Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2041(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0093/2008

Testi mressqa :

A6-0093/2008

Dibattiti :

PV 22/04/2008 - 4
CRE 22/04/2008 - 4

Votazzjonijiet :

Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 22/04/2008 - 5.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0137

Testi adottati
PDF 94kDOC 57k
It-Tlieta, 22 t'April 2008 - Strasburg Verżjoni finali
Il-kwittanza ta' l-2006: Baġit Ġenerali ta' l-UE, Taqsima V - Qorti ta' l-Awdituri
P6_TA(2008)0137A6-0093/2008
Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima V - Qorti ta' l-Awdituri (C6-0366/2007 – 2007/2041(DEC))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1) ,

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0366/2007)(2) ,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri lill-awtorità tal-kwittanza rigward il-verifiki interni mwettqa fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati(3) ,

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Awditur Estern dwar il-kontabilità tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2006(4) ,

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5) ,

–   wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6) , u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0093/2008),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2006;

2.  Jindika l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni ta" hawn taħt;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta" l-Awdituri, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 78, 15.3.2006.
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(4) ĠU C 292, 5.12.2007, p. 1.
(5) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).


2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima V – Qorti ta' l-Awdituri (C6-0366/2007 – 2007/2041(DEC))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006(1) ,

–   wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 - Volum I (C6-0366/2007)(2) ,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri lill-awtorità tal-kwittanza rigward il-verifiki interni mwettqa fl-2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta" l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta" l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta" l-istituzzjonijiet verifikati(3) ,

–   wara li kkunsidra r-rapport mill-Awditur Estern dwar il-kontabilità tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2006(4) ,

–   wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(5) ,

–   wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6) , u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0093/2008),

1.  Jinnota li fl-2006 il-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri (ECA) kellha approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli li jammontaw għal total ta' EUR 113 596 668 31 (2005: 107 548 618 24 EUR), b'rata ta" utilizzazzjoni ta" 89%, taħt il-medja ta" l-istituzzjonijiet l-oħra;

2.  Jinnota li, wara l-introduzzjoni tal-kontabilità tad-dovuti fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2005, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' l-ECA wrew rendiment ekonomiku negattiv għas-sena finanzjarja 2006 (EUR 32 000) u żieda fil-passiv, meta mqabbla ma' l-attiv, ta' EUR 11 418 000;

3.  Ifakkar li fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006 (hekk kif kien ukoll il-każ għas-sena finanzjarja 2004) il-kontijiet ta' l-ECA ġew ivverifikati minn impriża esterna, KPMG, illi kkonkludiet li: "[...] id-dikjazzjonijiet finanzjarji jagħtu stampa ċara u ġusta tal-qagħda finanzjarja tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri sal-31 ta' Diċembru 2006 u tar-riżultati operattivi tagħha għas-sena li ntemmet, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, tar-regoli ta' implimentazzjoni tagħha, tal-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati u tar-Regoli Interni tal-Qorti Ewropea ta' l-awdituri.";

4.  Jinnota li t-tweġiba miktuba pprovduta mill-ECA għall-kwestjonarju tar-rapporteur fir-rigward tal-kontabilità tal-pensjonijiet ta' l-ex Membri ta' l-ECA, li skond hi l-passiv għall-pagamenti tal-pensjonijiet sal-31 ta' Diċembru 2006 hija mniżżla mill-ECA fuq il-karta tal-bilanċ tagħha u l-garanzija min-naħa ta' l-Istati Membri hija ppreżentata fin-nota tal-karta tal-bilanċ, iżda mhux imdaħħla bħala kreditu fuq medda twila ta' żmien fil-konfront ta' l-Istati Membri; jinnota wkoll li fis-sena finanzjarja 2006 l-pagamenti tal-pensjonijiet maħruġa mill-ECA lill-Membri tagħha jammontaw għal EUR 2,3 miljun;

5.  Itenni l-opinjoni tiegħu li kemm il-passiv għall-pagamenti tal-pensjoni fil-ġejjieni u anki l-kreditu fuq medda twila ta' żmien fir-rigward ta' l-Istati Membri – dawn ta' l-aħħar jiggarantixxu l-finanzjament ta' l-iskema tal-pensjonijiet – għandhom jiġu inklużi fil-karta tal-bilanċ sabiex tingħata stampa ċara tal-passiv eżistenti u n-nefqa reali ta' l-ivverifikar fl-UE, kif ukoll biex ikunu riflessi l-prinċipji tal-kontabilità tad-dovuti mill-1 ta' Jannar 2005;

