegħu, li għalihom għandhom japplikaw l-Artikolu 287 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u l-Artikolu 194 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, huma rikjesti li ma jiżvelawx informazzjoni jew dokumenti li jiksbu waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Huma għandhom ukoll ikunu meħtieġa li ma jgħaddu l-ebda informazzjoni jew dokumenti kklassifikati pprovduti lill-Ombudsman bħala dokumenti sensittivi skond it-tifsira ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jew bħala dokumenti li jaqgħu fl-ambitu ta' l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità rigward il-ħarsien tad-data personali, kif ukoll kull informazzjoni li tista' tippreġudika lill-persuna li rreġistrat l-ilment jew kwalunkwe persuna oħra involuta, mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2.
L-Ombudsman u l-istaff tiegħu għandhom jieħdu ħsieb ta' l-applikazzjonijiet minn partijiet terzi għal aċċess għal dokumenti miksuba mill-Ombudsman waqt l-investigazzjonijiet skond il-kundizzjonijiet u l-limiti disposti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, b'mod partikolari fl-Artikolu 4 tiegħu.
2.  Jekk, waqt l-inkjesti, jiskopri fatti li jaħseb li jistgħu jirrleataw mal-liġi kriminali, l-Ombudsman għandu immedjatament javża lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti permezz tar-Rappreżentazzjonijiet Permanenti ta' l-Istati Membri u l-Komunitajiet Ewropej u, kif xieraq, lill-istituzzjoni Komunitarja li għandha awtorità fuq l-uffiċjal jew impjegat ikkonċernat, li tista' tapplika it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej. L-Ombudsman jista' wkoll jinforma lill-istituzzjoni jew korp Komunitarju kkonċernata bil-fatti li jirrigwardaw il-kondotta ta' membru mill-istaff tagħhom minn aspett dixxiplinarju.
2.  Jekk, waqt l-inkjesti, jiskopri fatti li jaħseb li jistgħu jirrelataw mal-liġi kriminali, l-Ombudsman għandu immedjatament javża lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti permezz tar-Rappreżentazzjonijiet Permanenti ta' l-Istati Membri u l-Komunitajiet Ewropej jew l-istituzzjoni jew l-entità Komunitarja kompetenti; jekk ikun il-każ, l-Ombudsman għandu wkoll jgħarraf lill-istituzzjoni jew entità Komunitarja li għandha awtorità fuq l-uffiċjal jew impjegat ikkonċernat, li tista' tapplika it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej L-Ombudsman jista' wkoll jinforma lill-istituzzjoni jew korp Komunitarju kkonċernata bil-fatti li jirrigwardaw il-kondotta ta' membru mill-istaff tagħhom minn aspett dixxiplinarju.
Emenda 7
Artikolu 5
Sakemm tista' tgħin biex tagħmel l-inkjesti iktar effiċjenti u biex ikunu salvagwardati aħjar id-drittijiet u l-interessi ta' persuni li rreġistraw ilmenti lilu, l-Ombudsman jista' jikkopera ma' l-awtoritajiet ta' l-istess tip f'ċerti Stati Membri sakemm ikun konformi mal-liġi nazzjonali applikabbli. L-Ombudsman ma jistax għalhekk jitlob li jara dokumenti li ma kienx ikollu aċċess għalihom skond l-Artikolu 3.
Sakemm tista' tgħin biex tagħmel l-inkjesti iktar effiċjenti u biex ikunu salvagwardati aħjar id-drittijiet u l-interessi ta' persuni li rreġistraw ilmenti lilu, l-Ombudsman jista' jikkopera ma' l-awtoritajiet ta' l-istess tip f'ċerti Stati Membri sakemm ikun konformi mal-liġi nazzjonali applikabbli. L-Ombudsman ma jistax għalhekk jitlob li jara dokumenti li ma kienx ikollu aċċess għalihom skond l-Artikolu 3. L-Ombudsman jista', bl-istess kundizzjonijiet, jikkopera ma' istituzzjonijiet oħra għall-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali.
"

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

(1) ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza