1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III - Kummissjoni (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007 – 2007/2037(DEC)) (SEC(2007)1055 – C6-0362/2007 – 2007/2037(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1)
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007, SEC(2007)1055 – C6-0362/2007)(2)
,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza ta' l-2005 (COM(2007)0538, COM(2007)0537), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness għar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005 (SEC(2007)1185, SEC(2007)1186),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Riżultati tal-Politika fl-2006' (COM(2007)0067),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2006' (COM(2007)0274),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (COM(2007)0280), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ mar-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (SEC(2007)0708),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2005 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2007)0118),
– wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2006 (COM(2006)0194),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' 'verifika waħda' (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern)(3)
,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-roadmap għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2005)0252),
– wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2006)0009), ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007)0086), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ ma' dak ir-rapport (SEC(2007)0311),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali ta' l-Istati Membri, id-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' ta' l-Istati Membri u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi ta' l-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika(4)
,
– wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni fi tmexxija konġunta ta' azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat(COM(2008)0110), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport (SEC(2008)0259),
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet(5)
u r-rapport speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, mogħtija mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(6)
,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5842/2008 – C6-0082/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7)
, u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0109/2008),
A. billi skond l-Artikolu 274 tat-Trattat KE l-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabilità tagħha stess, skond il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda,
1. Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;
2. Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika ta' l-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).
ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007(ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)
2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2006 (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007 – 2007/2037(DEC)) (SEC(2007)1055 – C6-0362/2007 – 2007/2037(DEC))
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1)
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007, SEC(2007)1055 – C6-0362/2007)(2)
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżjoni u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2006(3)
,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza ta' l-2005 (COM(2007)0538, COM(2007)0537), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness għar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005 (SEC(2007)1185, SEC(2007)1186),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Riżultati tal-Politika fl-2006' (COM(2007)0067),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2006' (COM(2007)0274),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (COM(2007)0280), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ mar-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (SEC(2007)0708),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2005 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2007)0118),
– wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2006 (COM(2006)0194),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' 'verifika waħda' (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern)(4)
,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-roadmap għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2005)0252),
– wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2006)0009), ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007)0086), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ ma' dak ir-rapport (SEC(2007)0311),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali ta' l-Istati Membri, id-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' ta' l-Istati Membri u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi ta' l-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika(5)
,
– wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni fi tmexxija konġunta ta' azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat(COM(2008)0110), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport (SEC(2008)0259),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżjoni u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2006, kif ukoll it-tweġibiet ta' l-Aġenzija(6)
,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, mogħtija mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(7)
,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5855/2008 – C6-0083/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jistipula l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li se jkunu fdati b'ċerti ħidmiet li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija tal-programmi Komunitarji(9)
, u b'mod partikulari l-Artikolu 14(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar ir-regolamentazzjoni finanzjarja standard għall-agenziji eżekuttivi li jsegwi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(10)
, u b'mod partikulari l-Artikolu 66(1) u (2) tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/56/KE ta' l-14 ta' Jannar 2005 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għat-tmexxija ta' l-azzjoni Komunitarja fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(11)
,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0109/2008),
A. billi skond l-Artikolu 274 tat-Trattat KE l-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabbilità tagħha stess, skond il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda,
1. Jagħti l-kwittanza lid-direttur ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2006;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni, kif ukoll id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-direttur ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).
ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/114/KE (ĠU L 49, 17.2.2007, p. 21)
3.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għas-sena finanzjarja 2006 (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007 – 2007/2037(DEC)) (SEC(2007)1055 – C6-0362/2007 – 2007/2037(DEC))
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1)
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007, SEC(2007)1055 – C6-0362/2007)(2)
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali aħħarin ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għas-sena finanzjarja 2006(3)
,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza ta' l-2005 (COM(2007)0538, COM(2007)0537), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness għar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005 (SEC(2007)1185, SEC(2007)1186),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Riżultati tal-Politika fl-2006' (COM(2007)0067),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2006' (COM(2007)0274),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (COM(2007)0280), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ mar-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (SEC(2007)0708),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2005 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2007)0118),
– wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2006 (COM(2006)0194),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' 'verifika waħda' (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern)(4)
,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-roadmap għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2005)0252),
– wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2006)0009), ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007)0086), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ ma' dak ir-rapport (SEC(2007)0311),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali ta' l-Istati Membri, id-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' ta' l-Istati Membri u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi ta' l-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika(5)
,
– wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni fi tmexxija konġunta ta' azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat(COM(2008)0110), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport (SEC(2008)0259),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għas-sena finanzjarja 2006, kif ukoll it-tweġibiet ta' l-Aġenzija(6)
,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, mogħtija mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(7)
,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5855/2008 – C6-0083/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(8)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 55 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jistipula l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li se jkunu fdati b'ċerti ħidmiet li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija tal-programmi Komunitarji(9)
, u b'mod partikulari l-Artikolu 14(3) tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar ir-regolamentazzjoni finanzjarja standard għall-agenziji eżekuttivi li jsegwi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(10)
, u b'mod partikulari l-Artikolu 66(1) u (2) tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2004/20/KE tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva, l-"Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti", biex timmaniġġja l-azzjoni tal-Komunità fis-settur ta' l-enerġija biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(11)
,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0109/2008),
A. billi skond l-Artikolu 274 tat-Trattat KE l-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabilità tagħha stess, skond il-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja soda,
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2006;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti ta' l-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).
ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/372/KE (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52)
4.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007 – 2007/2037(DEC)) (SEC(2007)1055 – C6-0362/2007 – 2007/2037(DEC))
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1)
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007, SEC(2007)1055 – C6-0362/2007)(2)
,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza ta' l-2005 (COM(2007)0538, COM(2007)0537), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness għar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005 (SEC(2007)1185, SEC(2007)1186),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Riżultati tal-Politika fl-2006' (COM(2007)0067),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2006' (COM(2007)0274),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (COM(2007)0280), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ mar-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (SEC(2007)0708),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2005 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2007)0118),
– wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2006 (COM(2006)0194),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' 'verifika waħda' (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern)(3)
,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-roadmap għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2005)0252),
– wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2006)0009), ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007)0086), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ ma' dak ir-rapport (SEC(2007)0311),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali ta' l-Istati Membri, id-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' ta' l-Istati Membri u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi ta' l-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika(4)
,
– wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni fi tmexxija konġunta ta' azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat(COM(2008)0110), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport (SEC(2008)0259),
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet(5)
u r-rapport speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, mogħtija mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(6)
,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5842/2008 – C6-0082/2008) u 5855/2008 – C6-0083/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7)
, u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jistipula l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li se jkunu fdati b'ċerti ħidmiet li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija tal-programmi Komunitarji(8)
, u b'mod partikulari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0109/2008),
A. billi skond l-Artikolu 275 tat-Trattat KE l-Kummissjoni hija responsabbli għat-tfassil tal-kontijiet,
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika ta' l-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).
5.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima III – Kummissjoni (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007 – 2007/2037(DEC)) (SEC(2007)1055 – C6-0362/2007 – 2007/2037(DEC))
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1)
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (SEC(2007)1056 – C6-0390/2007, SEC(2007)1055 – C6-0362/2007)(2)
,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza ta' l-2005 (COM(2007)0538, COM(2007)0537), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni - Anness għar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005 (SEC(2007)1185, SEC(2007)1186),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Riżultati tal-Politika fl-2006' (COM(2007)0067),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata 'Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2006' (COM(2007)0274),
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (COM(2007)0280), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ mar-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni li saru fl-2006 (SEC(2007)0708),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta" l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2005 tal-Qorti ta" l-Awdituri (COM(2007)0118),
– wara li kkunsidra l-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2006 (COM(2006)0194),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' 'verifika waħda' (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern)(3)
,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-roadmap għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2005)0252),
– wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2006)0009), ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-progress tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat tal-kontroll intern (COM(2007)0086), u d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni maħruġ ma' dak ir-rapport (SEC(2007)0311),
– wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 6/2007 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar it-taqsiriet annwali ta' l-Istati Membri, id-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' ta' l-Istati Membri u x-xogħol tal-verifika fuq il-fondi ta' l-UE mill-korpi nazzjonali tal-verifika(4)
,
– wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni fi tmexxija konġunta ta' azzjonijiet strutturali (COM(2008)0097),
– wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat(COM(2008)0110), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport (SEC(2008)0259),
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet(5)
u r-rapport speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, mogħtija mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(6)
,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5842/2008 – C6-0082/2008) u 5855/2008 – C6-0083/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7)
, u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0109/2008),
A. billi l-Artikolu 274 tat-Trattat KE jistabbilixxi li r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-baġit Komunitarju hija tal-Kummissjoni u trid titħaddem skond il-prinċipji ta' l-amministrazzjoni finanzjarja soda, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri,
B. billi l-implimentazzjoni tal-politiki ta' l-UE hija kkaratterizzata mill-ġestjoni konġunta tal-baġit Komunitarju mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, skond liema 80% tan-nefqa Komunitarja hija amministrata mill-Istati Membri,
C. billi fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' April 2007(8)
dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005, il-Parlament ippropona li kull Stat Membru jrid ikun jista' jassumi r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-fondi li jkun irċieva mill-UE, permezz ta' dikjarazzjoni waħda ta' amministrazzjoni nazzjonali jew permezz ta' diversi dikjarazzjonijiet fi ħdan qafas nazzjonali,
D. billi l-ħtieġa urġenti li jiddaħħlu dikjarazzjonijiet nazzjonali f'livell politiku xieraq, li jkopru l-fondi Komunitarji kollha li jkunu taħt ġestjoni konġunta, kienet proposta mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-2003 u l-2005 dwar il-kwittanza,
E. billi, fir-Rapport Annwali tagħha dwar is-sena finanzjarja 2006 (punt 0.10), il-Qorti ta' l-Awdituri (ECA) irrikonoxxiet l-importanza ta' dikjarazzjonijiet nazzjonali mat-taqsiriet annwali sakemm, "dawn l-elementi kollha, jekk implimentati sew, jistgħu jistimulaw immaniġġjar u kontroll imtejba tal-fondi ta' l-UE fl-Istati Membri" u b'xi kundizzjonijiet "elementi bħal dawn jistgħu jagħtu valur miżjud u jistgħu jintużaw mill-Qorti skond ir-rekwiżiti ta' standards internazzjonali tal-verifika",
F. billi l-ECA fl-Opinjoni Nru 6/2007 tagħha dwar it-taqsiriet annwali ta' l-Istati Membri u d-'dikjarazzjonijiet nazzjonali' ta' l-Istati Membri, enfasizzat ukoll li d-dikjarazzjonijiet nazzjonali jistgħu jitqiesu bħala element ġdid tal-kontroll intern tal-fondi ta' l-UE, u li jekk juru biċ-ċar il-punti ta' saħħa u l-punti dgħajfin, huma jistimulaw kontroll aħjar tal-fondi ta' l-UE taħt ġestjoni konġunta,
G. billi t-titjib ta' l-amministrazzjoni finanzjarju fl-UE jrid ikun appoġġjat minn monitoraġġ tajjeb tal-progress fil-Kummissjoni u fl-Istati Membri, u billi l-istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà għall-immaniġġjar tal-fondi ta' l-UE, filwaqt li tkun żgurata t-tlestija ta' qafas integrat ta' l-UE ta' kontroll intern bil-għan li tingħata DAS pożittiva,
H. billi l-implimentazzjoni tal-punt 44 tal-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (IIA)(9)
u ta' l-Artikolu 53b(3) tar-Regolament Finanzjarju, dwar it-taqsiriet tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli, għandhom jagħtu kontribut sostanzjali biex jittejjeb l-immaniġġjar tal-baġit Komunitarju,
I. billi l-prinċipju ta' tmexxija finanzjarja soda, inkluż il-kontroll intern effettiv huwa wieħed mill-prinċipji baġitarji stipulati fir-Regolament Finanzjarju wara li ġie emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006(10)
, kif imsemmi mill-Kummissjoni fil-pjan ta' azzjoni tagħha li qafas ta' kontroll intern integrat,
J. billi l-ħidma tal-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit b'mod ġenerali u l-proċedura tal-kwittanza b'mod partikulari huma parti minn proċess li jipprova jikseb ir-responsabbiltà sħiħa tal-Kummissjoni kollha kemm hi, u tal-Membri individwali tagħha, kif ukoll tal-partijiet rilevanti l-oħra kollha, li l-parti l-aktar importanti ta' dawn hi magħmula mill-Istati Membri, għal ġestjoni finanzjarja fl-UE, b'konformita mat-Trattat, u b'hekk tinħoloq bażi aħjar għat-teħid ta' deċiżjonijiet,
K. billi dan se jqis sew ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006 matul il-proċedura baġitarja li jmiss,
L. billi l-Kunsill għandu jimmira li jsaħħaħ l-isforzi ta' riforma u r-responsabbilita? ta' l-Istati Memrbri biex jirrimedjaw il-problemi identifikati mill-ECA u jiżgura ġestjoni finanzjarja aħjar fl-Unjoni Ewropea.
M. billi l-2006 kienet is-Sena Ewropea għall-Mobbilità tal-Ħaddiema, li qajmet kuxjenza dwar il-mobbilità fl-istabbiliment ta' suq ġenwin Ewropew tax-xogħol, u ħejjiet it-triq għas-Sena Ewropea ta' l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd fl-2007,
KONKLUŻJONIJIET EWLENIN
1. Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li għamlet il-Kummissjoni għal użu iktar effiċjenti tal-fondi ta' l-UE u ta' l-ambjent globali ta' kontroll, progress li jidher fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ta' l-ECA (DAS); f'dan id-dawl, jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar l-impatt finanzjarju ta' l-iżbalji; jistidinha sabiex fil-ġejjieni tapplika dan fil-kapitoli kollha tar-rapport annwali tagħha;
2. Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress konsiderevoli li sar fl-immaniġġjar tal-fondi tal-politika agrikola komuni (CAP), b'mod partikulari bis-saħħa tat-tħaddim tas-Sistema Integrata ta' Kontroll Amministrattiv (IACS), u jfakkar lill-Greċja dwar l-obbligu tagħha li timplimenta s-sistema IACS skond il-pjan ta' azzjoni tagħha;
3. Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni sabiex tirraporta kull xahar lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu dwar l-implimentazzjoni tas-segwitu tal-proċedura ta' kwittanza għall-2006, fejn, kull xahar, il-Membru tal-Kummissjoni jippreżenta l-iżviluppi fis-suġġett li għalih hu responsabbli, li jkopri dikjarazzjonijiet nazzjonali u sommarji annwali, azzjonijiet esterni u l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni f'ġestjoni konġunta ta' l-azzjonijiet strutturali;
Dikjarazzjonijiet Nazzjonali ta' Amministrazzjoni
4. Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tagħti appoġġ sod lill-inizjattivi nazzjonali għat-tfassil u l-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni nazzjonali, verifikati mill-istituzzjonijiet nazzjonali ta' verifika, u li tkompli tħeġġeġ lill-Istati Membri biex isegwu l-eżempju tad-Danimarka, l-Olanda, l-Iżvezja u r-Renju Unit; għalhekk jistenna li l-Kummissjoni tinkludi punt ġdid ta' azzjoni dwar il-promozzjoni tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali ta' amministrazzjoni bħala parti mir-reviżjoni u s-segwitu tal-pjan ta' azzjoni fuq imsemmi lejn qafas ta' kontroll intern integrat; jistenna wkoll li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li t-taqsiriet nazzjonali jirrispettaw bis-sħiħ l-iskopijiet u l-ispirtu tal-punt 44 ta' l-IIA;
5. Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni trid tirreaġixxi biex tissodisfa rekwiżiti importanti magħmula fir-riżoluzzjoni tal-Parlament li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza tas-sena finanzjarja 2005, u dan m'huwiex il-każ fil-qasam tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali, fejn il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex qabel tmiem l-2007 tressaq proposta lill-Kunsill għal dikjarazzjoni ta' amministrazzjoni nazzjonali li tkopri l-fondi Komunitarji kollha inklużi fil-ġestjoni konġunta; jiddispjaċiħ dwar il-fatt li l-Kummissjoni aċċettat b'mod taċitu l-irresponsabbilita? kollettiva ta' l-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka, ta' l-Olanda, ta' l-Iżvezja, u tar-Renju Unit, fir-rigward tal-ġestjoni finanzjarja fl-Unjoni Ewropea;
6. Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni trid tressaq ċifri kompleti u affidabbli għall-irkupri, filwaqt li tispeċifika l-linja tal-baġit u s-sena eżatt li għalihom jirreferi l-irkupru; kontroll serju ma jkunx possibbli bi kwalunkwe preżentazzjoni oħra; huwa konxju li sa ċertu punt il-Kummissjoni għandha tikseb din l-informazzjoni mingħand l-Istati Membri; għal dan il-għan juri li għal dawn l-aħħar tliet snin il-Parlament ippropona l-introduzzjoni ta' dikjarazzjonijiet dwar ġestjoni nazzjonali sabiex il-Kummissjoni titqiegħed f'pożizzjoni minn fejn tkun kapaċi tippreżenti l-informazzjoni nieqsa u timla' n-nuqqasijiet ta' trasparenza;
Fondi Strutturali
7. Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-pjan ta' azzjoni hawn fuq imsemmi biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni f'ġestjoni konġunta ta' l-azzjonijiet strutturali b'reazzjoni għat-tħassib imqajjem mill-Parlament waqt il-proċedura ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2006; se jimmoniterja mill-viċin ir-rappurtaġġ dwar dan il-pjan ta' azzjoni bi tħejjija għall-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007;
8. Jilqa' l-impenn soda li ħadet il-Kummissjoni sabiex tiżgura li kwalunkwe ħlasijiet mhux mistħoqqa jiġu rkuprati fiż-żmien li jifdal qabel jintemmu l-proċeduri ta' għeluq għall-perjodu 2000 - 2006;
9. Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tinforza bis-sħiħ ir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikulari fir-rigward tat-taqsiriet annwali; jistenna li l-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat bis-sħiħ dwar l-azzjonijiet legali kollha miġjuba kontra l-Istati Membri, u fallimenti ta' konformita' tagħhom; f'dan id-dawl jilqa' l-evalwazzjonijiet preliminari tal-kwalita? tat-taqsiriet annwali għall-agrikultura u l-Fondi Strutturali; jistenna bil-ħerqa l-evalwazzjonijiet finali fir-rapporti annwali ta' attivita? tad-Direttorati Ġenerali differenti;
10. Jikkunsidra bħala kisba kbira tal-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006 l-impenn meħud mill-Kummissjoni li tikkoreġi l-iżbalji individwali li nstabu fir-Rapport Annwali ta' l-ECA, u b'mod partikulari l-impenn sabiex isiru 100% tal-korrezzjonijiet fil-każijiet kollha ta' infrazzjonijiet serji ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku u biex jiġu applikati rata fissa jew korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati meta ssib problemi sistematiċi ta' offerti;
11. Madankollu jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta informazzjoni oġġettiva, ċara u sħiħa dwar il-kapaċita? tagħha li tirkupra ammonti ta' pagamenti mhux mistħoqqa;
12. Jilqa' l-fatt li bħala riżultat dirett tal-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006, il-Kummissjoni fl-aħħar impenjat ruħha li tapplika politika ta' pagamenti sospiżi kemm jista' jkun malajr wara li jinsabu nuqqasijiet serji fis-sistema;
13. Jistenna bil-ħerqa r-rapporti ta' kull tliet xhur dwar korrezzjonijiet u rkupri li għandhom jiġu verifikati mill-ECA, inkluż l-istabbiliment ta' sistema u skema ta' rappurtaġġ li jippermettu li l-irkupri li jsiru ex post
jiġu marbuta mas-sena meta l-fondi ngħataw verament; jispera li dan jagħti dehra ġenerali tajba tas-sitwazzjoni f'dan il-qasam, għall-ewwel darba, u fil-ħin għall-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007; huwa ta' l-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tippreżenta skorbord u data finali għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tagħha hawn fuq imsemmi sabiex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tagħha fi tmexxija konġunta ta' l-azzjonijiet strutturali;
14. Ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-impenji tagħha li ħadet waqt is-smigħ straordinarju quddiem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-25 ta' Frar 2008
a)
rigward l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni hawn fuq imsemmi biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni f'ġestjoni konġunta ta' l-azzjonijiet strutturali sabiex jitjiebu l-verifiki, jiġu deċiżi u applikati l-proċeduri meħtieġa ta' sospensjoni u ta' korrezzjoni, u biex jitjiebu l-irkupri, u jistenna r-rapporti ta' kull tliet xhur dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
b)
biex f'koperazzjoni mill-viċin ma' l-ECA, tiġi żviluppata skema ġdida ta' rappurtaġġ dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji u jistenna li tippreżenta skeda dettaljata għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' din l-iskema l-ġdida;
c)
li tippreżenta pjan ta' azzjoni b'miżuri dettaljata dwar kif jiġu evitati żbalji estremi;
15. Jappoġġja l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li, meta jinstabu irregolaritajiet, għandha tittieħed azzjoni korrettiva, inklużi s-sospensjoni tal-pagamenti u l-irkupru ta' pagamenti żbaljati jew mhux mistħoqqa, u li hija għandha tirrapporta lill-Parlament mill-inqas darbtejn fis-sena dwar il-miżuri li tieħu f'dan ir-rigward;
Azzjonijiet esterni
16. Jikkunsidra li wara l-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006, il-Kummissjoni saret aktar konxja dwar l-importanza tat-trasparenza, tal-viżibbilita? u tal-gwida politika għall-fondi kollha ta' l-UE implimentati fil-qasam ta' l-azzjonijiet esterni, kemm direttament mill-Kummissjoni, jew permezz ta' ġestjoni deċentralizzata jew permezz ta' fondi fiduċjarji internazzjonali;
17. Jilqa' l-impenn tar-rappreżentant tan-NU għall-Iraq li titjieb l-informazzjoni f'ħin reali lill-Kummissjoni, u jikkunsidra li t-13-il xhar ta' riċerka mill-viċin fl-użu tal-fondi ta' l-UE permezz ta' fondi fiduċjarji internazzjonali kkontribwew biex tikber il-kuxjenza dwar il-ħtieġa għal responsabbilita? fir-rigward ta' l-użu tal-flus ta' min iħallas it-taxxa ta' l-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoopera mill-viċin miegħu fir-reviżjoni tal-Ftehima ta' Qafas Finanzjarja u Amministrattiva bejn il-Komunita? Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti (FAFA);
18. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni inkludiet informazzjoni dwar il-missjonijiet ta' verifika taħt l-FAFA, kif ukoll il-konklużjonijiet relevanti, fir-rapporti annwali ta' attivita? li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali kompetenti fl-aħħar ta' Marzu 2008, u li dan ppermetta lill-Parlament iqis din l-informazzjoni waqt il-votazzjoni tiegħu dwar dan ir-rapport;
19. Jaċċetta l-proposta tal-Kummissjoni li tiddiskuti l-kwistjoni ta' definizzjoni ta' organizzazzjoni mhux governattiva (NGO) wara li r-riżultati tal-verifika li dejjem għaddejja ta' l-ECA dwar l-NGOs isiru disponibbli;
20. Jistieden lill-Kummissjoni biex:
a)
tipprovdih b'informazzjoni regolari dwar il-finanzjament ta' l-UE ta' fondi fiduċjarji minn bosta donaturi, kemm fuq inizjattiva tagħha kif ukoll fuq talba tal-Parlament;
b)
tippreżenta miżuri dwar kif tiġi mtejba l-viżibbilita? tal-fondi ta' l-UE meta tiġi implimentata għajnuna esterna permezz ta' organizzazzjonijiet oħra;
c)
tippreżenta miżuri maħsuba biex jippermettu aċċess aħjar għall-awdituri ta' l-UE (ECA, Kummissjoni jew kumpaniji privati ta' verifika) biex iwettqu verifiki ta' proġetti taħt ġestjoni konġunta, b'mod speċjali immanniġġar konġunt man-NU;
21. Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tinfurmah ukoll dwar il-benefiċjarji ta' fondi, kif jingħad fl-Artikolu 30(3) tar-Regolament Finanzjarju, kif ukoll li żżid aktar it-tmexxija, il-viżibbilita? u l-kontroll politiċi fuq dawn il-fondi, b'mod partikulari fuq fondi mmaniġġjati permezz ta' fondi fiduċjarji internazzjonali;
22. Jinsisti dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar il-membri kollha tal-grupp ta' ħidma u ta' l-esperti li jaħdmu mal-Kummissjoni, u jinsisti wkoll li jkunu magħrufa l-benefiċjarji tal-fondi ta' l-UE;
KWISTJONIJIET ORIZZONTALI Dikjarazzjoni ta' l-Assigurazzjoni L-affidabilità tal-kontijiet
23. Jinnota b'sodisfazzjon l-opinjoni pożittiva tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar l-affidabiltà tal-kontijiet annwali finali u d-dikjarazzjoni tagħha li, minbarra xi osservazzjonijiet, il-kontijiet jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Komunitajiet u r-riżultati ta' l-operat u l-likwidità tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2006, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-Uffiċjal għall-Kontabilità tal-Kummissjoni (Kapitolu 1, Dikjarazzjoni ta' Affidabiltà, paragrafi VII sa IX);
24. Jesprimi madankollu l-preokkupazzjoni tiegħu li l-osservazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar żbalji misjuba f'ammonti rreġistrati fis-sistema ta' kontabilità bħala fatturi jew dikjarazzjonijiet ta' l-infiq u prefinanzjament li għandhom l-effett li jkabbru l-ammonti b'madwar EUR 201 miljun u l-ammont totali ta' prefinanzjament għall-futur qarib u għall-futur imbiegħed b'madwar EUR 656 miljun; jiddispjaċih b'mod partikulari għad-dgħjufijiet fis-sistemi ta' kontabiltà ta' ċerti Direttorati Ġenerali, li għadhom jipperikolaw il-kwalità ta' l-informazzjoni finanzjarja (partikolarment għall-benefiċċji ta' qtugħ il-linja u ta' l-impjegati) u jwasslu għal numru ta' korrezzjonijiet wara t-tressiq tal-kontijiet proviżorji;
25. Jikkundanna l-fatt li d-dokumenti finanzjarji mhumiex disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-Unjoni Ewropea għall-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit;
26. Jinnota li l-uffiċjal għall-Kontabilità tal-Kummissjoni ma setax jivvalida għas-sena finanzjarja 2006 s-sistemi lokali ta' l-Uffiċċju ta' Koperazzjoni EuropeAid, tad-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura u tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni;
27. Ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-impenn tagħha fir-rapport annwali lill-awtorità tal-kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet tal-kwittanza ta' l-2005 li kull sitt xhur tagħti lill-awtorità baġitarja rapporti dwar l-immaniġġjar ta' operazzjonijiet ta' prefinanzjament, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005, u jiddispjaċih ħafna li dan ir-rapport għadu ma ġiex ippreżentat;
Legalità tat-tranżazzjonijiet bażiċi
28. Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri tqis li f'oqsma fejn is-sistemi superviżorji u ta' kontroll huma implimentati b'mod li jipprovdi mmanniġġar xieraq tar-riskju, it-tranżazzjonijiet kollha kemm huma ma jkollhomx żbalji materjali;
29. Jiddeplora, madankollu, il-fatt li f'oqsma importanti ħafna ta' nfiq tal-Komunità bħal ma huma miżuri strutturali, politiki interni u azzjonijiet esterni l-ħlasijiet għadhom affettwati minn żbalji materjali kbar fil-livell ta' l-organizzazzjonijiet inkarigati bl-implimentazzjoni;
30. Jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar il-fatt li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri għadha ssib dgħjufijiet fl-operat ta' sistemi superviżorji u ta' kontroll u fir-riżervi dwar l-assigurazzjonijiet mogħtija mid-Diretturi Ġenerali, b'mod partikolari fir-rigward tal-legalità u r-regolarità ta' tranżazzjonijiet bażiċi, u jfakkar lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar ir-responsabiltajiet tagħhom f'dan ir-rigward;
Informazzjoni u qafas tad-Dikjarazzjoni ta" Assigurazzjoni
31. Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex ittejjeb aktar iċ-ċarezza ta' l-approċċ tad-DAS fir-rigward tal-faturi li jikkontribwixxu għal sistemi ta' kontroll iktar effiċjenti u effettivi f'kull qasam minn sena għall-oħra u jistieden lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tibqa' tinforma lill-Parlament regolarment bil-progress f'dan ir-rigward;
32. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' ċarezza dwar il-legalità, u l-impatt inevitabbli fuq il-midja, tar-rapporti tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar fondi ta' l-UE li qed jingħataw lil ċerti benefiċjarji (kumpaniji tal-ferrovija, klabbs ta' l-ekwitazzjoni jew tat-trobbija taż-żwiemel, klabbs tal-golf u kunsilli lokali) skond ir-regoli ta' eliġibilità; jinnota li minn perspettiva legali din hija fl-aħħar mill-aħħar diskussjoni dwar ir-regoli ta' l-eliġibilità; jenfasizza li huwa appoġġja l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fil-passat, u se jkompli jagħmel dan meta jikkummenta dwar l-effiċjenza u l-effettività fir-Rapporti Speċjali tiegħu;
33. Ifakkar li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri għamlet l-użu ta' verifiki u rapporti disponibbli ta' l-istituzzjonijiet tal-verifika nazzjonali parti integrali mill-metodoloġija l-ġdida tiegħu; talab lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tinforma l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament dwar kif juża din l-informazzjoni u talab ukoll lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tagħti opinjoni dwar l-utilità ta' l-informazzjoni akkwistata mill-istituzzjonijiet tal-verifika nazzjonali meta tfassal ir-rapport annwali tagħha;
34. Jilqa' b'sodisfazzjon il-kwalità ta' partijiet speċifiċi mir-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, bħal dik dwar il-miżuri strutturali, kwalità li tippermetti lil kulmin hu konċernat jidentifika l-problemi u jiffoka l-isforzi tiegħu fuq it-titjib meħtieġ;
Immaniġġjar baġitarju
35. Jinnota l-isforzi li għamlu s-servizzi tal-Kummissjoni matul l-2006 biex ikunu żgurati l-kompletezza u l-eżattezza tar-reġistrazzjoni ta' ħlasijiet ġodda ta' prefinanzjament, ta' fatturi u dikjarazzjonijiet ta' nfiq miftuħa ġodda, u ta' qtugħ;
36. Jinnota li, fir-rigward tal-Fondi Strutturali, l-2006 kienet l-aħħar sena tal-perjodu ta' programmazzjoni mill-2000 sa l-2006, li sa l-aħħar tiegħu kellhom isiru l-impenji kollha għal dak il-perjodu;
37. Huwa preokkupat li l-impenji baġitarji pendenti fi tmiem l-2006 jirrappreżentaw kemm ħlasijiet fadal li jsiru għall-prospettiva finanzjarja 2000 sa 2006 li jikkorrispondu għal 28% ta' l-ammonti totali ta' l-intestaturi relatati tal-prospettiva finanzjarja għall-perjodu kollu;
38. Jiddispjaċih li impenji baġitarji pendenti – impenji mhux użati ttrasferiti biex jintużaw fis-snin li ġejjin, l-aktar għal programmi plurijennali – marbuta ma' operazzjonijiet strutturali u mal-Fond ta' Koeżjoni żdiedu bi EUR 12.6 biljuni (10.6%) għal EUR 131.6 biljuni;
39. Jinsab imħasseb li l-infiq minħabba l-pressjoni n+2
jista' jfixkel it-twettiq propju tal-proċeduri ta' konklużjoni għal programmi u proġetti strutturali; jinnota li għall-2007, il-pagamenti rigward il-Fondi Strutturali diġa telgħu bi kważi 50% meta mqabbla ma' l-2006; jisħaq li l-Kummissjoni għandha tiżgura proċedura ta' konklużjoni effettiva u jenfasizza l-irwol importanti li għandhom l-Istati Membri f'dan;
40. Jiddispjaċih ukoll għall-fatt li r-rata ta' nfiq għall-Fond ta' Koeżjoni, għall-ERDF u għall-ESF kienet inqas milli mistenni fl-Istati Membri l-ġodda, u kienet marbuta mad-diffikultajiet li iltqgħu magħhom l-Istati Membri biex jassorbixxu l-infiq; jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti spjegazzjoni iktar dettaljata dwar l-infiq fuq proġetti strutturali li kien inqas milli mbassar b'mod nazzjonali;
Dikjarazzjonijiet ta' mmaniġġjar nazzjonali u l-punt 44 ta' l-IIA
41. Ifakkar li l-ħtieġa urġenti li jiddaħħlu dikjarazzjonijiet nazzjonali f'livell politiku xieraq, li jkopru l-fondi Komunitarji kollha inklużi fl-immaniġġjar konġunt, kif mitlub minnu fir-riżoluzzjonijiet tiegħu li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza fir-rigward tas-snin finanzjarji ta' l-2003 u l-2005;
42. Ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005, il-Parlament talab lill-Kummissjoni biex qabel tmiem l-2007 tressaq lill-Kunsill proposta għal dikjarazzjoni ta' mmaniġġjar nazzjonali li tkopri l-fondi Komunitarji kollha inklużi fl-immaniġġjar konġunt, ibbażata fuq sottodikjarazzjonijiet mid-diversi korpi nazzjonali responsabbli għall-immaniġġjar tan-nefqa; jirrifjuta t-tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni fl-anness għar-rapport tiegħu dwar is-segwitu għall-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005, kif ġej: "il-Kummissjoni m'hijiex se taċċetta l-azzjoni proposta minħabba l-fatt li s-27 Stat Membru għandhom strutturi governattivi differenti u strutturi ta' mmaniġġjar differenti għall-fondi ta' l-UE skond l-immaniġġjar konġunt, l-iżvilupp ta' dikjarazzjoni standard waħda ma tagħtix benefiċċji sinifikanti. Madankollu l-Kummissjoni se tibqa' tappoġġja inizjattivi bħal dawn li jittieħdu mill-amministrazzjonijiet nazzjonali"; iqis li din it-tweġiba m'hi sodisfaċenti xejn, meta jitqies il-fatt li iżjed minn 80% tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jaqa' taħt l-hekk imsejjaħ "immaniġġjar konġunt", u iżjed u iżjed fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-Fondi Strutturali, kif deskritt mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fir-Rapport Annwali tiegħu; ;