6.  Jinnota li r-rapport ta' l-2006 ta' l-Awditur Intern ta' l-ECA kien pożittiv ħafna u stabbilixxa li l-kwalità tal-fajls u tal-kuntratti għas-sejħa għall-offerti kienet sodisfaċenti għalkemm "l-għażla ta' proċeduri ssimplifikati jew derogatorji setgħu ġew ġustifikati aħjar u d-dokumentazzjoni fil-livell ta' evalwazzjoni ta' l-offerti għandha titjieb"; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan il-kuntest li r-rakkomandazzjonijiet kollha mressqa mill-Awditur Intern (it-tisħiħ ta' taħriġ ta' akkwist xieraq u l-irreġistrar tal-kuntratti kollha f'bażi ta' data singola) ittieħdu azzjoni dwarhom;

7.  Jinnota bi tħassib li, skond it-tweġibiet għall-kwestjonarju tar-rapporteur, l-ECA għadha qed taffronta diffikultajiet marbuta mar-reklutaġġ fir-rigward ta' staff professjonalment kwalifikat għal bosta postijiet ta' impjieg minn kompetizzjonijiet organizzati mill-EPSO minħabba l-għoli tal-ħajja fil-Lussemburgu u n-nuqqas ta' attrazzjoni tas-salarju marbut mal-grad AD5 bażiku; jilqa' b'sodisfazzjon madankollu t-tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' postijiet vakanti minn 74 fl-2006 għal 56 fl-2007 u jfaħħar l-intenzjoni ta' l-ECA li tnaqqas ulterjorment l-għadd ta' postijiet vakanti u s-sehem relattiv tagħhom fl-organigramma totali fis-snin attwali u f'dawk li ġejjin;

8.  Jinnota li ħames Membri ġodda ngħaqdu ma' l-ECA matul l-2006; itenni t-tama tiegħu li se jkun possibbli li tinħoloq struttura aktar razzjonali għall-ECA qabel it-tkabbir li jmiss; jitlob lill-ECA biex tqis mudelli eżistenti bil-għan li tnaqqas l-għadd totali ta' Membri; itenni l-istedina tiegħu biex jitqiesu proposti li jintroduċu sistema rotatorja simili għal dik applikata mill-Kunsill ta' Governanza tal-Bank Ċentrali Ewropew jew sistema b'Awditur Ġenerali wieħed; jistieden lill-ECA biex iżżomm lill-Parlament aġġornat bis-segwitu ta' din ir-rakkomandazzjoni sat-30 ta' Settembru 2008;

9.  Jinnota li l-ECA adottat manwal ġdid għall-verifika tar-rendiment u pjan biex tkun żviluppata aktar il-verifika bl-IT kif ukoll tkun regolata l-organizzazzjoni ta' gruppi ta' verifika biex jirriflettu l-impatt ta' l-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABB) fuq l-ivverifikar; apparti dan jinnota li l-ECA wettqet eżerċizzju ta' awto-valutazzjoni matul l-2006 li wassal għal pjan ta' azzjoni;

10.  Jinnota li dan il-pjan ta' azzjoni huwa soġġett għal "reviżjoni bejn il-pari" minn grupp ta' reviżuri bejn il-pari internazzjonali; jitlob lill-President ta' l-ECA biex iressaq aġġornament dwar l-iżvilupp tar-reviżjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni;

11.  Jinnota fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta' l-interessi finanzjarji tal-Membri li f'konformità mal-Kodiċi ta' Kondotta ta' l-ECA, il-membri ta' l-ECA għandhom jgħaddu dikjarazzjoni ta' l-interessi finanzjarji tagħhom u assi oħra (inklużi ishma, bonds konvertibbli, ċertifikati ta' investiment, kif ukoll art u proprjetà immobbli, flimkien ma' l-attivitajiet professjonali tal-konjuġi) lill-President ta' l-ECA, li jżommhom għandu fir-rispett tal-kunfidenzjalità, u li dawn ma jiġux ippubblikati;

12.  Itenni s-sejħa tiegħu li, bħala kwistjoni ta' prinċipju u fl-interess tat-trasparenza, il-Membri ta' l-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE għandhom ikunu meħtieġa jressqu dikjarazzjoni ta' l-interessi finanzjarji li għandha tkun disponibbli fuq l-internet permezz ta' reġistru pubbliku; jesprimi d-diżappunt tiegħu li, kuntrarju għar-rikjesta tiegħu tas-sena l-oħra, l-ECA ma nfurmatx lill-Parlament sat-30 ta' Settembru 2007 dwar liema miżuri adattati se tieħu f'dan ir-rigward.

(1) ĠU L 78, 15.3.2006.
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(4) ĠU C 292, 5.12.2007, p. 1.
(5) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Novembru 2008Avviż legali