43. Jappoġġja b'mod sħiħ l-inizjattiva meħuda minn xi Stati Membri (id-Danimarka, l-Olanda, l-Iżvezja u r-Renju Unit) biex jadottaw dikjarazzjoni nazzjonali dwar l-immaniġġjar ta' fondi Komunitarji u jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu għall-fatt li, minkejja dawn l-inizjattivi, il-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri qed jopponu l-introduzzjoni tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-vantaġġi f'dak li huma relazzjonijiet ta' kontroll bejnha u dawk l-Istati Membri li ħadu dik l-inizjattiva; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta fuq bażi regolari lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu dwar il-progress li sar f'dan ir-rigward.
44. Jinnota l-ewwel sommarji annwali mibgħuta mill-maġġoranza ta' l-Istati Membri, u jitlob lill-Kummissjoni biex tibda l-proċeduri tal-ksur tar-regolamenti kontra dawk l-Istati Membri li ma ssodisfawx l-obbligi tagħhom; jirrimarka li huwa jqis dawn is-sommarji annwali bħala l-ewwel pass lejn dikjarazzjonijiet ta' l-immaniġġjar nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni biex qabel l-ewwel qari tal-baġit 2009 tfassal dokument li janalizza l-punti tajbin u l-punti dgħajfin tas-sistema nazzjonali ta' kull Stat Membru għall-amministrazzjoni u l-kontroll tal-fondi Komunitarji u r-riżultati tal-verifiki li saru, u jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq dak id-dokument lill-Parlament u lill-Kunsill; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta wkoll dwar il-kwalità tas-sommarji annwali u biex tiżgura li l-valur huwa miżjud mal-proċess b'tali mezzi bħall-identifikazzjoni tal-problemi komuni, is-soluzzjonijiet possibbli u l-aħjar prattiki;
45. Jinnota madankollu, id-dikjarazzjoni kritika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar xogħol ta' verifika bl-iskop li "l-awditur estern li jkun jixtieq joqgħod fuq l-opinjoni jew ix-xogħol ta' oħrajn jew li jkun jixtieq juża l-istess opinjoni jew xogħol imsemmi, irid jakkwista evidenza diretta tal-bażi soda ta' dak ix-xogħol"; għalhekk isib ix-xogħol tal-Kumitat ta' Kuntatt tal-Grupp ta' Ħidma responsabbli għall-iżvilupp ta' standards tal-verifika komuni u ta' kriterji tal-verifika komparabbli magħmulin għall-UE essenzjali, u jitlob lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jipparteċipaw fih;
Governanza
46. Ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-kritika preċedenti tiegħu dwar is-saħħa tal-bażi li fuqha l-Kummissjoni tgħid li twettaq ir-responsabbiltà politika tagħha permezz tar-rapport ta' sinteżi tagħha, billi l-Kummissjoni m'għandhiex informazzjoni kompleta dwar 80% tal-fondi taħt l-immaniġġjar konġunt u billi l-kwalità tar-rapporti annwali ta' l-attività tvarja; jirrimarka li s-sors ta' dan in-nuqqas ta' għarfien huwa bbażat fuq żewġ raġunijiet ewlenin: fuq naħa l-immonitorjar u s-superviżjoni insuffiċjenti mill-Kummissjoni, u fuq l-oħra nuqqas ta' soluzzjonijiet u responsabiltà konkreti fil-livell ta' l-Istati Membri;
47. Jiddispjaċih li l-Kummissjoni aċċettat b'mod taċitu l-irresponsabilità kollettiva tal maġġoranza ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-immaniġġjar finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea; jilqa' u jappoġġja l-inizjattivi meħuda minn ftit Stati Membri f'dan ir-rigward, u jitlob lill-Istati Membri l-ohra biex isegwu;
48. Jinnota li l-baġit huwa implimentat mill-Kummissjoni u mill-Membri tagħha u mhux mid-Diretturi Ġenerali li huma uffiċjali maħtura minn delegazzjoni biex jawtorizzaw, u għalhekk jiddispjaċih għall-fatt li r-responsabilità akbar tad-Diretturi Ġenerali ma ġietx akkumpanjata mit-teħid ta' responsabilità diretta (u mhux biss politika) mill-Membri tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti biex tirranġa din is-sitwazzjoni, li tikkontradixxi l-Artikolu 274 tat-Trattat;
49. Jilqa' b'sodisfazzjon l-analiżi b'saħħitha tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri tas-sistema ta' kontroll intern fil-Kummissjoni (kapitolu 2 fir-Rapport Annwali tagħha); jinkuraġġixxi lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex iżżomm dan l-iżvilupp pożittiv billi tinkludi analiżi ta' l-azzjonijiet jew tan-nuqqas ta' azzjonijiet ta' Membri individwali tal-Kummissjoni fir-rigward ta' din is-sitwazzjoni;
50. Ifakkar li l-governanza hija dwar il-pożizzjoni ta' staff li għandu xogħol ta' kontabilità u ta' kontroll vis-a-vis l-immanniġġar tagħhom, is-setgħa li għandhom biex jinfurzaw l-azzjonijiet, il-ħiliet u t-taħriġ tagħhom;
51. Jitlob lid-Direttur Ġenerali u lid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit biex jagħtu opinjoni formali dwar il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll interni;
52. Jitlob lis-Segretarju Ġenerali biex jagħti dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni formali fir-rigward tal-kwalità tad-dikjarazzjonijiet individwali mid-Diretturi Ġenerali;
53. Jitlob lill-awditur intern tal-Kummissjoni biex jevalwa d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-Kummissjoni billi jagħti opinjoni ta' verifika;
54. Ifakkar l-importanza ta' linji ta' rappurtaġġ li jaħdmu - komunikazzjoni miftuħa bejn l-istess gruppi ta' staff speċjalizzat professjonali f'Direttorati Ġenerali differenti bħal, pereżempju, staff ta' l-IT, staff tal-kontroll intern, staff tal-verifika interna u accountants, eċċ. - f'organizzazzjoni silo bħall-Kummissjoni; jiddispjaċih li saru ftit wisq sforzi biex jiddaħħal dan l-istrument ta' governanza; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-introduzzjoni ta' linji ta' rappurtaġġ operattivi obbligatorji mill-aktar fis possibbli u biex tirrapporta lill-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit dwar dan sa mhux aktar tard minn Settembru 2008;
55. Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-grad ta' l-uffiċjal tal-kontabilità għall-istess grad bħall-kontropartijiet operazzjonali ta' l-uffiċjal tal-kontabilità;
56. Barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tibdel il-kompożizzjoni tal-Kumitat għall-Progress tal-verifika sabiex in-numru ta' membri esterni ikun l-istess bħan-numru ta' Membri tal-Kummissjoni; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tinnomina wieħed mill-membri esterni tal-Kumitat għall-Progress tal-Verifika bħala l-president tiegħu;
57. Jistenna li l-Kummissjoni toħroġ dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni istituzzjonali annwali għall-Kummissjoni kollha li l-President tal-Kummissjoni jippreżenta lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament;
Is-sistema ta' kontroll intern tal-Kummissjoni Il-pjan ta' azzjoni għal qafas ta' kontroll intern integrat
58. Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress globali li sar fl-iżvilupp tas-sistema ta' kontroll intern tal-Kummissjoni;
59. Ma jaqbilx mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-rapport ta' progress ta' l-2008 imsemmi hawn fuq dwar il-pjan ta' azzjoni għal qafas ta' kontroll intern integrat li l-Azzjonijiet 1, 3, 3N, 5, 8 u 13 huma lesti; jirrimarka li s'issa huwa ma jaf xejn dwar dokumenti jew dikjarazzjonijiet ta' prova li jiġġustifikaw dikjarazzjoni bħal din; għalhekk jinsab f'sitwazzjoni fejn jiddubita bis-serjetà jekk dawn il-miżuri twaqqfux, aħseb u ara jekk dawn ġewx implimentati jew jekk kellhomx impatt fuq il-progress ta' l-implimentazzjoni ta' dak il-pjan ta' azzjoni;
60. Jilqa' madankollu s-skorbords ta' kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni ta' dak il-pjan ta' azzjoni;
61. Jenfasizza madankollu li għall-implimentazzjoni ta' l-Azzjonijiet 1, 3, 3N, 5, 10, 10N, 11, 11N, 13 u 15, il-Kummissjoni hija wkoll dipendenti fuq il-koperazzjoni ma' l-Istati Membri; jisħaq li jappoġġja għal kollox dawn l-azzjonijiet, u jħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tuża kull għodda disponibbli għad-dispożizzjoni tagħha biex timplimentahom kemm jista' jkun malajr;
62. Jistenna li s-skorbord rilevanti jasal għand il-Parlament sa l-1 ta' Jannar 2009 għall-użu fil-proċedura ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007;
Analiżi tal-bilanċ eżistenti bejn in-nefqa operattiva u l-ispiża għas-sistema ta' kontroll tal-fondi ta' l-UE
63. Jiddispjaċih ħafna li sal-lum għadu ma rċeviex informazzjoni dwar l-analiżi tal-benefiċċju fis-sens ta' nfiq tas-sistemi ta' kontroll tal-fondi ta' l-UE, kif kien talab fir-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005;
Rapport ta' Sintesi
64. Jidhirlu li mhijiex aċċettabbli li l-Kummissjoni tnaqqas ir-riżultati tal-verifika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, li huma bbażati fuq Standards tal-Verifika Internazzjonali aċċettati sew, għal "differenzi ta' opinjoni dwar it-tipoloġija u l-impatt taż-żbalji u dwar l-evalwazzjoni tan-nuqqasijiet tas-sistemi, u parzjalment il-perċezzjonijiet differenti dwar it-tħaddim tal-mekkaniżmi għall-korrezzjoni finanzjarja" (paġna 2, l-aħħar paragrafu);
65. Huwa ta' l-opinjoni li r-riżervi kollha rigward nuqqas ta' assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità ta' l-infiq Komunitarju għandhom ikunu riflessi fir-rapporti ta' l-attività annwali, kif ukoll fir-Rapport ta' Sintesi; jidhirlu għalhekk li hija sorprendenti ferm li tliet Diretturi-Ġenerali ddeċidew biss fl-2006 li jdaħħlu riżerva rigward l-immaniġġjar u l-kontroll ta' l-INTERREG, li, kif innotaw huma stess, kien diġà jeżisti għal numru ta' snin (paġna 4, l-aħħar paragrafu);
66. Jinsab imħasseb dwar id-dikjarazzjonijiet ta' l-Awditur Intern fl-ewwel Rapport ta' Ħarsa Ġenerali tiegħu li juri li, għalkemm kien hemm xi ftit progress, nofs ir-rakkomandazzjonijiet kritiċi u importanti ħafna ma ġewx implimentati qabel id-dati proposti (paġna 8, qabel l-aħħar paragrafu); jitlob lill-Kummissjoni biex tqiegħed iżjed enfasi fuq l-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;
Responsabilità politika u responsabilità amministrattiva fil-Kummissjoni Rapporti annwali dwar l-attivitajiet
67. Jinnota b'dispjaċir li skond il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri: "(...) f'partijiet sinifikanti mill-baġit ta' l-UE, id-Diretturi Ġenerali jagħtu rapport iktar pożittiv dwar il-legalità u r-regolarità ta' l-infiq ta' l-UE li m'huwiex konsistenti mal-verifika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri." (Punt 2.13 tar-Rapport Annwali);
68. Jiddispjaċih għall-fatt li fir-Rapport Annwali, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri enfasizzat għal darb'oħra li wħud mir-rapporti annwali dwar l-attivitajiet ma fihomx evidenza biżżejjed għad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tiegħu (punti 2.14 sa 2.18 tar-Rapport Annwali);
69. Jilqa' l-fatt li r-Rapport ta' Sintesi jisħaq li "fil-każijiet kollha fejn ikun hemm differenza bejn l-opinjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u dik tad-Direttur-Ġenerali, dan ta' l-aħħar ikollu jispjegaha fir-rapport ta' l-attività annwali tiegħu tas-sena ta' wara" (punt 2), u jittama li t-titjib jibda jidher fir-rapporti annwali ta' l-2007 dwar l-attivitajiet u fir-rapporti tas-snin ta' wara;
70. Isaqsi lill-Kummissjoni biex ittejjeb ir-rapporti ta' l-attività annwali permezz ta' l-istabbiliment ta' kriterji komuni biex jinkitbu r-riżervi u l-formalizzazzjoni iżjed b'saħħitha tagħha sabiex tippermetti komparabilità ikbar bejn ir-rapporti ta' l-attività annwali ta' Direttorati-Ġenerali differenti u matul iż-żmien; isaqsi lill-Kummissjoni biex tqis l-osservazzjonijiet magħmula mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar ir-rapporti ta' l-attività annwali u biex ittejjeb il-konsultazzjoni mill-qrib magħha;
Trasparenza u etika
71. Jilqa' l-pubblikazzjoni tas-"Segwitu tal-Green Paper dwar Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza" (COM(2007)0127) fejn il-Kummissjoni tiddikjara, skond l-Artikolu 30(3) tar-Regolament Finanzjarju, li informazzjoni dwar benefiċjarji ta' fondi ta' l-UE jkunu disponibbli pubblikament mill-2008 (taqsima 2.3.2.) u tiddikjara li "fir-rebbiegħa ta' l-2008" se tniedi reġistru għar-rappreżentanti ta' interess (lobbyists);
72. Huwa konxju ta' l-argumenti favur kemm ir-reġistrazzjoni volontarja kif ukoll ir-reġistrazzjoni obbligatorja tar-rappreżentanti ta' interess; jinnota d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tibda b'reġistru volontarju u tevalwa s-sistema wara sena; huwa konxju tal-bażi legali għal reġistru mandatorju provdut mit-Trattat ta' Liżbona; ifakkar li r-reġistru attwali tal-Parlament diġà huwa mandatorju u li reġistru komuni possibbli jkun de facto mandatorju, billi li wieħed jirreġistra huwa, fiż-żewġ każijiet, prerekwiżit biex wieħed ikollu aċċess għall-Parlament;
73. Ifakkar il-bżonn għal kodiċi ta' kondotta ġdid għall-Membri tal-Kummissjoni biex jittejbu u jiġu definiti b'mod iżjed ċar ir-responsabilità u r-responsabilità (accountability) politika individwali u kollettiva tagħhom għad-deċiżjonijiet tagħhom u għall-implimentazzjonji tal-linji politiċi tagħhom mis-servizzi tagħhom;
74. Jinsisti fuq ir-responsabiltà tal-Kummissjoni li tiżgura l-kompletezza, ir-riċerkabilità u l-komparabiltà tad-dejta mogħtija dwar il-benefiċjarji tal-fondi ta' l-UE, u jfakkar it-tweġiba bil-miktub tal-Kummissjoni lill-Parlament li fiha hija stipulata l-intenzjoni li tkun iffinalizzata u milħuqa ftehima ma' l-Istati Membri qabel April 2008 dwar l-istandards komuni ta' tali data;
75. Ifakkar l-osservazzjoni tiegħu fil-paragrafu 85 tar-riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni tal-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005 sabiex jintalab aċċess faċli għal informazzjoni dwar min huwa rrappreżentat fid-diversi forom ta' gruppi ta' esperti u dwar x'inhu xogħolhom, u l-osservazzjoni tagħha fil-paragrafu 86 sabiex tisdieden lill-Kummissjoni biex tippubblika l-ismijiet ta' dawk in-nies li jieħdu sehem f'dawn il-gruppi, u l-ismijiet tal-konsulenti speċjali li qabbdu l-membri individwali tal-Kummissjoni, id-Diretturi Ġenerali jew il-kabinetti; jitlob li l-ismijiet ta' l-esperti u l-kunsilliera kollha fil-gruppi ta' ħidma tal-Kummissjoni jsiru pubbliċi;
76. Ifakkar it-tweġibiet mogħtija waqt is-seduta ta' smigħ tal-21 ta' Jannar 2008 mill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kwittanza li r-reġistru ta' gruppi esperti ikun fih dawn il-gruppi kollha, inkluża l-informazzjoni dwar membri tal-kumitati ta' kumitoloġija, esperti individwali, entitajiet konġunti u kumitati għad-djalogu soċjali;
77. Ifakkar ukoll fil-paragrafu 76 tar-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2005 fejn talab "li jkun żgurat li l-kodiċi ta' kondotta li jorbot tal-Kummissarji jinkorpora r-regoli etiċi meħtieġa u l-linji gwida ewlenin li għandhom josservaw il-Membri tal-Kummissjoni fil-qadi ta' dmirijiethom, b'mod partikulari meta jaħtru lil kollegi, speċjalment fil-'kabinetti' tagħhom";
78. Jiddispjaċih għat-tweġiba mogħtija mill-Kummissjoni fl-anness għar-rapport tagħha fuq imsemmi dwar is-segwitu tal-proċedura ta' kwittanza ta' l-2005 (paġna 18) li tgħid li dawn ir-regoli għadhom ma jeżistux, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex jadotthom;
79. Ifakkar l-importanza ta' trasparenza sħiħa u ta' pubbliċità fir-rigward ta' staff tal-kabinetti tal-Membri tal-Kummissjoni li ma kinux impjegati skond ir-Regolamenti ta' l-Istaff;
KWISTJONIJIET SETTORJALI Id-dħul
80. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri kkunsidrat li fir-rigward ta' l-aspetti materjali kollha s-sistemi ta' superviżjoni doganali kienu sodisfaċenti, li l-kontijiet rigward ir-riżorsi proprji tradizzjonali kien ta' min joqgħod fuqhom u li t-tranżazzjonijiet sottostanti kienu legali u regolari, anke jekk għad fadal xi dgħjufijiet;
81. Jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri ġġudikat li r-riżorsi tal-VAT u tad-DGN huma kkalkulati, miġburin u mdaħħlin tajjeb fil-kontijiet Komunitarji mill-Kummissjoni;
82. Jinnota b'sodisfazzjon, fir-rigward tar-riżorsa tal-VAT, li l-Kummissjoni żammet il-frekwenza u l-kwalità ta' l-ispezzjonijiet tagħha; madankollu, huwa mħasseb dwar l-għadd ta' riżervi pendenti, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, tkompli l-isforzi tagħha biex tiżgura li r-riżervi jitneħħew f'perjodi ta' żmien raġonevoli;
83. Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkomunika lill-Parlament x'bi ħsiebha tagħmel fil-każ ta' Stati Membri b'riżervi kontinwi;
Il-politika agrikola komuni
84. Jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib ġenerali fl-2006 fin-nefqa tal-CAP u d-dikjarazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li s-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS), li hija l-għodda prinċipali ta' kontroll għall-għajnuna għaż-żoni, il-premiums ta' l-annimali u l-iskema l-ġdida dwar żona unika ta' ħlas hi sistema effettiva biex tillimita r-riskju ta' nefqa irregolari, jekk tkun applikata kif xieraq;
85. Japprezza l-isforzi tal-Kummissjoni biex titwessa' l-applikazzjoni ta' l-IACS u jistenna li l-Kummissjoni tiżgura, skond il-pjanijiet u t-tweġibiet mogħtija lill-Parlament, li l-persentaġġ ta' nefqa agrikola kopert mill-IACS ikun mill-anqas 89% sa l-2010 u 91,3% sa l-2013;
86. Jiddispjaċih li r-riżultat tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri wera li n-nefqa tal-CAP kienet għadha affettwata materjalment minn żbalji u għall-fatt li l-kontrolli implimentati skond l-IACS ghadhom muhux infurzati b'mod effettiv u lanqas m'huma affidabbli għalkollox f'xi Stati Membri, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiċċekkja darbtejn ma' l-Istati Membri li l-IACS hija implimentata għalkollox fl-Istati Membri kollha ta' l-UE-15 u li jitranġaw id-dgħjufijiet misjuba fl-Istati Membri ta' l-UE-10;
87. Jiddispjaċih għall-fatt li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri reġgħet sabet problemi fl-implimentazzjoni ta' l-IACS fil-Greċja; jappoġġja għalkollox l-intenzjoni tal-Kummissjoni (kif iddikjarat lill-Kumitat tiegħu dwar il-KOntroll tal-Baġit) li tiżgura li leġiżlazzjoni attwali dwar is-sospensjoni ta' ħlasijiet tkun infurzata b'mod strett jekk il-gvern Grieg ma jsolvix il-problemi eżistenti sal-limiti ta' żmien iffissati;
88. Jiddispjaċih għall-fatt li fl-iżvilupp rurali, x'aktarx li l-miżuri agroambjentali jkollhom inċidenza għolja ta' żbalji għax il-bdiewa ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità li spiss ikunu kumplessi; jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq il-pertinenza tal-kundizzjonijiet ta' eliġibilità għal miżuri bħal dawn u teżamina l-possibilità li tissimplifika dawk il-kundizzjonijiet;
89. Jinnota l-fatt li l-Kummissjoni semmiet il-ħtieġa possibbli li jkun applikat livell differenti ta' riskju tollerabbli għall-qasam agroambjentali sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn it-titjib u l-ħarsien ta' l-ambjent u l-ispejjeż biex ikunu kkontrollati l-miżuri applikati; madankollu, jinsisti dwar l-applikazzjoni korretta u kontroll biżżejjed ta' l-infiq Komunitarju u jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga u tevalwa bir-reqqa l-ispejjeż u l-benefiċċji possibbli fil-qasam tal-miżuri agroambjentali kif ukoll ir-rabta ma' oqsma oħra ta' nfiq, u biex tippreżenta din l-analiżi lill-Kunsill, lill-Parlament u lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri bħala bażi minima għad-diskussjoni dwar il-ħtieġa ta' riforma. kif indikat mill-Kummissjoni;
90. Jinnota li, peress li l-proċedura ġdida ta' approvazzjoni finanzjarja taħseb għal irregolaritajiet li l-Istati Membri jqisu li huma rrekuperabbli, u perees li l-ammonti huma attribwiti lill-Komunità fuq il-bażi ta' informazzjoni mill-Istati Membri, il-Kummissjoni issa trid twettaq segwitu dettaljat biex tiżgura li d-djun huma korretti u attribwiti sew lill-baġit Komunitarju;
91. Ifakkar ukoll li l-ispiża tal-korrezzjonijiet finanzjarji jridu jitħallsu mill-Istati Membri, is-soltu minn dawk li jħallsu t-taxxi, iżjed milli mill-benefiċjarji ta' l-għajnuna mħallsa b'mod irregolari;
92. Jinnota li, skond il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, meta vverifikat l-iskema waħda ta' ħlas (għall-ewwel darba fl-2006), il-Kummissjoni ma speċifikatx l-iskop u l-kobor tal-ħidma tal-korpi ta' ċertifikazzjoni, u xi korpi ta' ċertifikazzjoni (pereżempju fl-Italja) eskludew il-verifika tad-drittijiet, filwaqt li semmewha biss fiċ-ċertifikati tagħhom, u l-Kummissjoni aċċettat dan kollu bla kummenti;
93. Jiddispjaċih li l-livell ta' pagamenti irregolari ffinanzjati mill-CAP għadu mhuwiex magħruf jew ikkalkulat mill-Kummissjoni b'mod li jkun meqjus xieraq mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri; jinnota li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri skopriet li ma setgħux isiru l-korrezzjonijiet għal pagamenti irregolari b'ammont massimu ikkalkulat ta' EUR 100 miljun għax dawn instabu wara l-limitu ta' żmien ta' sentejn; jistieden lill-Kummissjoni biex talloka riżorsi adegwati għal verifiki ta' konformità sabiex isiru l-korrezzjonijiet għal pagamenti irregolari fil-limitu ta' żmien;
94. Iqis li d-dgħjufijiet kollha imsemmija mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fir-Rapport Annwali tiegħu għandhom jitranġaw mill-Kummissjoni sabiex tiżgura livell għola ta' assigurazzjoni mix-xogħol tal-korpi ta' ċertifikazzjoni;
95. Jieħu nota tal-konklużjonijiet stipulati f'punti 5.20 u 5.21 tar-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-kontrolli fir-Renju Unit, li ma kinux konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja meta allokat drittijiet u meta ħallset lil sidien il-kera mill-Iskema Waħda ta' Ħlas (SPS) u mill-għajnuna għall-iżvilupp rurali għal art mikrija lil bdiewa biex titħaddem minnhom, kif ukoll f'dawk l-Istati Membri (l-Awstrija, l-Irlanda u r-Renju Unit) li naqsu li japplikaw b'mod korrett ċerti elementi ewlenin ta' l-SPS u li estendew il-konsolidament tad-drittijiet lil hinn mid-dispożizzjonijiet tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta" Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta" appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta" appoġġ għall-bdiewa(11)
;
96. Jieħu nota ta' l-affermazzjoni ċara ħafna tal-Kummissjoni, kemm fit-tweġibiet lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri (punt 5.27 tar-Rapport Annwali) kif ukoll quddiem il-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit kompetenti tal-Parlament, li l-ebda benefiċjarju m'huwa eliġibbli għal appoġġ agrikolu sakemm ma jkollu jew ma jkollhiex attività agrikola; jistenna li l-Kummissjoni ssegwi l-każijiet identifikati mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, u li tiżgura li ma jsirux ħlasijiet, u li jekk isiru li jkunu rkuprati, lil sidien ta' artijiet li m'għandhomx attività agrikola;
97. Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tad-dikjarazzjoni mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li aktar minn 700 benefiċjarju ġdid jappartjenu għal kategoriji bħal klabbs tal-golf, klabbs tal-krikit, parks/zuwijiet għad-divertiment, stabbilimenti ta' l-ekwitazzjoni, kumpaniji tal-ferroviji u kunsilli lokali, biex tagħti ħarsa ġenerali u evalwazzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-allokazzjoni ta' appoġġ agrikolu lil benefiċjarji bħal dawn, li jkunu eliġibbli għall-finanzjament taħt ir-regoli attwali;
98. Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-possibiltà eżistenti li jinfluwenzaw u li jiddeċiedu f'kuntest nazzjonali li jitnaqqsu iktar l-attivitajiet u l-benefiċjarji eliġibbli għall-fondi; jistieden lill-Kummissjoni, jekk xieraq fid-dawl ta' żviluppi u skond l-evalwazzjoni tagħha ta' l-użu tal-miżuri ta' appoġġ, biex tippreżenta proposta għall-emenda jew għar-reviżjoni tar-regoli;
Miżuri strutturali, impjieg u affarijiet soċjali
99. Ifakkar li fl-2006, l-iffinanzjar tal-Komunità tal-Politiki Strutturali kien ta' EUR 32,4 biljun; innota li għall-2007, dan l-ammont tela' għal EUR 46,4 biljun, mingħajr ma ġie inkluż il-ko-iffinanzjar mill-Istati Membri;
100. Jinnota b'sodisfazzjon kbir li, fir-Rapport Annwali tagħha, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri wriet li r-rimbors għall-ispiża tal-proġetti tal-Politiki Strutturali huwa suġġett għal żbalji materjali, li l-proporzjon tar-rimborsi fil-kampjun affettwat mill-iżball kien ta' 44% u li "mill-inqas 12% ta' l-ammont totali rimbursat fil-politiki strutturali ma kellux jiġi rimbursat";
101. Jinnota b'tħassib kbir l-osservazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awditurili li:
a)
31% biss mill-proġetti fil-kampjun għall-verifika tagħha ġie rimbursat b'mod korrett u ma kienx affettwat mill-iżbalji tal-konformità;
b)
is-sistemi ta' kontroll fl-Istati Membri huma ġeneralment ineffettivi jew biss moderatament effettivi;
c)
ftit iżjed minn nofs il-verifiki tal-Kummissjoni ezaminati minnha jidhru li kellhom il-kwalitajiet kollha ta' strument superviżorju effettiv; jiddispjaċih għall-konklużjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li hija kunfidenti b'mod raġunevoli li mill-inqas 12% ta' l-ammont totali rimbursat għall-proġetti tal-Politiki Strutturali ma misshomx ġew rimbursati;
102. iqis li mhuwiex aċċettabbli li, skond il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, is-sistemi ta' kontroll fl-ewwel livell fl-Istati Membri huma ġeneralment ineffettivi jew biss moderatament effettivi, u li numru ta' awtoritajiet nazzjonali u reġjonali ma jimmaniġġjawx il-fondi ta' l-UE b'attenzjoni suffiċjenti; jinnota li fil-kampjun għall-verifika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri (19-il sistema ta' kontroll fl-ewwel livell) l-ebda mis-sistemi ma kienu effettivi, 6 biss moderatament effettivi u 13 ineffettivi, u għalhekk ma sar l-ebda progress fil-qasam tal-Fondi Strutturali meta mqabbel ma' l-2005; jinsab imħasseb sew minħabba n-nuqqas ta' kapaċità tal-Kunsill li jirrikonoxxi b'mod ċar ir-responsabilità tiegħu għal din is-sitwazzjoni, li rriżultat l-iżjed minħabba kontrolli mhux adegwati mill-Istati Membri;
103. Għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel użu minn kontrolli ex ante ħalli tivverifika jekk is-sistemi superviżorji u ta' kontroll għall-perjodu 2007 sa 2013 humiex imwaqqfa fl-Istati Membri kollha, u biex issegwi b'mod regolari dawk il-kontrolli;
104. Jiddispjaċih ukoll għall-fatt li, skond il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, il-Kummissjoni tagħmel biss superviżjoni moderatament effettiva tas-sistemi tal-kontroll fl-Istati Membri, filwaqt li ma jirnexxilhiex tevita r-rimbors ta' spejjeż esaġerati jew mhux eliġibbli;
105. Jinnota b'dispjaċir li, kif irrimarkat il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, fir-rigward ta' l-ispiża taħt il-Politiki Sstrutturali (bħall-CAP u l-politiki interni), il-kriterji kumplikati jew ta' eliġibilità mhux ċara jew ir-rekwiżiti legali kumplessi għandhom impatt negattiv fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;
106. Jidhirlu li mhijiex aċċettabbli li skond il-Kummissjoni(12)
huwa mistenni ftit progress rigward is-simplifikazzjoni tar-regolamenti eżistenti li jirregolaw il-Fondi Strutturali għall-perjodu 2007 sa 2013, u li simplifikazzjoni ulterjuri se tkun proposta biss fil-parti leġiżlattiva li jmiss;
107. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem fuq is-segwitu tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri (Punt 6.45 tar-Rapport Annwali) rigward il-Fond ta' Koeżjoni, u biex jitressqu iżjed proposti ta' simplifikazzjoni kemm jista' jkun malajr, inter alia, għal regoli ċari u diretti, ma' linji gwida u ma' kriterji ta' l-eliġibilità;
108. Iqis u jaqbel għal kollox mal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandhom rwol importanti ħafna fl-implimentazzjoni effettiva tal-Fondi Strutturali u li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-verifiki tagħha u tagħmel sforzi addizzjonali biex tissorvelja l-Awtoritajiet ta' l-Immaniġġjar fl-Istati Membri;
109. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' inċentivi għall-Istati Membri biex jikkontrollaw l-ispiża b'mod effettiv, għax kwalunkwe spiża mhux eliġibbli identifikata mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri tista' tinqaleb għal spiża eliġibbli mill-Istat Membru; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li fil-futur, l-irregolaritajiet identifikati biss mill-Istati Membri nfushom jistgħu jinqalbu għal spejjeż oħra mingħajr xi telf ta' ffinanzjar għall-Istat Membru kkonċernat;
110. Jilqa' l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq biex jissaħħaħ l-irwol superviżorju tal-Kummissjoni taħt immanniġġar konġunt ta' azzjonijiet strutturali, li għandu 37 miżura mmirati biex jitnaqqsu l-pagamenti irregolari magħmula mill-Istati Membri; jilqa' wkoll l-impenn tal-Kummissjoni ddikjarat b'mod pubbliku fis-seduta quddiem il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-25 ta' Frar 2008 biex tirrapporta kull tliet xhur lill-Parlament dwar il-progress ta' dan il-pjan ta' azzjoni; jistenna lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-iskema ta' rappurtar b'koperazzjoni mal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri; jitlob lill-Kummissjoni, filwaqt li tassumi r-responsabilità tagħha tat-Trattat għall-implimentazzjoni tal-baġit u filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' mmaniġġjar finanzjarju sod, biex tieħu, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, il-miżuri li ġejjin dwar l-immaniġġjar maqsum tal-Fondi Strutturali;
a)
biex tieħu impenn formali ħalli timplimenta bis-sħiħ il-pjan ta' azzjoni u biex taqbel b'mod partikolari ma':
-
rapportar kull tliet xhur tal-progress, imkejjel fejn hu possibbli f'termini kwantitattivi iżjed milli kwalitattivi, f'forma aċċettabbli għall-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, b'mod partikolari billi tippreżenta rapporti ta' progress sal-31 ta' Ottubru 2008 u l-31 ta' Jannar 2009;
-
tipprovdi rappurtar komplet u preċiż kull tliet xhur dwar il-korrezzjonijiet u l-irkupru magħmul minnha, b'mod partikolari bit-tressiq ta' rapporti ta' progress ikkonċernati sal-31 ta' Ottubru 2008 u l-31 ta' Jannar 2009;
-
takkwista informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-korrezzjonijiet li jkunu għamlu permezz ta' l-irtirar ta' proġetti jew l-irkupru ta' żbalji u b'mod partikolari billi jitressqu r-rapporti ta' progress sal-31 ta' Ottubru 2008 u sal-31 ta' Jannar 2009 dwar il-verifika tagħha tal-kompletezza u l-preċiżjoni ta' dawn il-korrezzjonijiet;
b)
biex tieħu miżuri ulterjuri ħalli tevita l-iżbalji fil-futur, b'mod partikolari billi jitjiebu l-kontrolli ta' l-ewwel livell;
111. Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżentalu skorbord bid-data finali għall-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ta' azzjoni, inkluża wkoll skema komuni ta' l-indikaturi kwantitattivi u ta' l-iskadenzi intermedjarji għall-implimentazzjoni tiegħu;
112. Huwa ta' l-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tiffoka fuq l-affidabilità tas-sistemi ta' l-immonitorjar u tar-rappurtar, biex tiggwida lill-Istati Membri u tikkoordina l-istandards tal-verifika, u għandha dejjem tagħti tqassim għal kull Stat Membru;
113. Jistenna li l-Kummissjoni tibda proċeduri ta' ksur kontra dawk l-Istati Membri li ma jkunux ikkonformaw ma' l-obbligi tagħhom skond ir-regolamenti dwar il-Fondi Strutturali, ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli implimentattivi u l-IIA, b'mod partikolari dawk l-Istati Membri li ma jippreżentawx ir-rapporti dwar l-irkupru u l-korrezzjonijiet finanzjarji, dawk li ma jippreżentawx is-sommarji annwali b'konformità mal-linji gwida u dawk li l-kwalità tas-sommarji annwali tagħhom mhumiex adegwati;
114. Jisħaq l-importanza tal-linji gwida tal-Kummissjoni għat-twettiq effettiv ta' l-IIA; huwa ta' l-opinjoni li dawn il-linji gwida għandhom, bħala l-ewwel pass, jeħtieġu dak li diġà huwa meħtieġ mir-regolament settorjali fl-agrikultura (jiġifieri dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ffirmata mill-kap ta' l-Awtorità ta" Mmaniġġjar u akkumpanjat minn rapport ta' ċertifikazzjoni);
115. Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tibda proċeduri ta' sospensjoni kontra l-Istati Membri li s-sistemi ta' kontroll ta' l-ewwel livell tagħhom mhumiex adegwati, u li għandha tgħaġġel is-sistema tas-sanzjonijiet u tippreżenta lill-Parlament pjan konkret taż-żmien opportun u tas-sanzjonijiet li jridu jiġu applikati f'każ li jiġu identifikati xi irregolaritajiet;
116. Jinsisti fuq rappurtar li jista' jiġi verifikat dwar korrezzjonijiet u rkupri mill-Kummissjoni (revoki, rkupri mill-Istati Membri, rkupri mill-Kummissjoni, korrezzjonijiet netti, sospensjoni ta' pagamenti) għall-pagamenti illegali kollha għall-fondi kollha b'definizzjonijiet preċiżi tal-kategoriji differenti tal-korrezzjonijiet finanzjarji, u jinsisti wkoll li l-evidenza li fuqha huma bbażati għandha tkun aċċessibbli bis-sħiħ għall-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri; jistenna lill-Kummissjoni li tistabbilixxi rabta ċara bejn l-irkupru u s-sena li fiha jkunu saru l-irregolaritajiet, u biex tiżviluppa dawn l-iskemi tar-rappurtar b'koperazzjoni mal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri;
117. Jinnota d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-ebda mill-ammonti mħallsa bla bżonn fl-2006 mhu se jintilfu minħabba l-effettività tal-kontrolli ex post
; jistenniha li tipprovdi lill-Parlament b'informazzjoni oġġettiva, ċara u sħiħa rigward il-kapaċità tagħha li tirkupra ammonti mħallsa bla bżonn, li l-evidenza ta' dan trid tiġi ppreżentata lill-Parlament;
118. Ifakkar l-Azzjoni 11N(13)
, li l-iskadenza ta' l-implimentazzjoni tagħha kien il-31 ta' Diċembru 2007, u jsejjaħ lill-Kummissjoni sabiex timplimentha mill-aktar fis;
119. Jinsab imħasseb bid-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fir-rapport ta' progress ta' l-2008 msemmi hawn fuq li tgħid li l-irkupri mnedija fl-2008 biss se jiġu mniżżla fis-sistema ċentrali finanzjarja u tal-verifika; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tniżżel l-informazzjoni fis-sistema ċentrali finanzjarja u tal-verifika dwar l-awtorità ta' kontroll u t-tip ta' żbalji u biex iddaħħal b'mod retroattiv l-irkupri kollha għall-perjodi 1994 sa 1999 u 2000 sa 2006;
120. Jitlob lill-Kummissjoni biex f'dan id-dawl tagħti evalwazzjoni ta' l-effiċjenza u ta' l-effettività tas-sistemi ta' rkupru multiannwali u biex tirrapporta dwar dan fil-verifiki ta' l-2008 u l-2009;
121. Jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament evalwazzjoni tal-kwalità tas-sommarji annwali kollha li tkun irċeviet għall-Agrikultura, il-Politika Strutturali u s-Sajd; din l-evalwazzjoni għandha tinkludi tqassim għal kull Stat Membru u għal kull qasam tal-politika u għandha tagħti opinjoni dwar l-assigurazzjoni globali u l-analiżi globali li jistgħu jitfasslu mis-sommarji.
122. Jiddispjaċih dwar id-diversità ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji u jistenna li l-informazzjoni provduta għall-kwittanza tuża eżattament l-istess definizzjonijiet tal-korrezzjonijiet finanzjarji bħal fir-rapporti ta' kull tliet xhur fuq imsemmija;
123. Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta matul ir-reviżjoni ta' nofs is-sena dwar ir-riżultati ta' l-arranġamenti tal-'Kuntratt ta' Kunfidenza', inkluża l-mistoqsija fundamentali ta' jekk dawn il-kuntratti għandhomx valur miżjud;
124. Jistenna li l-Kummissjoni tirrapportalu kull sena dwar it-twettiq jew in-nuqqas ta' konformità ta' l-Istati Membri ma' l-obbligi tagħhom skond ir-regolament tal-Fondi Strutturali u l-IIA; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni akkwistat is-sommarji nazzjonali tal-verifiki settorjali meħtieġa skond il-IIA rivedut u r-Regolament Finanzjarju rivedut; madankollu jilmenta l-fatt li mhux l-Istati Membri kollha ssodisfaw dan ir-rekwiżit; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibda proċeduri ta' ksur kontra dawk l-Istati Membri li ma jkunux ippreżentaw is-sommarji nazzjonali tal-verifiki settorjali;
125. Għall-kwittanza fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007, jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta kemm figuri bbażati fuq il-flus kontanti kif ukoll fuq l-'accrual', indikazzjoni ċara jekk il-figuri humiex annwali jew multiannwali, spjegazzjoni ċara tan-natura tal-korrezzjonijiet finanzjarji (korrezzjonijiet tar-rata fissa, fil-każ ta' nuqqasijiet tas-sistema, jew irkupri fil-livell tal-benefiċjarji finali), u titjib fis-sistema ABAC, u jistenna li l-informazzjoni provduta għall-kwittanza tuża eżattament l-istess definizzjonijiet tal-korrezzjonijiet finanzjarji bħal fir-rapporti l-oħra dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji ppubblikati matul is-sena;
126. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament, meta jingħalaq l-aħħar wieħed mill-proġetti involuti fl-eżerċizzju baġitarju ta' l-2006, dwar it-total tas-somom li kien irkuprat u, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe telf li seta' kien hemm, u r-raġunijiet għal dan;
127. Jinnota bi tħassib it-tnaqqis sostanzjali fil-volum tal-ħlasijiet f'uħud mill-Istati Membri ta' l-EU-15, li wassal għal żieda qawwija fl-impenji pendenti;
128. Ifakkar lill-Kummissjoni li l-kwalità tas-sistemi tal-verifika għandha influwenza konsiderevoli fuq l-evalwazzjoni tal-proġetti, u għaldaqstant ir-regolamentazzjoni stretta tal-kwalità tal-proċeduri tal-kontroll finanzjarju se tkun partikolarment importanti fil-ġejjieni;
129. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu li, bħal fl-2005, l-impenji baġitarji pendenti komplew jiżdiedu u li dan, flimkien mas-sostituzzjoni tar-regola n+2
bir-regola n+3
, sostituzzjoni li xi Stati Membri waslu biex jimplimentaw għall-perjodu 2007-2013 u li tista' tħażżen is-sitwazzjoni preżenti u li għalhekk iżżid iż-żmien li ammonti ta' flus jaslu għand id-destinatarji aħħarija tagħhom, u se jkun dejjem iktar rari li wieħed jikkonforma ma" l-annwalità u l-iskadenzi tal-programm;
130. Jappoġġja l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li s-sistemi ta' kontroll ta' l-Istati Membri jeħtieġu jsiru aktar effiċjenti minn qabel biex żbalji jiġu antiċipati meta proġetti jkunu fl-istadji inizjali tagħhom u huwa tal-fehma li uffiċjali nazzjonali involuti fl-evalwazzjoni u fl-analiżi ta' proġetti għandhom jingħatalhom taħriġ sħiħ sabiex ikun żgurat li jaġixxu bl-għaġla meħtieġa fl-użu tal-Fondi Strutturali;
131. Jiġbed l-attenzjoni dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri biex minn issa 'l quddiem jagħmlu użu mis-simplifikazzjonijiet stabbiliti għar-regoli l-ġodda li jiggwidaw il-Fondi Strutturali għall-perijodu 2007 sa 2013(14)
, pereżempju permezz ta' l-użu ta' ammonti fissi għal spejjeż indiretti fil-kuntest tal-Fond Soċjali Ewropew u jqis li din ir-rakkomandazzjoni hija ta' importanza kbira;
132. Iqis vitali li t-tendenzi tal-politika strutturali jitkejlu fid-dawl ta' miri u indikaturi li jagħmlu sens, li jistgħu jitqabblu, u safejn hu possibbli, li jistgħu jiġu aggregati għal perjodu ta' żmien qasir, li għalhekk iservu biex jiġu evitati dawk li mingħajr dubju kienu jkunu evalwazzjonijiet approssimattivi u mhux ċar li ma kinux iħallu żmien biżżejjed biex isiru korrezzjonijiet;
Politika interna
133. Jinnota bi preokkupazzjoni li b'mod ġenerali għall-politika interna l-verifika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri għal darb'oħra wriet żewġ dgħjufijiet kbar, minn naħa "livell materjali ta' żball fi ħlasijiet lill-benefiċjarji" u min-naħa l-oħra "fis-sistemi superviżorji u ta' kontroll tal-Kummissjoni" li "ma jimmitigawx biżżejjed ir-riskju inerenti tar-rimbors ta' spejjeż esaġerati" (Rapport Annwali, Konklużjonijiet, punt 7.30);
134. Jinnota li, barra minn hekk, bħal fi snin preċedenti, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri ġibdet l-attenzjoni wkoll għal dewmien persistenti mill-Kummissjoni biex tħallas lill-benefiċjarji;
135. Jiddispjaċih ħafna għall-evalwazzjoni kritika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri f'dan il-qasam, li huwa taħt il-maniġment finanzjarju dirett tal-Kummissjoni, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel l-almu tagħha biex tieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex ikun evitat l-istess numru ta' dgħjufijiet is-sena id-dieħla;
136. Iqis li s-simplifikazzjoni tal-regoli tal-kalkolu għall-ispejjeż dikjarati hija pass meħtieġ biex tittejjeb is-sitwazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli l-isforzi tagħha biex jitfasslu r-regoli li jistgħu jiġu applikati bil-mod l-aktar faċli għall-benefiċjarji;
137. Jenfasizza li l-Kummissjoni trid tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju dwar l-iskadenzi għal operazzjonijiet ta' nfiq, u jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu miżuri serji sabiex ikun evitat id-dewmien persistenti attwali fil-ħlasijiet;
138. Jilqa" l-possibilità li jiġu ddikjarati l-ispejjeż indiretti għal skopijiet ta'għotjiet b'rata fissa (flat rate), kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5ta" Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew(15)
;
139. Jistieden lill-Istati Membri, b'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, biex itejbu s-sistemi ta" monitoraġġ u kontroll fuq it-talbiet ta" l-ispejjeż li jsiru minn dawk li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji;
140. Japprova l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-immaniġġjar finanzjarju tal-politiki interni jeħtieġ li jkun imtejjeb u jinbdew l-isforzi biex jiġu ssimplifikati r-regoli li japplikaw għall-programmi, bl-użu tar-regola ta' ffinanzjar permezz ta' ammont fiss (lump sum financing) u permezz ta" transferiment għal sistema ta' ffinanzjar ibbażata fuq riżultati;
141. Jiġbed l-attenzjoni li s-Sena Ewropea għall-Mobilità tal-Ħaddiema ċċelebrata fl-2006, minkejja l-baġit modest li kellha, serviet biex inkixfu l-ostakoli għall-moviment ħieles, iżda li għada ma waslitx għall-ebda bidla reali tas-sitwazzjoni preżenti;
142. Jilqa' b'sodisfazzjon l-investiment fil-pjattaforma l-ġdida EURES, imnidija fl-2006, li diġà wriet il-valur miżjud tagħha għall-mobilità ġenwina u l-moviment ħieles fuq is-suq tax-xogħol Ewropew; jiġbed l-attenzjoni li, minkejja dak l-investiment, ġew affaċċjati diversi ostakoli tal-lingwi, bl-implikazzjoni li approċċ lingwistiku simili għal dak applikat għall-istudenti fil-programmi ta' mobilità Ewropej, jista' jkun l-għażla t-tajba;
Trasport u turiżmu
143. Jinnota li fil-baġit ta' l-2006, kif adottat b'mod finali u emendat matul is-sena, total ta' EUR 963.8 miljun kienu inklużi għall-politiki tat-trasport f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 891.4 miljun kienu disponibbli f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jinnota wkoll li minn dawn l-ammonti
—
· EUR 699.8 miljun kienu disponibbli f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 684.0 miljun f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġetti tan-Netwerks Trans-Ewropej għat-Trasport (TEN-T),
—
· EUR 18.1 miljun kienu disponibbli f'impenji u EUR 19.1 miljun fi ħlasijiet għas-sikurezza fit-trasport,
—
· EUR 36 miljun kienu disponibbli f'impenji u EUR 11.7 miljun fi ħlasijiet għall-programm Marco Polo,
—
· EUR 5.5 miljun kienu disponibbli f'impenji u fi ħlasijiet għall-proġett pilota dwar is-sikurezza fit-trasport ta' tagħbija fit-toroq, u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ġew imnaqqsa għal EUR 0.15 miljun permezz tat-trasferiment globali;
144. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rati kontinwament għoljin ta' l-użu ta' l-approprjazzjonijiet kemm ta' impenji kif ukoll ta' ħlas għall-proġetti tat-TEN-T, li t-tnejn li huma jilħqu l-100%, u jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li jitqiegħdu fondi adegwati mill-baġits nazzjonali biex jikkumplimentaw dan l-impenn tal-Komunità;
145. Jinnota bi tħassib ir-rata baxxa ta' l-użu ta' l-approprjazzjonijiet għall-impenji għas-sikurezza fit-trasport (34%), li minħabba f'hekk, permezz ta' 'carry-over', parti kbira mis-somma li inizjalment kienet disponibbli għall-2006 issa tqiegħdet ma' dik ta' l-2007, u r-rata baxxa ta' l-użu ta' l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-Programm Marco Polo (44.8 %), u partikolarment hu mħasseb dwar ir-rata baxxa ħafna ta' l-użu ta' l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-proġett pilota dwar is-sikurezza fis-settur tat-toroq tat-TEN-T (29.6 %) - in parti minħabba dewmien fl-iffirmar tal-kuntratti u, b'konsegwenza ta' hekk, il-proġett inbeda tard; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex fil-futur is-sejħa li tagħmel għall-proposti u għall-offerti ssir kmieni kemm jista' jkun sabiex isir użu sħiħ mill-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet;
146. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja sabiex jiżguraw li, meta l-baġit għall-proġett pilota jiġi adottat, jinstab il-bilanċ ġust bejn l-ammonti disponibbli fl-approprjazzjonijiet għall-impenji u f'dawk għall-ħlasijiet u li dak il-bilanċ jirrifletti l-fatt li ż-żmien meħtieġ sabiex il-proġetti jitwasslu sa l-istadju tal-ħlas ikun normalment iktar minn sena baġitarja waħda;
147. Jinnota b'sodisfazzjon li l-analiżi tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni ta' l-istandards interni ta' kontroll dwar ir-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji sottomessi turi li dawk it-tranżazzjonijiet li saru mid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport huma konformi mar-rekwiżiti fl-oqsma ta' l-analiżi tar-riskji u tat-tmexxija, tal-ġestjoni ta' l-informazzjoni, tar-rappurtar ta' l-improprjetajiet u tas-superviżjoni; madankollu jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport sabiex janalizza t-tipi u r-rati ta' żbalji biex tiġi żviluppata strateġija ta' kontroll ibbażata fuq ir-riskju fir-reviżjoni ex-ante tiegħu dwar id-dikjarazzjonijiet ta' l-ispejjeż li jaslu minn għand dawk li jibbenefikaw;
Is-suq intern u l-protezzjoni tal-konsumatur
148. Jilqa" b'sodisfazzjon in-nuqqas ta" osservazzjonijiet kritiċi dwar il-politika tas-suq intern, il-politika tad-dwana u l-politika dwar il-ħarsien tal-konsumatur fir-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri;
149. Jemmen li r-rata ta" eżekuzzjoni ta" 85% tal-linja tal-baġit 12 02 01 fil-qasam tal-politika tas-suq intern teħtieġ titjib, fid-dawl ta" l-istqarrija tal-Kummissjoni, din tikkonsisti f'żieda ta" approprjazzjonijiet għall-impenji ta" EUR 1.05 miljun miżjuda mill-awtorità baġitarja waqt il-proċedura baġitarja u li ma kinitx maħsuba fl-ippjanar tal-baġit; madankollu jagħraf l-isforzi biex l-ippjanar tal-baġit isir aħjar u jkun muri b'rata ta" eżekuzzjoni ta" kważi 100% fl-2007;
150. Jemmen li rata ta" eżekuzzjoni ta" 48% tal-linja tal-baġit 14 02 01 fil-qasam tal-politika tad-dwana hija baxxa ħafna, u dan, skond il-Kummissjoni, hu riżultat ta" bidla fil-politika tal-proċedura ta" l-akkwist mill-għoti ta' kuntratti separati għall-implimentazzjoni ta' kuntratti ta' qafas fuq perjodu ta' żmien fit-tul; għalhekk japprezza li r-rata ta" eżekuzzjoni żdiedet għal 83% fl-2007, li diġà turi r-riżultati pożittivi ta' din il-bidla fil-politika, minkejja l-ħtieġa għal aktar titjib;
152. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li nkiseb progress fil-livell ta' implimentazzjoni tal-pagamenti tal-baġit għall-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja (86.3% meta jitqabbel mad-79.8% ta' l-2005); jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà biex ikompli bl-isforzi tiegħu f'din id-direzzjoni, iżda jiddeplora l-livell relattivament baxx ta' l-implimentazzjoni ta' l-impenji (94.5% meta jitqabbel mas-97.7% ta' l-2005); jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà biex jipprova jkabbar kemm jista' l-livell ta' implimentazzjoni ta' l-impenji u tal-pagamenti għall-2007 minkejja d-dewmien fil-proċeduri leġiżlattivi għall-ħolqien tal-Fondi;
153. Jinnota r-rimarki li saru mill-Qorti ta' l-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 3/2007 dwar l-immaniġġjar tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati mill-2000 sa l-2004; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis dawn ir-rimarki, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ERF III) u l-Fondi l-oħra li nħolqu fl-2007;
Id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi
154. Ifakkar lill-Kummissjoni li, skond l-Artikolu 3(2) tat-Trattat tal-KE, il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi hija għan fundamentali tal-Komunità u għandha tiġi rrispettata fl-attivitajiet kollha tal-Komunità; jenfasizza wkoll li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi kkunsidrata fl-implimentazzjoni tal-baġit u li kwalunkwe azzjoni għandha tiġi evalwata mill-perspettiva tad-differenza fl-impatt tagħha fuq l-irġiel u n-nisa;
155. Josserva b'dispjaċir li l-prattika ta' l-ibbaġitjar skond is-sessi (gender budgeting) għadha ma ġietx implimentata; għaldaqstant itenni t-talba tiegħu sabiex l-integrazzjoni skond is-sessi (gender mainstreaming) issir realtà fl-ippjanar baġitarju u fl-iffinanzjar tal-programmi Komunitarji;
156. Jinnota r-rati ta' l-użu ta' ħlasijiet kontinwament baxxi tal-programm Daphne u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi neċessarji sabiex is-sitwazzjoni titjieb u sabiex jiġi evitat li l-infiq ma jibqax impenjat;
157. Iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-soċjetà ta' l-għerf u fis-suq tax-xogħol u, konsegwentement, lit-taħriġ ta' kwalità għolja u lill-impjieg tan-nisa fil-qasam tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
Ir-riċerka u l-iżvilupp
158. Jilqa' b'sodisfazzjon il-passi ċari u li ttieħdu malajr mill-komunità tar-Riċerka wara l-kwittanza li tikkonċerna s-sena finanzjarja 2005 sabiex jiġu rranġati n-nuqqasijiet innutati; jaf li r-riżultati m'humiex se jidhru qabel is-sena n+2
;
159. Jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib fl-istrateġija ta' kontroll tal-Kummissjoni u ta' l-għadd akbar ta' verifiki finanzjarji ex post li saru fil-kuntest tas-Sitt Programm ta' Qafas fl-2006;
160. Jinnota madankollu li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, bħal fi snin preċedenti, turi żbalji materjali f'dan il-qasam ta' politika u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli bil-ħidma li saret sabiex is-sena d-dieħla jkun hemm tnaqqis tassew fil-livell ta' l-iżbalji;
L-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza ta' l-ikel
161. Jikkunsidra r-rati komplessivi ta' l-implimentazzjoni ta' l-intestaturi baġitarji għall-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza ta' l-ikel bħala sodisfaċenti;
162. Jenfasizza, b'mod partikulari, li l-implimentazzjoni tal-programm LIFE III, li jirrappreżenta 58% tal-baġit operattiv għall-qasam tal-Politika ta' l-"Ambjent", kisbet rata ta' implimentazzjoni ta' iktar minn 98.7% f'approprijazzjonijiet ta' impenn;
163. Jiġbed l-attenzjoni madanakollu li l-eżekuzzjoni ta' ċerti approprijazzjonijiet ta' impenn, bħal ċerti azzjonijiet tal-Komunità fil-qasam tal-protezzjoni ċivili u t-tniġġis tal-baħar, tidher problematika, speċjalment minħabba l-kwalità inferjuri tal-proposti u l-offerti li ġew sottomessi u minħabba ċerti restrizzjonijiet imposti mill-bażi legali, bħal-limitu massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità;
164. Jenfasizza r-rata ġenerali ta" implimentazzjoni ta' 85.76% ta' approprijazzjonijiet ta' ħlas fil-qasam ta' l-ambjent, rata li tirrappreżenta żieda sinifikanti meta titqabbel mar-rata ta' l-2005 (78.39%);
165. Jiġbed l-attenzjoni li r-rati ta' ħlas għall-ambjent, għas-saħħa u għas-sikurezza ta' l-ikel huma relattivament baxxi minħabba d-diffikultajiet fl-ippjanar ta' bżonnijiet ta' ħlas ta' approprijazzjonijiet u parzjalment minħabba l-fatt li numru ta' approprijazzjonijiet huma approprijazzjonijiet mhux differenzjati u għalhekk, parti sinifikanti tal-ħlasijiet issir sena wara li jsiru l-approprijazzjonijiet; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni tiddependi parzjalment minn sottomissjoni fil-pront ta' kontijiet għall-benefiċjarji u għall-kuntratturi u l-ammonti ta' ħlasijiet finali għal proġetti ħafna drabi huma iktar baxxi minn dawk maħsuba fil-bidu;
166. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb dawk il-proċeduri amministrattivi li għandhom impatt fuq l-implimentazzjoni ta' approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas;
Il-kultura u l-edukazzjoni
167. Jinnota bi preokkupazzjoni li l-verifika ta' kuntratti fil-qasam ta' l-edukazzjoni u l-kultura wasslet għal aġġustament ta' 12.3% ta' l-ispejjeż ineliġibbli favur il-Kummissjoni, u dan iħalli dubju dwar l-eliġibilità tar-rimborżi fi proġetti li ma kinux verifikati;
168. Jinnota li, fir-rigward tal-politika għall-kultura u l-edukazzjoni, għalkemm mill-2005 'l hawn sar progress u l-aħħar sensiela ta' verifiki tat informazzjoni addizzjonali, l-istrument għall-verifika u s-superviżjoni ta' l-Aġenziji Nazzjonali fil-fatt ma nbidilx u d-DĠ għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC) kellu jirrikonoxxi għadd ta' dgħjufijiet;
169. Jiddispjaċih għall-fatt li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri sabet dewmien min-naħa tal-Kummissjoni biex tħallas lill-benefiċjarji u li d-DĠ EAC ma kellux informazzjoni affidabbli dwar dawn il-ħlasijiet li saru tard;
170. Jinnota bi preokkupazzjoni li, skond ir-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri "il-Kummissjoni ma kinitx konformi mar-Regolament Finanzjarju biex tagħmel kontrolli fuq is-sistemi ta' mmaniġġjar u ta' kontroll ta' l-Aġenziji Nazzjonali qabel ma fdatilhom l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet Komunitarji" (Anness, punt 7.1);
171. Jinnota bi preokkupazzjoni kbira li għall-programm ta' l-e-learning, l-ispiża amministrattiva medja għal kull applikazzjoni tajba hi ta' EUR 22 000, waqt li l-ammont medju għal kull għotja kien biss ta' EUR 4 931; jitlob lill-Kummissjoni biex tispjega id-differenza kbira bejn dawn iż-żewġ ċifri u biex tieħu l-miżuri meħtieġa biex tnaqqas id-differenza;
172. Jinnota li, skond ir-rapport annwali ta' l-attivitajiet ta' l-2006 tad-DĠ EAC, il-Kummissjoni qiegħda timplimenta diversi pjanijiet ta' azzjoni (ta' l-anqas sitta) biex tirranġa d-dgħjufijiet amministrattivi, iżda jiddispjaċih li s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni m'hijiex ċara; jiddispjaċih għall-fatt li ma ngħatawx tweġibiet ċari matul is-seduta ta' smigħ bi tħejjija għall-kwittanza;
173. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti lill- Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit lista komprensiva u aġġornata ta' Aġenziji Nazzjonali u s-sitwazzjoni ta' l-analiżi tad-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni mressqa minn dawn l-Aġenziji, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-qasam ta' applikazzjoni, il-kwalità u s-segwitu tal-verifiki tas-sistemi ta' l-Aġenziji Nazzjonali fil-qasam ta' l-edukazzjoni u l-kultura;
174. Jinnota r-rakkomandazzjoni ripetuta tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li "għandhom jibqgħu jsiru sforzi biex jiġu ssimplifikati r-regoli li jkopru dawn il-programmi, u fejn ikun possibbli għandu jintuża aktar l-iffinanzjar b'ammont wieħed ta' flus (lump sum financing) kif ukoll biex tintuża sistema ta' ffinanzjar ibbażata fuq ir-riżultati"; għalhekk jitlob għal aktar simplifikazzjoni u użu aktar estensiv ta' l-arranġamenti b'rati fissi (flat-rate arrangements);
175. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri lill-Kummissjoni biex din tagħmel użu ikbar, b'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ta' l-iffinanzjar permezz ta' ammont wieħed u ta' l-iffinanzjar b'rata fissa biex ikun iffaċilitat l-għoti ta' grants;
176. Jinnota li 70% tal-baġit fil-qasam ta' l-edukazzjonii u l-kultura qiegħed ikun immaniġġjat minn Aġenziji Nazzjonali; jinnota bi tħassib li fl-2006 fi ftit każijiet instabu nuqqasijiet kbar u sistematiċi fl-immaniġġjar tal-fondi; jirrikonoxxi fl-istess waqt li l-Kummissjoni qiegħda tieħu passi biex issaħħaħ il-qafas ta" kontroll; jistenna li l-Kummissjoni tirrapporta r-riżultati tal-miżuri li jkunu ttieħdu qabel il-proċedura ta' kwittanza li jkun imiss fir-rigward tas-sena finanzjarja 2007;
177. Huwa ta' l-opinjoni li l-Istati Membri għandhom ikunu iktar konxji tar-responsabilitajiet tagħhom għall-iffunzjonar sodisfaċenti ta' l-Aġenziji Nazzjonali; jittama li "d-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni" l-ġodda mill-awtoritajiet nazzjonali se jtejbu l-proċeduri ta' l-Istati Membri għall-kontroll u l-verifika ta' l-Aġenziji Nazzjonali;
178. Jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ linji gwida iktar stretti dwar it-trasparenza tal-proċeduri ta' applikazzjoni u selezzjoni tal-programmi plurijennali; jistenna li flimkien ma' l-aġenziji eżekuttivi u ma' l-Aġenziji Nazzjonali, tkompli titjieb il-komunikazzjoni ma' l-applikanti u l-benefiċjarji;
179. Jinsab imħasseb dwar in-nuqqasijiet tad-dejta disponibbli rigward ċerti aspetti ta' l-implimentazzjoni tal-programmi plurijennali; jitlob b'mod partikolari, informazzjoni sħiħa mill-Kummissjoni dwar il-kwantità ta' ħlasijiet tard lill-benefiċjarji; jappoġġja l-inkjesta l-ġdida ta' l-Ombudsman fuq inizjattiva tiegħu stess f'dan ir-rigward; jinnota li 23% tal-ħlasijiet fl-2007 saru tard; jinnota li l-Kummissjoni bħalissa qiegħda tirrevedi d-definizzjoni tagħha ta' ħlasijiet tard u tinsab ħerqana li tirċievi iktar informazzjoni dwar dan;
180. Jiġbed l-attenzjoni dwar l-isforzi żejda li għamlet il-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kapaċità tagħha li tisma' l-ilmenti taċ-ċittadini permezz ta' l-għodod ta' komunikazzjoni tagħha; jinkoraġġixxi lid-DĠ għall-Komunikazzjoni biex jagħmel użu aħjar mill-mekkaniżmi ta" l-iffinanzjar issimplifikati għall-miżuri mmirati lejn is-soċjetà ċivili fuq il-linji mbassra mid-DĠ għall-Edukazzjoni u l-Kultura fil-programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini;
Azzjonijiet esterni
181. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta d-definizzjoni tagħha ta' organizzazzjoni mhux governattiva, billi tiffioka mhux biss fuq l-aspetti legali imma wkoll fuq il-mod kif ikun iggarantit l-iffinanzjar ta' dawn l-organizzazzjonijiet;
182. Ifakkar li l-fondi minfuqa fuq l-azzjonijiet esterni fl-2006 telgħu għal EUR 5 867 biljun u l-ħlasijiet telgħu għal EUR 5 186 biljun; jinnota bi preokkupazzjoni s-sejbiet li ġejjin fir-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri:
-
l-inċidenza għolja ta' żbalji fil-kampjun li kien ittestjat fil-livell ta' l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti;
-
dgħjufijiet fis-sistemi ta' sorveljanza u ta' kontroll imfassla biex jiggarantixxu l-legalità u r-regolarità fil-livell ta' l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti;
-
l-oqsma bl-ogħla riskju kienu għal darb'oħra l-proċeduri tal-kuntratti, l-eliġibilità ta' l-ispiża fil-livell tal-proġetti u n-nuqqas ta' dokumentazzjoni rilevanti;
183. Jiddispjaċih għal dak li sabet il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li, għal dak li jirrigwarda r-rapport dwar l-attività annwali tad-DĠ AIDCO "l-inċidenza materjali ta' l-iżbalji u d-dgħjufijiet fis-sistemi ta' sorveljanza u kontroll mfassla biex jiggarantixxu l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fil-livell ta' l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti fil-qasam ta' l-azzjonijiet esterni misjuba mill-Qorti ta' l-Awdituri m'humiex riflessi biżżejjed fir-rapport u d-dikjarazzjoni dwar l-attività annwali ta' l-Uffiċċju ta' Koperazzjoni Europe Aid" (punt 2.17 u Tabella 2.1 tar-Rapport Annwali);
184. Jinnota wkoll b'dispjaċir li għal darb'oħra, fl-analiżi tal-pjanijiet ta' l-immaniġġjar annwali ta' xi Direttorati Ġenerali m'hemm l-ebda indikazzjoni dwar l-awdituri esterni, u lanqas tar-riskji partikolari marbuta mat-tipi differenti ta' organizzazzjonijiet li jimplimentaw (NGO, organizzazzjoni internazzjonali, istituzzjoni tal-gvern) u l-metodi ta' l-iffinanzjar (għotja, appoġġ baġitarju, fond ta' fiduċja) (punt 8.28 tar-Rapport Annwali);
185. Jinnota bi preokkupazzjoni li r-riżultati misjuba mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri msemmija aktar 'il fuq kienu l-istess bħal dawk tar-Rapport Annwali ta' l-2005, jiġifieri, l-inkonsistenza ta' l-informazzjoni dwar il-verifika esterna mgħoddija lill-uffiċċju ċentrali, in-nuqqas ta' ċentralizzazzjoni sistematika ta' din l-informazzjoni sabiex jintlaħqu l-konklużjonijiet, kif ukoll in-nuqqas ta' segwitu adegwat; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tirreaġixxi għal dawn ir-riżultati b'urġenza;
186. Jiddispjaċih li skond ir-Rapport Annwali tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri "il-Kapaċità tal-Verifika Interna (IAC) fil-mument ma tagħtix l-evalwazzjoni komplessiva annwali tas-sitwazzjoni tal-kontroll intern fil-Europe Aid u fid-DĠ ECHO ... Minkejja li fl-2006 nħolqu żewġ postijiet tax-xogħol oħra fl-IAC, ma jidhirx li huwa prattiku li bl-istaff attwali li hemm, fi żmien iċ-ċiklu ta' tliet snin propost issir il-kopertura sħiħa tal-verifika identifikata fl-Evalwazzjoni tal-Ħtiġijiet tal-Verifika fil-Europe Aid" (punt 8.30 tar-Rapport Annwali);
187. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni komplessiva annwali tas-sitwazzjoni tal-kontroll intern tad-DĠ AIDCO u biex tevalwa jekk jinħtiġux postijiet oħra fis-servizz ta' l-IAC;
188. Jinnota l-kritika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri rigward is-sitwazzjoni ta' l-attivitjiet ta' kontroll ex post tal-Kummissjoni (punti 8.23 u 8.33 tar-Rapport Annwali) u jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma b'mod regolari lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit bil-passi li jkunu ttieħdu biex tissewwa s-sitwazzjoni;
189. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb l-evalwazzjoni tar-riskju tad-DĠ AIDCO billi tagħmel referenza għar-riżultati tas-sejbiet ta' l-awdituri fil-livell tal-proġetti u billi tagħmel distinzjoni skond it-tipi differenti ta' organizzazzjonijiet li jimplimentaw u l-metodi ta' l-iffinanzjar;
190. Jistieden lid-DĠ AIDCO biex itejjeb it-termini ta' referenza tal-verifiki esterni tiegħu biex ikunu koperti l-oqsma kollha ta' riskju magħrufa, fosthom il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Kummissjoni rigward il-proċeduri tal-kuntratti u l-eliġibilità ta' l-ispiża;
191. Jenfasizza li fil-perjodu bejn l-2000 u l-2006, il-kontribuzzjonijiet ta' l-UE lin-NU żdiedu b'700% (minn EUR 200 miljun fl-2000 għal EUR 1.4 biljun fl-2007); ma jistax jifhem in-nuqqas ta' segwitu għal flus trasferiti lil fondi ta' fiduċja internazzjonali mill-Kummissjoni;
192. F'dan il-kuntest, jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' informazzjoni meħtieġa għall-awtorità tal-kwittanza sabiex tipproċedi għal kwittanza li tagħmel sens rigward il-fondi implimentati taħt l-intestatura ta' l-azzjoni esterna;
193. Jinsisti li għandha tkun żviluppata sistema ta' informazzjoni armonizzata sabiex l-awtorità ta' kwittanza b'mod partikulari u l-pubbliku b'mod ġenerali jkun jista' jkollhom bażi tad-dejta trasparenti għal kollox li jkun fiha tagħrif sħiħ dwar il-proġetti kollha ffinanzjati mill-UE fid-dinja u r-riċeventi aħħarin ta' dawn il-fondi; huwa tal-fehma li, prefereibilment, li l-bażi tad-dejta tas-Sistema Komuni ta' Informazzjoni Relex (CRIS) toffri din ix-xorta ta' informazzjoni;
194. Ifakkar li skond ir-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni sa minn Mejju 2007 kellha tkun kapaċi li tidentifika minnufih il-benefiċjarji aħħarin u min kien qiegħed jimplimenta l-proġetti ffinanzjati jew koffinanzjati b'fondi ta' l-UE;
195. Jikkunsidra li l-viżibilità, il-gwida politika u l-possibilità ta' kontroll mill-Kummissjoni tal-fondi ta' fiduċja internazzjonali (fejn l-UE hija d-donatur ewlieni) għandhom jissaħħu bla ma tittiefes l-effikaċja ta' l-azzjoni f'dan il-qasam;
196. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Parlament pjan sabiex iżżid aktar il-pussess ta' l-EU ta' l-azzjonijiet esterni tagħha
197. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar sitwazzjoni fejn fiż-żewġ każijiet fejn il-Parlament talab għal lista ta' proġetti ffinanzjati mill-fondi ta' l-UE il-Kummissjoni ħadet xahrejn u nofs biex ipprovdiet lista tal-proġetti ffinanzjati bil-CARDS (Għajnuna għar-rikostruzzjoni, l-iżvilupp u l-istabilizzazzjoni) u 13-il xahar biex ipprovdiet informazzjoni bażika dwar il-proġetti kkofinanzjati bil-fondi ta' l-UE fl-Iraq; jinsisti sabiex, fir-rigward tal-fondi kollha mmaniġġjati taħt l-azzjonijiet esterni, din is-sitwazzjoni tiġi rranġati minnufih;
198. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tindirizza bl-akbar serjetà n-nuqqasijiet fir-rigward tal-proċeduri kuntrattwali u l-eliġibilità ta' l-infiq, u jiddispjaċih ħafna dwar l-evalwazzjoni kritika tal-Qorti ta' l-Awdituri fir-rigward ta' dan il-qasam, li jinsab taħt it-tmexxija finanzjarja diretta tal-Kummissjoni;
199. Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li l-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-verifiki kollha tal-proġetti fil-CRIS u għandha torbot aħjar din l-informazzjoni ma' l-informazzjoni dwar l-immaniġġjar tal-proġetti; jitlob ukoll lill-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid tal-Kummissjoni sabiex jirrivedu l-informazzjoni finanzjarja pprovduta mid-delegazzjonijiet, sabiex jiżguraw li din tkun kompleta u konsistenti;
200. Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb it-trasparenza u l-aċċess għad-dokumentazzjoni marbuta mal-proġetti mmexxija mill-aġenziji tan-NU u biex tkompli tiżviluppa linji gwida u proċeduri ċari fil-FAFA, li tistabbilixxi l-qafas għall-immaniġġjar tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni tgħaddi lin-NU;
201. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrapporta lill-Parlament dwar kontrolli mwettqa fl-ambitu tal-FAFA;
202. Jinsab kuntent bir-riżultati tal-verifika ta" l-implimentazzjoni ta" l-istrumenti Phare u ISPA fil-Bulgarija u fir-Rumanija u tal-programm ta" għajnuna għat-Turkija, li identifika livell insinifikanti ta" l-iżball; jieħu nota ta" l-iżbalji u tad-dgħjufijiet fir-rigward ta" l-implimentazzjoni ta" l-istrument SAPARD fil-Bulgarija u fir-Rumanija; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem ma" l-awtoritajiet taż-żewġ pajjiżi sabiex tiżgura li jitwettqu r-rekwiżiti kollha għall-kuntratti pubbliċi u għall-amministrazzjoni finanzjarja soda u li tingħata assikurazzjoni xierqa tal-korrettezza, tar-regolarità u ta" l-eliġibilità tat-talbiet għall-assistenza Komunitarja;
203. Jinnota l-evalwazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li kkonkludiet li
s-sistemi nazzjonali ta" sorveljanza marbuta mas-Sistemi ta" Implimentazzjoni Deċentralizzati tal-Bulgarija, tar-Rumanija u tat-Turkija baqgħu dgħajfa;
204. Itenni t-tħassib tiegħu dwar id-dewmien fl-akkreditazzjoni tas-Sistema ta" Implimentazzjoni Deċentralizzata Estiża (EDIS) fil-Bulgarija, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Bulgari sabiex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom biex jassiguraw li jkun hemm kemm l-istrutturi xierqa ta" ġestjoni u ta" kontroll kif ukoll il-kapaċitajiet amministrattivi biex jippermettu l-funzjonament effiċjenti ta" l-EDIS;
205. Jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri lill-Kummissjoni sabiex il-Kummissjoni tosserva mill-qrib il-funzjonament effettiv tas-sistemi nazzjonali ta" sorveljanza u ta" kontroll, b'mod partikolari fil-preparazzjoni u l-ġestjoni ta" sejħiet għal offerti fit-Turkija, l-akkwist permezz ta" l-EDIS fil-Bulgarija u fir-Rumanija u li l-kofinanzjament nazzjonali jsir f'waqtu; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva ta" dawk l-Istati Membri li ssieħbu reċentement u ta" dawk il-pajjiżi li qegħdin fil-proċess li jissieħbu;
206. Huwa sodisfatt bl-evalwazzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li diversi miżuri ta" rimedju ddaħħlu mill-Kummissjoni wara r-rapport speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-ġemellaġġ mill-2003; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħeġġeġ aktar lill-gvernijiet benefiċjarji sabiex jużaw ir-riżultati tal-proġetti mwettqa fil-kuntest ta" l-isforzi tar-riforma tagħhom; jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri lill-Kummissjoni sabiex il-Kummissjoni tnaqqas il-livell tad-dettalji fil-kuntratti ta" ġemellaġġ sabiex ikun hemm aktar flessibilità fit-tmexxija tal-proġetti;
207. Jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fil-qasam ta" l-azzjonijiet esterni u tas-sistemi relatati ta" sorveljanza u ta" kontroll; jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq kull
titjib meħtieġ fis
-sistema biex ikun żgurat li l-irregolaritajiet
identifikati fil-livell ta" organizzazzjonijiet f'pajjiżi terzi impenjati fit-twettiq ta' proġetti jitneħħew
;
208. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta rapport lill-Parlament dwar x'sar eżattament biex titħaffef is-sitwazzjoni ta" refuġjati u ta" persuni spustati Iraqin;
209. Jenfasizza l-interess tiegħu dwar l-għajnuna lill-Afganistan, u jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta rapport lill-Parlament dwar is-sitwazzjoni attwali ta" l-implimentazzjoni tal-fondi ta" l-UE fl-Afganistan, u biex tikkummenta dwar it-tkeċċija ta' l-aġent rappreżentant ta" l-UE minn dak il-pajjiz fuq l-akkuża li huwa kkomunika mat-Talibani Afgani;
210. Jistenna li jirċievi rapporti annwali dwar kuntratti għall-implimentazzjoni tal-baġit, listi annwali ta' proġetti u tal-post fejn qed jitwettqu, u lista tal-benefiċjarji finali; iqis li, għal raġunijiet ta' sigurtà, ir-rapporteur għall-kwittanza għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni ddikkjarata kunfidenzjali; jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni sabiex tinnegozja mill-ġdid il-ftehimiet rilevanti dwar fondi fiduċjarji man-NU sabiex tikseb linji gwida konġunti ta' rrappurtar u tingħata informazzjoni dwar l-identità tal-benefiċjarji finali; jilqa' wkoll b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni sabiex torganizza laqgħat ta' kull sena bejn il-Parlament u l-uffiċjali għolja tan-NU responsabbli għat-tmexxija tal-fondi fudiċjarji ta' donaturi multipli u jqis li dan jipprovdi qafas għan-NU sabiex tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-fondi ta' l-EU;
Għajnuna umanitarja u żvilupp
211. Jiddispjaċih li l-evalwazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri tal-verifiki fid-DĠ ECHO hija biss "sodisfaċenti sa ċertu punt" (l-Anness 8.2. għar-Rapport Annwali);
212. Jappoġġja bis-sħiħ il-konklużjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar id-DĠ ECHO fir-Rapport Annwali, kif ġej: "Id-DĠ ECHO" għandu jiċċara r-regoli dwar l-eliġibilità tan-nefqa sabiex ma jħallix li jkun hemm interpretazzjonijiet varji, u għandu jiġi rrivedut il-bilanċ bejn il-kwartieri ġenerali ta-DĠ ECHO u l-verifiki fuq il-post tas-soċji inkarigati mill-implimentazzjoni, sabiex tinkiseb idea aħjar tar-realtà tan-nefqa għall-proġetti (punti 8.11 u 8.18 tar-Rapport Annwali);
213. Jiddispjaċih dwar ir-riżultati fil-punt 2.1 tar-rapport ta' attività annwali tad-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp (DĠ DEV) li tgħid li l-"assigurazzjoni tal-koerenza tal-politiki Komunitarji b'impatt fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, hija sors kbira ta' riskju. Dan ir-riskju l-aktar li huwa rilevanti huwa fejn jidħol il-kummerċ, l-aktar in-negozjati dwar il-Ftehimiet ta" Sħubija Ekonomika (EPAs). Dan jirrappreżenta dimensjoni kritika tal-politika ta' żvilupp iżda l-kapaċità f'dan il-qasam hija kkonċentrata fid-DĠ Kummerċ. Dan ir-riskju jippersisti minkejja t-tisħiħ u l-konċentrazzjoni tar-responsabilitajiet relatati mal-kummerċ li seħħew mar-riorganizzazzjoni tad-DEV f'Lulju 2006";
214. Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit l-ideat tagħha dwar kif tindirizza din is-sitwazzjoni u l-miżuri li jridu jittieħdu fl-2008 sabiex jitjieb it-tħaddim tas-sistema ta' kontroll intern fid-DĠ DEV fir-rigward tal-livell ta' implimentazzjoni ta' l-istandards ta' kontroll intern;
Sħubija Ewro-Mediterranja
215. Jinnota b'sodisfazzjon li skond ir-Rapport Speċjali Nru 5/2006 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-programm MEDA, "huwa ċar li t-tmexxija mill-Kummissjoni tal-programm MEDA tjiebet mill-ewwel snin 'il hawn u tista' titqies bħala sodisfaċenti";
216. Barra minn hekk jinnota, kif ikkonkludiet il-Qorti ta' l-Awdituri, li, b'riżultat tad-divoluzzjoni, id-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni kellhom irwol importanti fl-implimentazzjoni tal-programm billi għenu lil pajjiżi sħab jittrattaw l-aspetti proċedurali ta' l-akkwisti;
217. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinfurmah regolarment dwar it-twettiq ta' kontrolli u ispezzjonijiet fuq il-post, filwaqt li tidentifika każijiet ċari ta' suspett ta' frodi jew irregolaritajiet finanzjarji oħra matul l-aħħar sena ta' implimentazzjoni tal-programm MEDA;
218. Jistenna bil-ħerqa żieda fil-viżibilità ta" azzjonijiet iffinanzjati mill-UE permezz ta" fondi fiduċjarji internazzjonali, b'mod partikulari fil-kuntest ta" somom li jilħqu l-ammont ta' aktar minn biljun Euro li ġew trasferiti mill-baġit ta' l-UE għall-fondi tan-NU u tal-Bank Dinji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-gwida politika, il-viżibilità ta" l-UE u l-kontroll tal-fondi użati jkunu msaħħa;
219. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex regolarment tippreżenta lill-Parlament miżuri speċifiċi biex jiżdied aktar il-pussess ta" l-UE ta" l-azzjonijiet esterni tagħha fil-kuntesti ġeografiċi tagħhom (b'konformità mal-prinċipji ta" l-effiċjenza, tar-responsabilità u tal-viżibilità);
220. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinformah b'mod effiċjenti u ħafif dwar l-użu ta" fondi ta" l-UE permezz ta" fondi fiduċjarji internazzjonali għall-Iraq; jistieden lill-Kummissjoni sabiex taġġorna u tagħti bażi lil din l-informazzjoni u biex tipproponi sistema li tippermetti lill-Parlament jara b'mod ċar u li jinftiehem eżattament x'ġie ko-finanzjat mill-fondi ta' l-UE permezz ta' fondi fiduċjarji internazzjonali kulllimkien fid-dinja;
221. Jilqa' ż-żieda sinifikanti fir-rata ta' implimentazzjoni ta' approprijazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-istrateġija ta' qabel is-sħubija fl-2006 meta mqabbla ma' l-2005;
Żvilupp
222. Jifraħ lill-Kummissjoni ta" l-inizjattiva li jitjieb ir-rappurtaġġ tal-progress magħmul permezz ta' interventi tal-politika ta" l-iżvilupp biex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp; għandu fiduċja li din se tagħti kontribut siewi biex titjieb ir-responsabilità f'dan il-qasam; jistenna bil-ħerqa li jirċievi d-dettalji ta' l-evalwazzjoni tal-fażi sperimentali li ddaħħlet fl-2007;
223. Jiġbed l-attenzjoni għall-punt ta' referenza ("benchmark"), miftiehem mill-Kummissjoni, li 20% ta' l-iffinanzjar skond l-Istrument ta' Koperazzjoni għall-Iżvilupp għandhom ikunu allokati għall-edukazzjoni bażika u sekondarja kif ukoll għas-saħħa bażika; jistenna bil-ħerqa li jirċievi d-dettalji ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-punt ta' referenza fl-2007;
224. Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tiġi żviluppata strateġija strutturata li tagħti appoġġ lill-istituzzjonijiet supremi tal-verifika fil-pajjiżi li jieħdu għajnuna baġitarja; jinnota, madankollu, li r-responsabilità demokratika fil-livell ta' pajjiżi sħab ma tistax tintlaħaq mingħajr ma jissaħħu l-entitajiet tal-Parlament għall-kontroll tal-baġit, kif meħtieġ mill-Artikolu 25(1)b tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabilixxi strument ta" finanzjament tal--koperazzjoni għall-iżvilupp(16)
;
225. Jinnota li fl-2006, 91% ta' l-għajnuna baġitarja mill-baġit tal-Komunità ngħatat bħala għajnuna baġitarja għas-setturi, li hi aktar iffukata mill-għajnuna baġitarja ġenerali u għalhekk twassal għal inqas riskji; jesprimi dubji dwar l-"interpretazzjoni dinamika" tal-Kummissjoni tal-kriterji ta' l-eliġibilità għall-għajnuna baġitarja, li skond il-Qorti ta' l-Awdituri żżid ir-riskju; jemmen li l-għajnuna baġitarja għandha tingħata biss lill-pajjiżi li diġà jkunu laħqu l-istandard minimu ta' kredibilità fl-immaniġġjar tal-finanzi pubbliċi;
226. Jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb it-trasparenza u l-aċċess għad-dokumentazzjoni marbuta ma' l-azzjonijiet ta' l-għajnuna baġitarja, b'mod partikulari billi jsiru ftehimiet ma' pajjiżi benefiċjarji li jixbħu lill-Ftehima ta' Qafas Finanzjarja u Amministrattiva (FAFA) u billi tistabbilixxi qafas għall-immaniġġjar tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni tgħaddi lin-NU;
227. Jifraħ lill-Kummissjoni talli fl-2006 naqqset b'39% l-livell ta' reste à liquider (RAL) li jmur lura għall-impenji tal-EuropeAid ta' qabel l-2001; jitlob li jirċievi aġġornamenti regolari dwar il-bidliet fil-livell tar-RAL normali u anormali;
228. Jinnota l-kritika dwar il-proġetti ta' Assistenza Teknika tal-Kummissjoni li saret mill-Qorti ta' l-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 6/2007; jinnota wkoll li l-Kummissjoni se tindirizza dawn il-kwistjonijiet permezz ta' l-"Istrateġija biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-UE ta' għajnuna effettiva għall-Koperazzjoni Teknika u l-Unitajiet għall-Implimentazzjoni tal-Proġetti" li għandha tkun lesta sa Ġunju 2008; jistenna bil-ħerqa li, meta jasal il-waqt, jirċievi l-evalwazzjoni tar-riżultati ta' l-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija;
229. Jilqa' b'sodisfazzjon il-miżuri implimentati mill-Kummissjoni biex tkun imħeġġa il-koordinazzjoni ta' kull min jagħti sehem fil-qasam ta' l-assistenza teknika; jisħaq fuq l-importanza ta' strateġija koordinata, mhux biss fil-livell ta' l-UE imma fost kull min jagħti sehem, u jistenna bil-ħerqa li jirċievi dettalji fuq il-progress ta' din l-inizjattiva.
Spejjeż amministrattivi Aġenziji
230. Jinnota li fl-2006, kien hemm 24 aġenzija jaħdmu (inklużi 2 aġenziji eżekuttivi), meta mqabbla mas-16 fl-2005, li jkopru serje estensiva ta' ħidmiet f'diversi postijiet fl-UE;
231. Jinnota li, bħalma ġara fl-2003, fl-2004 u fl-2005, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni, fir-rapport annwali tiegħu għall-2006 dwar l-attivitajiet, esprima riżerva minbarra l-verifiki ta' l-aġenziji regolatorji: "Filwaqt li l-IAS irċeviet talbiet għall-verifika ta' l-aġenziji regolatorji, iż-żieda parallela tan-numru ta' l-aġenziji, issa 23, għadha ma tippermettix lill-IAS li tissodisfa sew l-obbligu tagħha skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. Fi tmiem l-2006, l-aġenziji kollha kienu vverifikati talanqas darba f'perjodu ta' tliet snin minflok darba kull sena kif stipulat mir-Regolament Finanzjarju" (punt 3.6);
232. Jitlob li ssir analiżi tad-deċentralizzazzjoni u ta' l-effetti tagħha fuq l-istaff tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta kalendarju għal reviżjoni ta' l-organizzazzjoni interna tagħha fid-dawl tad-deċentralizzazzjoni;
233. Jitlob li wara 3 snin issir reviżjoni bejn il-pari ta' kull aġenzija eżekuttiva sabiex ikun evalwat il-valur miżjud ta' l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' l-aġenziji eżekuttivi meta mqabbla mad-Direttorat Ġenerali rilevanti;
234. Jinnota li, fil-paragrafu 10.29 tar-Rapport Annwali tagħha, il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri stqarret li "l-ħruġ ta' sussidji mħallsa mill-Kummissjoni mill-baġit Komunitarju m'huwiex ibbażat fuq estimi ġġustifikati biżżejjed tal-ħtieġa ta' kontanti ta' l-aġenziji. Dan, flimkien ma' l-ammont ta' flus ittrasferiti, iwassal biex ikollhom bilanċi kbar ta' kontanti(17)
. Il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri tirrakkomanda li l-livell ta' sussidji mħallsa lill-aġenziji ikun konformi mal-ħtiġijiet veri tagħhom għal kontanti";
235. Jitlob lill-Kummissjoni biex issegwi iktar mill-qrib il-bilanċi tal-kontanti ta' l-aġenziji u biex timponi obbligi aktar stretti fuqhom fir-rigward tal-preżentazzjoni, fit-talbiet għall-ħlas, ta' tbassiriet bir-reqqa tal-ħtiġijiet veri tagħhom għal kontanti sabiex ikunu evitati trasferimenti mhux meħtieġa ta' kontanti u sabiex ikollhom estimi aqwa għall-ġejjieni;
236. jappella għas-subkonsolidazzjoni tal-kontijiet ta' l-aġenziji;
Il-politika Komunitarja dwar il-bini
237. Huwa mħasseb dwar id-defiċit strutturali globali għall-2006 li reġa' laħaq l-ammont sinifikanti ta' EUR 5 miljun għal proġetti ta' manutenzjoni u ristrutturar għall-bini kollu li huwa l-proprjetà tal-Kummissjoni (fosthom il-bini Berlaymont); jilqa' b'sodisfazzjon l-istudju patrimonjali kkummissjonat mill-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika - Brussell (OIB) fl-2007, li għandu jagħti l-ewwel stima motivata meħtieġa tal-baġit u kalendarju biex isiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex ikun żġurat l-aħjar immaniġġjar possibbli ta' l-investimenti tal-Kummissjoni fil-proprjetà;
238. Jistenna li l-Kummissjoni żżomm lill-kumitati kompetenti tal-Parlament infurmati dwar ir-riżultati ta' l-istudju msemmi hawn fuq u dwar it-tbassira ta' l-ippjanar, b'enfasi speċjali fuq dettalji tal-bini Berlaymont;
239. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinformah dwar is-segwitu tagħha għar-Rapport Speċjali Nru 2/2007 tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, b'mod partikulari fir-rigward tal-koperazzjoni mtejba, inkluż it-tfassil ta' politika komuni dwar il-proprjetà li tinvolvi l-ħolqien ta' strument Komunitarju li jkopri l-binjiet u l-arranġamenti finanzjarji u ta' l-istaff relatati magħha;
240. Jitlob lill-Kummissjoni biex tintegra r-riżultati ta' l-iskrining ta' l-istaff u r-riżultati tal-Komunikazzjoni tagħha dwra il-politika ta' l-akkomodazzjoni tas-servizzi tal-Kummissjoni fi Brussell u l-Lussemburgu (COM(2007)0501), biex tirrevedi l-ħtieġa ta' spazju stipulat fiha kif xieraq u biex tirrapporta dwar ir-riżultati ta' dan l-eżerċizzju sa Settembru 2008.
241. Jissuġġerixxi li għandu jkun hemm dispożizzjoni fil-kontijiet konsolidati ta' l-UE għal xogħlijiet kbar ta' manutenzjoni fuq binjiet;
242. Itenni l-opinjoni tiegħu li għandu jsir studju dwar il-fattibilità li titwaqqaf awtorità Ewropea għall-proprjetà b'responsabilità għall-bini u l-manutenzjoni tal-binjiet ta' l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ta' l-UE;
KONKLUŻJONIJIET DWAR IR-RAPPORTI SPEĊJALI MAĦRUĠA MILL-QORTI TA' L-AWDITURI Parti I: Rapport Speċjali Nru 1/2007 dwar l-implimentazzjoni tal-proċessi ta' nofs iż-żmien, Fondi Strutturali 2000 - 2006
243. Jinnota li l-Kunsill Ewropew ftiehem waqt il-laqgħa tiegħu f'Berlin f'Marzu 1999 li għall-perjodu 2000-2006 għandhom ikunu disponibbli 195 biljun euro (219-il biljun bil-prezzijiet ta' l-2005) mill-Fondi Strutturali(18)
, u li 16-il biljun oħra għas-snin 2004-2006 għandhom ikunu allokati għal madwar 200 programm fl-Istati Membri l-ġodda(19)
;
244. Jinnota li kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni ta' programmi mill-perjodu 1994 - 1999, u minħabba f'hekk dam ma sar l-ipprogrammar għall-perjodu 2000-2006;
245. Għaldaqstant, huwa ppreokkupat li l-bażi ta' dejta għall-proċessi ta' evalwazzjoni ta' nofs iż-żmien setgħet ma kinitx kbira biżżejjed biex jinstabu konklużjonijiet sodi;
246. Barra minn hekk, jinnota r-riżultati tar-rapporti speċjali 7/2003 u 10/2006 tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar l-evalwazzjoni ex-ante u ex-post tan-nefqa tal-Fondi Strutturali rispettivament, li fihom il-Qorti enfasizzat li:
-
l-allokazzjonijiet baġitarji ntgħażlu billi ġie mmassimizzat l-assorbiment tal-fondi li x'aktarx ikun hemm;
-
l-evalwazzjonijiet ex-ante kellhom impatt żgħir fuq il-proċess ta' pprogrammar;
-
instabu dgħjufijiet sinifikanti fl-evalwazzjonijiet ex-post u fis-superviżjoni tagħhom mill-Kummissjoni;
247. Jenfasizza li l-Kummissjoni ddeskriviet l-għan globali ta' l-evalwazzjoni ta' nofs it-term fid-dokument ta' ħidma tagħha nru 8 kif ġej:
-
li jkun evalwat jekk id-diversi forom ta' għajnuna għadhomx il-mezz xieraq biex ikunu ttrattati l-kwistjonijiet li qed jiffaċċjaw ir-reġjun jew il-qasam;
-
li jkun eżaminat jekk l-assi strateġiċi, il-prijoritajiet u l-objettivi humiex koerenti, xierqa u għadhomx rilevanti;
-
li jkun evalwat kemm sar progress biex jintlaħqu dawn l-objettivi u kemm verament jistgħu jintlaħqu;
-
li tkun evalwata l-kwantifikazzjoni ta' l-objettivi, speċifikament kemm iffaċilitaw il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; li jkun evalwat kemm il-prijoritajiet orizzontali - l-opportunitajiet indaqs u l-ambjent b'mod partikulari - ġew integrati fil-forom ta' għajnuna;
-
li tkun analizzata s-suffiċjenza ta' l-arranġamenti ta' implimentazzjoni u monitoraġġ; u li jkunu ppreżentati r-riżultati mqabbla ma' l-indikaturi miftiehma għar-riżerva ta' rendiment;
248. Jilqa' b'sodisfazzjon li l-evalwazzjonijiet urew li l-istrateġiji adottati mill-Istati Membri kienu għadhom adegwati u li l-assorbiment finanzjarju tjieb b'mod ċar; madankollu, kien impossibbli li tkun evalwata l-effikaċja jew li jitkejjel l-impatt tal-programmi/proġetti, peress li s-sett ta' dejta disponibbli spiss tqies li ma kienx biżżejjed;
249. Huwa inkwetat ħafna li l-Kummissjoni ddeskriviet is-sistemi ta' monitoraġġ ta' l-Istati Membri bħala dgħajfa; b'konsegwenza ma kienx faċli li tingħaraf implimentazzjoni ħażina ta' programmi u proġetti, l-evalwazzjonijiet ex-post kienu mfixkla u l-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet ma kinux żgurati; instabu rregolaritajiet ta' 600 miljun euro fil-qasam tal-Fondi Strutturali fl-2005 biss;
250. Jinsisti, għalhekk, li fil-ġejjieni tingħata prijorità kbira lit-twaqqif ta' sistemi ta' monitoraġġ b'saħħithom fl-Istati Membri bħala miżura kontra l-irregolaritajiet u l-possibiltà ta' frodi;
251. Barra minn hekk jenfasizza l-importanza ta' evalwazzjoniiet analitiċi li jwasslu għal konkulżjonijiet u rakkomandazzjonijiet operattivi;
252. Jiddispjaċih li kien diffiċli li jitqabblu r-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet għaliex l-Istati Membri ma ntalbux isegwu mudell ta' evalwazzjoni standardizzat; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal sistema ta' indikaturi jew ta' benchmarking li maż-żmien twassal għal rapporti ta' evalwazzjoni iktar armonizzati, biex b'hekk titjieb il-komparabiltà u, sussegwentement, il-profondità analitika ta' dawn ir-rapporti;
253. Jinnota li r-regola n+2
wasslet għal aktar użu ta' approprjazzjonijiet; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, li għalhekk l-assorbiment finanzjarju sar ukoll għan fih innifsu;
254. Jinnota wkoll li l-approprjazzjonijiet tar-riżerva ta' rendiment kienu allokati skond il-ħtieġa li jkun immassimizzat l-assorbiment ta' fondi ta' l-UE, aktar milli l-infiq ikun iffukat fuq attivitajiet li kien evalwat li kienu partikolarment effettivi; għalhekk il-proġetti infrastrutturali kienu l-benefiċjarji ewlenin; globalment, il-baġits kienu allokati xort'oħra għall-miżuri li ma pproduċewx biżżejjed infiq;
255. Jiddispjaċih li, bħala konsegwenza li jkun iffavorit l-assorbiment, il-prijoritajiet orizzontali - bħall-ambjent u l-opportunitajiet indaqs - u l-prijoritajiet ta' politika - bħall-istrateġiji ta' Liżbona jew ta' Gotenburg - spiss ma tqisux;
256. Jiddispjaċih ukoll li spiss effetti 'deadweight'(20)
u ta' sostituzzjoni kienu injorati;
257. Jaqbel mal-fehma tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar "(...) tensjonijiet inerenti fl-ippjanar u l-immaniġġjar tal-Fondi Strutturali (...)"(21)
matul il-perjodu 2000 - 2006, bħal:
-
tensjoniiet bejn infiq effettiv u ekonomiku (value for money) u l-immassimizzar ta' l-assorbiment,
-
tensjonijiet minħabba r-regola n+2
li tippermetti minn naħa waħda, infiq ippjanat sew u, min-naħa l-oħra, tiffaċilita l-allokazzjoni faċli tar-riżervi,
-
u tensjoniiet bejn evalwazzjonijiet ta' nofs it-term bi skop tajjeb u n-nuqqas ta' dejta;
258. Jirrikonoxxi, fl-istess ħin, li l-Kummissjoni ddeċidiet li tittratta numru ta' dgħjufijiet fir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni(22)
:
-
ir-rekwiżit ġenerali għall-evlawazzjoni ta' nofs iż-żmien kien sostitwit b'evalwazzjonijiet kontinwi skond il-bżonn biex tkun evalwata l-implimentazzjoni ta' programm u bħala reazzjoni għal bidliet ta' l-ambjent estern;
-
ir-rendiment nazzjonali u r-riżervi ta' kontinġenza saru għażla, u
-
ir-regola n+2
(għal perjodu limitat) se ssir regola n+3
għall-Istati Membri b'GDP per capita mill-2001 sa l-2003 inqas minn 85% tal medja ta' l-UE-25;
259. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel linji gwida ċari disponibbli għall-Istati Membri fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni;
260. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li r-riżultati tar-rapporti ta' evalwazzjoni tqiesu meta tfasslu r-regoli l-ġodda għall-Fondi Strutturali matul il-perjodu 2007-2013; jiddispjaċih madankollu li r-riżultati tal-Parlament wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport Speċjali 1/2007 tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri jkollu biss valur limitat għall-perjodu attwali ta' programmazzjoni;
261. Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi meħtieġa biex tinvolvi lill-Parlament għalkollox fil-modifiki lir-regolamenti tal-Fondi Strutturali li bi ħsiebha ddaħħal fil-perjodu li jwassal għall-perjodu ta' finanzjament li jmiss li jibda fl-2014;
262. Huwa tal-fehma li r-regolamenti tal-Fondi Strutturali għandhom jaħsbu għal titjib fil-proċess ta' tagħlim li jkun rifless fid-dispożizzjonijiet legali; dan huwa aktar importanti billi evalwazzjonijiet ex-ante fi tmiem perjodu ta' programmazzjoni ma jistgħux ikunu konklużi fil-ħin qabel ma jidħol fis-seħħ regolament li jkopri l-perjodu l-ġdid ta' finanzjament u programmazzjoni; barra minn hekk, il-kumitati kompetenti tal-Parlament għandhom ikunu kkonsultati regolarment fid-diversi stadji matul il-perjodu ta' finanzjament;
263. Jistieden lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u lill-Kummissjoni biex jagħtu rapport dwar il-miżuri li ttieħdu bħala reazzjoni għar-riżultati tal-Parlament matul il-proċedura ta' kwittanza għall-2006; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta r-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet ex-post 2000-2006 lill-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit;
264. Jitlob lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tanalizza l-effiċjenza, l-effikaċja u l-impatt ta' miżuri ffinanzjati mill-Fondi Strutturali f'rapport speċjali fil-moment opportun.
Parti II: Raport Speċjali Nru 2/2007 dwar l-infiq ta' l-Istituzzjonijiet fuq bini
265. Jaċċetta li l-ippjanar għall-futur imbiegħed u t-tbassiriet baġitarji fil-qasam tal-bini huma diffiċli għaliex l-approprjazzjonijiet ikunu deċiżi fuq bażi annwali, u għaliex deċiżjonijiet politiċi ewlenin b'implikazzjonijiet kbar għall-ispazju ta' l-uffiċċji, bħat-tkabbir, m'humiex previsti b'mod preċiż; barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-bini tirrikjedi żmien sinifikanti minn qabel; jissuġġerixxi li għandu jkun hemm dispożizzjoni fil-kontijiet konsolidati ta' l-Unjoni għal xogħlijiet kbar ta' manutenzjoni fuq binjiet;
266. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-istituzzjonijiet ta' l-UE joffru lir-rappreżentanti u lill-uffiċjali maħtura - b'mod ġenerali - kundizzjonijiet ta' xogħol xierqa;
267. Jiddispjaċih, madankollu, li l-istituzzjonijiet ta' l-UE qatt ma impenjaw ruħhom li jiżviluppaw politika komuni għall-bini, li setgħet ppermettitilhom li jfaddlu ammonti kbar; jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej biex iġeddu l-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw politika komuni għall-bini u biex jirrappurtaw lill-kumitat parlamentari kompetenti qabel il-proċedura ta' kwittanza għall-2007;
268. Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jiżviluppaw kriterji komuni għall-kalkolu ta' l-ispazju u l-ispejjeż ta' l-uffiċċji, u sussegwentement, biex jevalwaw kemm il-ħtiġijiet għall-futur qarib kif ukoll għall-futur imbiegħed;
269. Jirrikonoxxi f'dan il-kuntest li l-istituzzjonijiet ta' l-UE taw prijorità lix-xiri ta' bini, billi huwa minn 40 sa 50% irħas li tixtri milli tikri;
270. Jinnota li fl-1979 il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri kienet diġà ssuġġeriet li l-kuntratti tal-kiri għandhom jinkludu għażla ta' xiri bi prezz li jqis il-kera li diġà tħallset (enfitewsi ta' l-akkwist);
271. Jiddispjaċih li l-kummenti tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri dwar ix-xiri tal-bini IPE 1 - 3 fi Strasburgu ma jagħtux stampa kompleta tas-sitwazzjoni fl-2006; f'dan il-kuntest, jiġbed l-attenzjoni għar-riżultati tar-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2006 mehmuża mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2004(23)
u, b'mod partikulari għall-paragrafi 19 u 20 tagħha;
272. Jistaqsi lill-Kummissjoni għaliex kien indispensabbli li jinkera l-bini MONDRIAN u liema alternattivi kienet qieset;
273. Jirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet ta' l-UE jippreferu jiġbru f'daqqa s-servizzi li jaħdmu f'oqsma simili;
274. Jagħraf it-tensjoni bejn il-vantaġġi prattiċi tal-qrubija ġeografika li wieħed jibqa' fil-kwartier Ewropew, u l-iżvantaġġi finanzjarji li joriġinaw mill-ħolqien ta' domanda għolja ħafna u prevedibbli fuq is-suq lokali tad-djar;
275. Jirrikonoxxi f'dan il-kuntest l-isforzi li saru mill-Kummissjoni biex jitnaqqas il-persentaġġ ta' l-ispazju ta' l-uffiċċji tagħha fil-kwartier Ewropew, li bħalissa huwa ta' 82%;
276. Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jevalwaw b'attenzjoni l-ħtieġa li jibqgħu fil-kwartier Ewropew meta jittrasferixxu partijiet mis-servizzi tagħhom;
277. Isaqsi lill-amministrazzjoni għaliex damet ma saret il-hand-over tal-bini D4-D5 u għaliex ma kienx possibbli li jitqies fi stadju iktar bikri l-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku, il-proċeduri kumplessi tan-negozjar u politika tajba tal-viċinat;
278. Isaqsi lill-istituzzjonijiet ta' l-UE għaliex, skond il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, użaw daqshekk il-proċedura nnegozjata, filwaqt li evitaw is-sejħiet għal offerti, u għaldaqstant kellhom iħallsu prezz għall-kostruzzjoni ta' bini jew għal xogħlijiet li ma ntgħażilx permezz ta' kompetizzjoni miftuħa;
279. Jinsisti li l-istituzzjonijiet ta' l-UE għandhom jużaw kemm jistgħu is-sejħiet għal offerti kompetittivi;
280. Jenfasizza li fin-nuqqas ta' proċeduri kompetittivi ta' sejħiet għal offerti, il-prezzijiet ta' xiri għal kostruzzjonijiet u/jew għal kirjiet fit-tul m'għandhomx ikunu aktar mill-ispejjeż tal-kostruzzjoni;
281. Iqis li kuntratti tal-kera għal perjodu twil ta' żmien għandhom juru l-prezz ta' xiri, u li l-kuntratturi għandhom jagħtu garanziji finanzjarji xierqa sabiex ikun żgurat ir-rendiment sħiħ tal-kuntratti sa l-aċċettazzjoni finali(24)
;
282. Jistieden lill-istituzzjonijiet ta' l-UE biex iwaqqfu "ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali" mal-pajjiżi ospitanti tal-postijiet ta' ħidma ewlenin ta' l-istituzjjonijiet ta' l-UE;
283. Jiġbed l-attenzjoni li, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament Finanzjarju, il-Komunitajiet u l-korpi mwaqqfa minnhom ma jistgħux jissellfu; f'dan il-kuntest jissuġġerixxi li għandhom jintużaw aktar is-servizzi finanzjarji tal-Bank Ewropew ta' l-investiment, u proċeduri ta' sejħiet għal-offerti fis-suq finanzjarju sabiex tkun stabbilita r-rata ta' l-interessi;
284. Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar id-dħul fil-baġit tal-politika tiegħu dwar il-bini, kif ripetut f'punt 5 tar-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' April 2007 mehmuża mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima I - Parlament Ewropew(25)
: (...) Ifakkar lill-korpi kompetenti tiegħu dwar id-deċiżjoni tiegħu li "... ħlasijiet għal bini... għandhom ikunu parti mill-istrateġija baġitarja'; għalhekk jikkritika lill-korpi kompetenti tiegħu talli naqsu kontinwament milli jibbaġittjaw b'mod ċar biżżejjed il-politika dwar il-proprjetà tal-Parlament għal akkwist fil-futur (il-linja tal-baġit 'akkwisti ta' proprjetà immobbli' turi biss entrati għall-2005, 2006 u 2007)";
285. Jitlob lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tispjega kif l-istituzzjonijiet ta' l-UE jistgħu jużaw aħjar l-"approprjazzjonijiet divrenzjati";
286. Jenfasizza li l-istituzzjonijiet ta' l-UE għandu jkollhom kontroll amministrattiv, tekniku u finanzjarju komplet fuq il-proġetti ta' bini tagħhom; għal dan il-għan għandhom iqabbdu konsulenti bi kwalifiki għolja jew jiżviluppaw kompetenza xierqa fi ħdan il-qafas interistituzzjonali(26)
;
287. Ifakkar lill-istituzzjonijiet ta' l-UE dwar it-talba tiegħu mfissra f'paragrafu 20 tar-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq mehmuża mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2004: "(...) jinkariga lill-amministrazzjoni tiegħu biex, f'konsultazzjoni ma' l-istituzzjonijiet l-oħra ta' l-Unjoni, tfassal rapport li jeżamina jkunx fattibbli li titwaqqaf Awtorità Ewropea għall-Bini inkarigata bir-responsabiltà għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-bini ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-UE; jitlob li dan ir-rapport jitressaq lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2007";
Parti III: Rapport Speċjali Nru 3/2007 dwar il-ġestjoni tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati (2000-2004)
288. Ifakkar lil kulmin hu involut dwar il-fatt li l-Fond Ewropew għar-Refuġjati (ERF) twaqqaf bil-għan li jipprovdi qafas għat-tħejjija ta" politika komuni dwar il-kenn, inklużi arranġamenti komuni Ewropej għall-kenn bħala komponent ta" l-objettiv ta" l-UE li toħloq b'mod progressiv zona ta" libertà, sigurtà u ġustizzja li tkun miftuħa għal dawk li jkunu qegħdin ifittxu li jiġu protetti b'mod leġittimu fiha;
289. Jenfasizza l-fatt li sa mill-ħolqien ta" l-ERF I, ġew adottati għadd kbir ta" direttivi, regolamenti u deċiżjonijiet, li xi wħud minnhom ġew promossi b'mod dirett jew indirett permezz tal-ħolqien tal-fond;
290. Jenfasizza l-fatt li l-ERF III(27)
se jaħdem b'kundizzjonijiet differenti minn dawk ta" l-ERF I; għalhekk għandu jkun marbut mill-qrib ma' l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 2001/55/KE(28)
u 2004/83/KE(29)
;
291. Jenfasizza l-fatt li, madankollu, l-ERF III għandu jkompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp futur ta" politika ta" l-UE f'dan il-qasam, b'mod partikolari bil-għan li titħejja analiżi mill-ġdid tal-"Konvenzjoni ta" Dublin II", saħansitra li tkun definita mill-ġdid b'mod ċar ir-rijorganizzazzjoni volontarja ta" dawk li jkunu qegħdin ifittxu l-kenn fl-UE sabiex jintlaħaq arranġament ta" qsim tal-piżijiet;
292. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli bl-isforzi tagħha li tipprevjeni interpretazzjonijiet differenti tar-regoli ta" l-ERF mill-Istati Membri, u sabiex tilqa" t-tnedija ta" seminars dwar prattika tajba li jgħaddu l-esperjenza miksuba f'xi Stati Membri lil Stati Membri oħrajn, b'mod partikolari lil Stati Membri ġodda li għadhom inqas familjari ma" l-ERF;
293. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tisfrutta kull possibiltà li tgħaġġel il-ħlasijiet dovuti lill-Istati Membri u sabiex tqajjem kuxjenza fost l-Istati Membri dwar il-ħtieġa li l-ħlasijiet jitħallsu
fiż-żmien opportun, b'mod partikolari għall-benefiċjarji iżgħar, bil-għan li ma jiġux ipperikolati proġetti innovattivi u li l-NGOs b'baġit iżgħar jingħataw ukoll appoġġ sabiex jieħdu sehem fl-ERF III;
294. Jinsisti li d-dikjarazzjonijiet nazzjonali ta" l-assigurazzjoni għandhom ikopru l-oqsma kollha fejn l-Istati Membri huma responsabbli b'mod konġunt mill-infiq tal-fondi ta" l-UE, bħal ngħidu aħna l-ERF;
295. Jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit sabiex iqis mill-ġdid il-prattika tiegħu ta" l-irkupru, minħabba li l-irkupru permezz ta" proġetti mhux relatati huwa kontroproduttiv għall-iffunzjonar ta' programmi speċifiċi (b'mod partikolari jirriżulta fi ħlasijiet tard ta" ammonti tal-prefinanzjament); ordnijiet ta" rkupru għandhom jinħarġu lill-Ministeru tal-Finanzi ta" l-Istat Membru konċernat minflok li jsir irkupru awtomatiku minn xi ħlas li jkun se jiġi konċess lil dak l-Istat Membru;
296. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tuża l-ERF b'mod iktar proattiv, sabiex jissaħħaħ il-progress lejn Politika Komuni dwar il-Kenn;
297. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli bl-isforzi tagħha biex tkun żgurata l-armonizzazzjoni ta" dejta statistika biex ikunu evitati manipulazzjonijiet fi programmi fejn it-tqassim b'mod raġonevoli tal-fondi jiddependi minn dejta statistika pprovduta mill-Eurostat;
Parti IV: Rapport Speċjali Nru 4/2007 dwar kontrolli fiżiċi u ta' sostituzzjoni fuq kunsinni ta' rimborsi fuq l-esportazzjoni
298. Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tar-Rapport Speċjali Nru 4/2007 u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tittratta n-nuqqasijiet identifikati fir-rapport, kif ukoll biex tieħu azzjoni skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri;
299. Jaqbel mal-Kummissjoni li sakemm ma jitħallas l-aħħar rimbors fuq l-esportazzjoni, "trid tibqa' fis-seħħ sistema ta' kontroll li taħdem għalkollox"; għalhekk jistenna li l-Kummissjoni tuża s-setgħa ta' inizjattiva tagħha biex tressaq proposti konkreti sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni;
300. Jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 14/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 386/90 dwar is-sorveljanza mwettqa fil-waqt ta" l-esportazzjoni tal-prodotti agrikoli li jirċievu rifużjonijiet jew ammonti oħra(30)
, li jippermetti lill-Istati Membri li japplikaw l-analiżi tar-riskju biex jiffissaw ir-rata ta' kontroll għal 5% għal kull Stat Membru minflok għal kull uffiċċju tad-dwana; jiddispjaċih madankollu għan-nuqqas ta' kalendarju ċar fit-tweġibiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proposti futuri tagħha, meta jitqies iż-żmien qasir qabel ma jitneħħew gradwalment ir-rimborsi fuq l-esportazzjoni;
301. Jiddeplora d-diversi nuqqasijiet li jnaqqsu l-effikaċja ta' kontrolli fiżiċi, b'mod partikulari l-fatt li wieħed jista' jbassar il-kontrolli, in-numru għoli ta' esportazzjonijiet ta' valur żgħir u ta' riskju baxx li qed ikunu kkontrollati kif ukoll il-metodu użat biex ikun ikkontrollat il-ġarr ta' prodotti bil-massa;
302. Fir-rigward ta' kontrolli ta' sostituzzjoni, jiddispjaċih li l-kontrolli ma kinux bir-reqqa biżżejjed u li l-interpretazzjoni tan-numru ta' kontrolli li kellhom isiru varja bejn l-Istati Membri;
303. Jilqa' b'sodisfazzjon il-kopertura xierqa ta' kontrolli ewlenin mill-Kummissjoni meta timmoniterja l-kontrolli; madankollu jifhem il-preokkupazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li l-Kummissjoni ma rreaġixxietx, permezz ta' bidliet leġiżlattivi jew korrezzjonijiet finanzjarji f'waqthom, minkejja l-fatt li kienet taf bid-dgħjufijiet għal żmien konsiderevoli;
304. Jinnota u jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-integrità tas-siġilli hija vverifikata mill-awtoritajiet kompetenti fil-fruntieri tal-Lvant ta' l-UE, u jinkuraġġixxi lill-Istati Membri l-oħra biex isegwu dan l-eżempju;
305. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli l-isforzi tagħha biex timmodifika l-leġiżlazzjoni rilevanti bil-għan li tittratta, fost oħrajn, il-kwistjoni ta' "spezzjonijiet tail-gate", u biex iddaħħal l-użu obbligatorju ta' l-analiżi tar-riskju għal proċeduri ta' esportazzjoni, skond l-evalwazzjoni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri;
Parti V: Rapport Speċjali Nru 5/2007 dwar l-immaniġġjar tal-programm CARDS mill-Kummissjoni
306. Jikkunsidra li l-programm CARDS kien ta" kontribut kbir għall-politika ta" l-istabbilizzazzjoni u ta" konnessjoni;
307. Jiddispjaċih għan-nuqqas kbir ta" trasparenza fl-amministrazzjoni tal-Kummissjoni u tad-delegazzjonijiet tagħha, ħaġa li ma tippermettix li ssir evalwazzjoni; jikkunsidra inammissibbli li l-Kummissjoni m'għandhiex idea tal-globalità tal-proġetti ffinanzjati mill-programm CARDS, filwaqt li l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (EAR) tpoġġi l-lista tal-kuntratti li ffirmat, b'indikazzjoni tal-programmi u tal-proġetti, għad-dispożizzjoni tal-pubbliku;
308. Ifakkar ir-rakkomandazzjonijiet stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' April 2007 mehmuża mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-EAR għas-sena finanzjarja 2005(31)
, u b'mod partikulari l-punt 23 tagħha;
309. Jistagħġeb meta jagħraf li fil-pajjiżi fejn l-amministrazzjoni tal-programm CARDS kienet taħt l-awspiċji ta" l-EAR, l-Aġenzija waħedha hija responsabbli għall-iskedar ta' l-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) għall-2007 u l-2008, kif ukoll tal-preparamenti għas-sejħiet għall-offerti li jirrikjedu l-firma tal-Kummissjoni; jinnota li dan imur kontra l-mandat ta" l-EAR u li partikolarment, il-proċedura tal-preparament għas-sejħiet għal offerti tixbah il-prattika tat-"TAOs" (Uffiċċji għall-Għajnuna Teknika), ikkundannati mill-Parlament u li ngħalqu b'riżultat ta" dan;
310. Huwa tal-fehma, f'dan il-kuntest, li fl-2006 l-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligi li ġejjin mid-deċiżjoni tagħha stess ta" l-2005 dwar it-tneħħija gradwali ta" l-EAR, u li kienet tispeċifika li d-delegazzjonijiet fid-diversi pajjiżi tal-Balkani kellhom ikunu kompletament responsabbli sa mill-bidu ta" l-IPA;
311. Jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri sabiex twettaq verifika ta' segwitu dwar tqabbil bejn it-tmexxija mill-Kummissjoni tal-programm CARDS u t-tmexxija, mill-EAR, f'isem il-Kummissjoni, ta' dan il-programm, li r-riżultati tagħha għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament sa Settembru 2008;
Parti VI: Rapport Speċjali Nru 7/2007 (skond l-Artikolu 248(4), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat KE) dwar is-sistemi ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' sanzjoni fir-rigward tar-regoli dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi Komunitarji tas-sajd
312. Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tar-rapport u jifraħ lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri għall-kontribut tagħha ta' siwi kbir biex tkun ittrattata din il-kwistjoni importanti ħafna ta' politika Ewropea;
313. Jikkunsidra bis-serjetà l-kritika ta' l-ECA u jqis li din għandha tirriżulta f'bidliet radikali fil-politika;
314. Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni li tittratta dawk in-nuqqasijiet imsemmija fir-rapport, kif ukoll li tieħu azzjoni skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri; jiddispjaċih madankollu għan-nuqqas ta' kalendarju ċar fit-tweġibiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proposti futuri tagħha;
315. Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Presidenza Slovena li tlaqqa' Kunsill Straordinarju tas-Sajd dwar il-Kontroll tas-Sajd fit-18 ta' Frar 2008 biex jiddiskuti dan ir-rapport;
316. Jerġa' jiddikjara li l-immaniġġjar sod tar-riżorsi skond il-prinċipju ta' prekawzjoni u l-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli jirrikjedi t-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' kontroll eżistenti sabiex l-Istat tal-bandiera u l-Istat kostali fejn ikunu qed joperaw il-bastimenti jista' jkollhom aċċess għall-informazzjoni dak il-ħin stess u kulmeta jixtiequ dwar fejn ikun qiegħed il-bastiment u dwar x'tip ta' sajd ikun qed isir;
317. Fl-istess ħin jistieden lill-Kummissjoni sabiex, meta tkun qed tirrevedi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd (ir-Regolament ta' Kontroll)(32)
, tipproponi miżuri biex tiggarantixxi l-kwalità u l-affidabilità tad-dejta dwar il-qabdiet;
318. Jinnota li, flimkien mal-mekkaniżmi ta' kontroll, hemm problema fundamentali li tirrigwarda l-livelli ta' kwoti għas-sajd innegozjati mill-Istati Membri; jenfasizza li mhux aċċettabbli li sena wara sena, l-Istati Membri jiffissaw kwoti f'livell ogħla minn dak rakkomandat minn riċerkaturi għal sajd sostenibbli;
319. Jenfasizza li, flimkien mal-mekkaniżmi ta' kontroll, is-sistema ta' kwoti nnegozjati hija problema fundamentali; iqis li ma jkunx sodisfaċenti li, sena wara sena, l-kwoti jiġu ffissati f'livell ogħla milli jirrakkomandaw ir-riċerkaturi sabiex jinżammu stokks vijabbli ta' ħut;
320. Jilqa' b'sodisfazzjon is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża C-304/-02 il-Kummissjoni vs ir-Repubblika ta' Franza(33)
, li tat lill-komunità konferma ċara dwar l-irwol u l-obbligi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-kontroll u l-infurzar tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (CFP);
321. Jinnota, madankollu, li għaddew 21 sena bejn iż-żmien meta nstab li nkisret il-liġi u ż-żmien meta ttieħdet din id-deċiżjoni, u li s-sostenibilità ta' l-intrapriżi Ewropej tas-sajd ma taffordjax li jgħaddi daqshekk żmien biex jitranġaw in-nuqqasijiet;
322. Jenfasizza l-importanza ta' azzjoni mill-Kummissjoni kontra Stati Membri individwali fejn ikun hemm suspett li jkunu qegħdin jiksru jew jinjoraw is-sistemi ta' kontroll, ispezzjoni jew ta' sanzjonijiet tal-CFP.
323. Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tesplora l-possibiltà li fl-inizjattivi ġodda proposti dwar is-sajd illegali, mhux regolat u mhux irrappurtat (IUU), jiġu inklużi sanzjonijiet amministrattivi armonizzati li jkunu applikati għal ċerti 'reati-IUU' speċifiċi;
324. Jilqa' b'sodisfazzjon il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni (COM(2007)0039) li tniedi dibattitu dwar it-titjib tal-kapaċità tas-sajd u l-indikaturi ta" l-isforz taħt il-Politika Komuni tas-Sajd u għalhekk jistenna li l-Kummissjoni tuża s-setgħa ta' inizjattiva tagħha biex tressaq proposti konkreti sabiex ittejjeb tassew is-CFP;
325. Jinnota u jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku ta' l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta' tiftix remot(34)
, il-Kummissjoni minnufih ħejjiet ir-regoli ta' implimentazzjoni tagħha (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1566/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku ta" l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta" tiftix remot(35)
);
326. Jiddispjaċih li, anke jekk il-Kummissjoni pproponiet sistemi ta' sforz sempliċi u kontrollabbli, is-sistema saret konsiderevolment aktar ikkomplikata, minħabba numru kbir ta' derogi mdaħħla wara talba mill-Istati Membri waqt diskussjonijiet fil-Kunsill u li naqqsu konsiderevolment il-kontrollabilità tas-sistema kollha kemm hi;
327. Iqis li l-qafas leġiżlattiv attwali huwa kumpless wisq u mhux aġġornat u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tuża s-setgħa ta' inizjattiva tagħha biex tressaq proposti konkreti sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni bil-għan tas-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-CFP;
328. Jiddeplora d-diversi dgħjufijiet li jnaqqsu l-effikaċja tal-kontrolli fiżiċi, u n-nuqqasijiet fis-sistema ta' trażmissjoni tad-dejta kollha kemm hi fl-Istati Membri, kif ukoll in-nuqqas ta' kultura Ewropea ta' kontroll fil-qasam tal-ħut;
329. Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb is-sitwazzjoni fir-rigward tad-dejta dwar il-qabdiet u l-bejgħ, taż-żmien opportun ta' rrappurtar, bl-użu ta' teknoloġiji ġodda; iqis li r-regolament dwar ir-rekordjar u r-rappurtar elettroniċi jżid l-effiċjenza tas-sistemi ta' validazzjoni, pereżempju billi jaħseb għat-trażmissjoni elettronika immedjata ta' kopja tal-fattura tal-bejgħ lill-Istat tal-bandiera u lill-awtoritajiet ta' l-Istat fejn jinħatt il-ħut sabiex tkun tista' tiġi ċċekkjata darbtejn mad-dikjarazzjoni tal-ħatt;
330. Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-għajnuna reċiproka u l-koperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-uffiċjali nazzjonali kompetenti billi toħloq sistema bħal dik li diġà qiegħda fis-seħħ għas-sistema Komunitarja tal-VAT;
331. Iqis li l-kontroll huwa importanti ħafna kif ukoll li s-CFP kollha jkollha sistema li jippermetti l-kontroll tal-qabdiet mill-oriġini sal-konsumatur aħħari, kif teżisti diġà fis-suq intern fir-rigward tal-prodotti kollha ta' l-ikel, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iddaħħal sistema bħal din;
332. Jenfasizza li l-kwoti tas-sajd iffissati jridu jiġu rrispettati u miżmuma; iqis li l-Kummissjoni trid tieħu azzjoni qawwija u determinata f'każ ta' kwalunkwe suspett ta' vjolazzjoni tas-sistema ta' kwoti, jew frodi kontra tagħha;
333. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-kompetenzi ta' l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u biex jippromwovu l-irwol eżekuttiv importanti ta' l-Aġenzija fil-kontroll u l-armonizzazzjoni tas-CFP u fit-titjib tat-trasparenza u tal-koordinazzjoni bit-twaqqif ta' prattiki komuni skond il-qasam ta' applikazzjoni tal-pjanijiet konġunti ta' implimentazzjoni;
334. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi u lill-Istati Membri biex jaċċettaw il-kompetenzi li qed jiżdiedu tal-kontrolluri tal-Kummissjoni, li għandu jkollhom setgħat akbar sabiex tinħoloq strateġija komuni ta' kontroll Ewropew fis-CFP;
335. Iqis, f'dan il-kuntest, li l-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji li jeżisti bejn ir-riżorsi ddedikati lill-attivitajiet ta' kontroll fis-CFP u r-riżultati miksuba minn dawn il-kontrolli (il-proporzjonalità u l-effikaċja f'sens ta' nfiq tal-kontrolli) għandu jkun element ewlieni li jrid jitqies mill-Kummissjoni fil-proposti futuri tagħha dwar is-CFP;
336. Jinnota, f'dan ir-rigward, li l-mekkaniżmi ta' kontroll l-iktar effettivi f'sens ta' nfiq huma dawk fejn il-partijiet interessati għandhom interess dirett li jħarsu s-sostenibiltà ta' l-intrapriżi tas-sajd;
337. Jistieden lill-Istati Membri, fil-qafas tat-tnaqqis ta' l-isforzi, biex jiddeċiedu jekk tnaqqis bħal dan isirx permezz ta':
a)
tnaqqis tal-ħin tas-sajd, mingħajr tnaqqis tal-kapaċità,
b)
tnaqqis tal-kapaċità, mingħajr tnaqqis tal-ħin tas-sajd, jew
c)
taħlita tat-tnejn, u biex jimplimentaw il-miżuri strutturali meħtieġa biex jittaffa l-impatt soċjali ta' dan it-tnaqqis;
338. Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha biex timmodifika l-leġiżlazzjoni rilevanti biex tittratta, fost affarijiet oħra, il-kwistjoni tal-kapaċità żejda, u biex tipproponi miżuri sabiex titnaqqas il-kapaċità żejda fl-industrija tas-sajd.
339. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi soluzzjonijiet politiċi alternattivi li bis-saħħa tagħhom titnaqqas il-ħtieġa ta' kontrolli u ta' sanzjonijiet billi tiżdied ir-responsabilità professjonali individwali tas-sajjieda lejn stokks vijabbli, kif ukoll l-interess tagħhom fihom;
Parti VII: Rapport Speċjali Nru 9/2007 (skond l-Artikolu 248(4), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat KE) dwar l-Evalwar tal-programmi ta' qafas ta' l-UE għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (RTD) - jista' jittejjeb l-approċċ tal-Kummissjoni?
340. Jirrikonoxxi li l-verifika kopriet l-arranġamenti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni li kienu fis-seħħ għall-aħħar tliet perjodi ta' programmazzjoni mill-1995 kif ukoll il-prospetti għall-programm ta' qafas RTD mill-2007 sa l-2013;
341. Jenfasizza li l-programmi ta' qafas għall-perjodu mill-1995 sa l-2006 ngħataw EUR 42.63 biljun, u għalhekk saru l-istrument finanzjarju l-iktar importanti li jikkontribwixxi lill-Istrateġija ta' Liżbona; taħt il-qafas finanzjarju attwali, s-7 programm ta' qafas irċieva EUR 50.52 biljun;
342. Jinnota li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri ttrattat il-kwistjoni ta' jekk l-approċċ tal-Kummissjoni fl-assessjar tar-riżultati tal-programmi ta' qafas kienx xieraq jew le, filwaqt li tqiesu b'mod partikulari l-loġika ta' l-intervent, l-istrateġija ta' l-evalwazzjoni u l-metodoloġiji;
343. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li matul is-snin li għaddew il-Kummissjoni diġà daħħlet għadd konsiderevoli ta' titjib;
344. Josserva li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri nnutat li l-objettivi tal-programmi ma tfasslux sew u nnutat ukoll nuqqas ta' loġika espliċita ta' intervent; jirrikonoxxi madankollu li l-objettivi tal-programmi huma deċiżi mill-partijiet interessati u mill-koleġiżlaturi; għalhekk jistieden lil min jieħu d-deċiżjonijiet biex jagħtu attenzjoni partikulari lit-tfassil ta' objettivi li jistgħu jintlaħqu; jirrikonoxxi li loġika iktar espliċita ta' intervent hija inkluża fis-7 Programm ta' Qafas RTD(36)
; jenfasizza li l-objettivi jridu jkunu operattivi u li jistgħu jitkejlu ("benchmarking") sabiex ikunu jistgħu jintużaw l-indikaturi tar-rendiment u l-monitoraġġ effettiv;
345. Jinnota li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri kkritikat in-nuqqas ta' strateġija ta' evalwazzjoni komprensiva; jiġbed l-attenzjoni f'dan il-kuntest għat-titjib permezz ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt u l-evalwazzjoni ex-ante tas-7 programm ta' qafas RTD (SEC(2005) 0430);
346. Jirrikonoxxi l-kritika tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni eżistenti fid-direttorati ġenerali li jimplimentaw il-programmi ta' qafas RTD ma kinux effettivi; madankollu, f'dan l-istadju għadu m'huwiex konvint mill-idea li jinħoloq "uffiċċju konġunt għall-evalwazzjoni"; għalhekk jissuġġerixxi li d-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka jassumi aktar responsabiltà u rwol ta' koordinazzjoni; jaqbel mal-fehma tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li l-pariri minn esperti esterni għandhom ikunu stabbiliti fi stadju bikri u jibqgħu fis-seħħ sabiex ikun garantit approċċ konsistenti u koerenti, b'mod partikulari billi l-evalwazzjonijiet huma skedati għall-2008 (evalwazzjoni ex-ante tas-6 programm ta' qafas RTD), għall-2009 (rapport interim fattwali dwar is-7 programm ta' qafas RTD), għall-2010 (evalwazzjoni ta' nofs it-term tas-7 programm ta' qafas RTD) u għall-2015 (evalwazzjoni ex-post tas-7 programm ta' qafas RTD);
347. Jinnota r-rimarka tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri li ngħataw gwidi metodoloġiċi mhux xierqa; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-pubblikazzjoni ta' manwal dwar l-evalwazzjoni; jaf li r-rekwiżiti ta' rappurtar kienu riveduti fis-7 programm ta' qafas RTD bil-għan li tinħoloq bażi ta' dejta iktar b'saħħitha għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ;
348. Huwa tal-fehma li l-kwalità ta' l-evalwazzjonijiet ta' nofs iż-żmien u ex-post tiċċara l-punti ta' referenza msemmija (i.e. l-objettivi li jistgħu jitkejlu, l-impatt mistenni, il-monitoraġġ effettiv, bażi ta' dejta b'saħħitha); jenfasizza li l-evalwazzjonijiet ikunu aktar utli jekk il-programmi ta' qafas ikunu adattabbli (programmi "ta' tagħlim") u jekk il-konklużjonijiet ikunu jistgħu jintużaw biex jittejbu l-programmi fis-seħħ;
349. Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm f'moħħha r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri meta twettaq l-evalwazzjonijiet skedati fl-2008, fl-2009, fl-2010 u fl-2015;
o o o
350. Jistieden lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex timmoniterja l-verifika tagħha qabel l-eżerċizzju ta' kwittanza għall-2010 u biex tagħti rapport lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; jitlob lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri biex tħares lejn l-ammonti li ntefqu fuq l-evalwazzjonijiet b'rabta mal-valur ta' programmi speċifiċi u lejn kif dan il-persentaġġ huwa marbut ma' programmi RDT oħra f'pajjiżi terzi (eż. il-Kanada).
Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Azzjoni 1 fir-rapport ta' progress tagħha fuq imsemmi ta' l-2008 dwar il-pjan ta' azzjoni lejn qafas ta' kontroll intern integrat.
L_Azzjoni 11N taqra: "biex jiġi ddeterminat jekk is-sistemi ta' rkupru u kumpensi jaħdmux b'mod effettiv, billi jiġu identifikati l-ammonti rkuprati fl-2005 u l-2006 u l-koerenza tagħhom bi żbalji identifikati matul il-kontrolli, il-Kummissjoni trid, fl-immaniġġjar dirett, tiżviluppa tipoloġija ta' żbalji u relazzjoni ma' l-irkupru, mal-korrezzjonijiet u l-aġġustamenti finanzjarji għall-pagamenti u għall-immaniġġjar maqsum trid teżamina l-affidabilità ta' l-immontorjar nazzjonali u tas-sistemi tar-rappurtar"
Ammont ta' kontanti għand l-Aġenziji fi tmiem l-2006 (minbarra l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetà tal-Pjanti u ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea - u l-Awrorità Superviżorja Ewropa għall-GNSS). EUR 213-il miljun meta mqabbla ma' EUR 810 miljuni f'approprjazzjonijiet.
Structural Funds aim at financing sustainable socio-economic and environmental development programmes in the Member States. B'mod partikulari, miżuri u programmi għandhom jappoġġjaw l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, it-teknoloġija informatika, l-użu nadif u effiċjenti ta' l-enerġija, il-ħarsien ta' l-ambjent, it-tagħlim matul il-ħajja u l-inklużjoni soċjali. Il-perjodu ġdid ta' pprogrammar ipprova jikseb livell ogħla ta' konċentrazzjoni, strutturi aqwa ta' mmaniġġjar, effiċjenza akbar u kontroll baġitarju aktar strett (Laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Liżbona - Marzu 2000).
Għall-perjodu 2000-2006 ntefqu madwar 260 biljun euro fuq miżuri strutturali. Minn din is-somma 213-il biljun euro kienu allokati għall-15-il Stat Membru ta' l-ewwel: il-programmi tal-Fondi Strutturali ngħataw 195 biljun euro u l-Fond ta' Koeżjoni 18-il biljun euro. 47 biljun euro twarrbu għall-Istati Membri l-ġodda (fondi ta' preadeżjoni u miżuri strutturali). Għas-snin 2004-2006, madwar 16-il biljun euro kienu allokati lil madwar 200 programm fl-Istati Membri l-ġodda.
Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu mill-2008 sa l-2013 bħala parti mill-programm ġenerali 'Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni' (ĠU L 144, 6.6.2007, p.1).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE ta' l-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta" April 2004 dwar l-istandards minimi għall-kwalifika u l-istatus ta" ċittadini ta" pajjiż terz jew persuni bla ċittadinanza bħala refuġjati jew bħala persuni li b'mod ieħor jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12).
Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).