Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2581(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

B6-0239/2008

Dibattiti :

PV 22/05/2008 - 14.2
CRE 22/05/2008 - 14.2

Votazzjonijiet :

PV 22/05/2008 - 16.2

Testi adottati :

P6_TA(2008)0239

Testi adottati
DOC 50k
Il-Ħamis, 22 ta' Mejju 2008 - Strasburgu Verżjoni finali
L-arrest ta" priġunieri politiċi fil-Belarus
P6_TA(2008)0239B6-0239, 0259, 0260, 0261, 0263 u 0264/2008

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2008 dwar l-arrest ta" dissidenti politiċi fil-Belarus

Il-Parlament Ewropew ,

–    wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-qagħda fil-Belarus, b'mod partikulari dik tal-21 ta' Frar 2008(1)

–    wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-21 ta'Novembru 2006dwar ir-rieda min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea biex iġġedded ir-relazzjoni tagħha mal-Belarus u l-poplu tiegħu fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza ta' l-UE tal-28 ta' Marzu 2008 dwar il-Belarus,

–   wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Presidenza ta" l-UE tad-29 ta" April 2008 dwar il-priġunerija mill-ġdid u l-fastidju ta" avversarji politiċi fil-Belarus,

–   wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Presidenza ta" l-UE tas-6 ta" Mejju 2008 dwar l-iżviluppi riċenti fir-relazzjoni bejn il-Belarus u l-Istati Uniti;

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi żewġ attivisti pro-demokratiċi mill-Belarus, Andrei Kim u Siarhei Parsyukevich, ingħataw sentenzi ħorox talli hadu sehem f'dimostrazzjonijiet paċifiċi ta" l-intraprendituri fl-10 u fil-21 ta" Jannar 2008,

B.   billi d-detenzjoni kontinwa ta" Aliaksandr Kazulin, hija eżempju ulterjuri ta" l-indifferenza tal-Belarus għall-obbligi tiegħu li jirrispetta l-prinċipji u l-impenji ta" l-Organiżżazzjoni għas-Sigurta' u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) li l-Belarus huwa membru tagħha,

C.   billi l-Parlament Ewropew stieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iressqu proposti biex jagħmlu pressjoni ulterjuri fuq ir-reġim ta' Lukashenko f'organizzazzjonijiet internazzjonali u talab li jitressaq pakkett sħiħ ta' sanzjonijiet speċifiċi u mmirati – li jikkastigaw bl-aħrax lil dawk li qed iwettqu l-oppressjoni mingħajr ma jżidu aktar it-tbatija taċ-ċittadini tal-Belarus,

D.   billi kkundanna l-użu tal-vjolenza u ta" l-arresti ta" numru kbir ta" parteċipanti fl-okkażjoni ta' Jum il-Ħelsien fil-25 ta' Marzu 2008, f'Minsk u bliet oħrajn tal-Belarus.

E.   billi d-deċiżjoni tal-Gvern tal-Belarus li jiddikkjara 10 diplomatiċi mill-Istati Uniti bħala personae non gratae u t-tkeċċija furzata ta" l-Ambaxxatur ta" l-Istati Uniti għal Belarus huma miżuri mhux ġustifikati u ta" ħsara għall-interessi tal-poplu tal-Belarus,

1.  Jiddispjaċih ħafna li s-sitwazzjoni tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u ta' l-istat tad-dritt m'hix titjieb fil-Belarus; jiġbed l-attenzjoni li arresti arbitrarji kontinwi ta' membri tas-soċjetà ċivili u ta" attivisti ta' l-oppożizzjoni, b'mod partikulari d-detenzjoni temporanja ta' Aleksander Milinkevich, u l-infurzar aktar strett fuq il-media indipendenti, tmur kontra r-retorika tal-Gvern tal-Belarus rigward ix-xewqa tiegħu li jtejjeb ir-relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea;

2.  Jikkundanna s-sentenzi ħorox li ngħataw lil Syarhei Parsyukevich u lil Andrei Kim fit-22 u fit-23 ta" April 2008 f'Minsk minħabba s-sehem tagħhom fid-dimostrazzjonijiet ta" l-intraprendituri ta" l-10 ta" Jannar 2008; fl-istess ħin, jiddeplora il-forza, li skond ir-rapporti kienet eċċessiva, li ntużat mis-siġurtà tal-forzi tal-Belarus kontra ċittadini paċifiċi miġbura f'Minsk fil-25 ta" Marzu 2008 biex ifakkru d-disgħin anniversarju tal-Fondazzjoni għar-Repubblika Indipendenti tal-Poplu tal-Belarus u l-arrest tagħhom; jistieden lill-awtoritajiet tal-Belarus sabiex mingħajr kondizzjonijiet jibqgħu lura minn kull forma ta" użu ta" forza kontra r-rappreżentanti ta' l-oppożizzjoni demokratika;

3.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jeħilsu immedjatament u mingħajr kondizzjonijiet il-priġunier politiku li fadal, Aliaksandr Kazulin, u biex jieqfu jużaw l-intimidazzjoni, il-fastidju, l-arresti mmirati u l-prosekuzzjonijiet motivati politikament kontra l-attivisti ta' l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili fil-Belarus;

4.  Itenni li l-konformità mal-prinċipji demokratiċi hija l-kwistjoni ewlenija għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Belarus;

5.  Jikkundanna d-detenzjoni ta" ġurnalisti ta" media indipendenti, tfittxijiet fid-djar tagħhom u l-konfiska jew il-qerda tat-tagħmir tagħhom mis-servizzi sigrieti tal-Belarus (KGB) u jikkundanna l-isforzi ta" l-awtoritajiet tal-Belarus biex jiksru l-libertà tal-media;

6.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jipprovdu appoġġ sostanzjali għall-vittmi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarus; huwa ta" l-opinjoni li aktar għajnuna finanzjarja għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikulari l-media ħielsa, hija meħtieġa għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;

7.  Ifakkar li fil-21 ta" Novembru 2006 l-Unjoni Ewropea ddikjarat li lesta ġġedded ir-relazzjoni tagħha mal-Belarus u l-poplu tiegħu fi ħdan il-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) hekk kif l-Gvern tal-Belarus juri rispett għall-valuri demokratiċi u għad-drittijiet fundamentali tal-poplu tal-Belarus;

8.  Jenfasizza li, sabiex jinvolvi ruħu fi kwalunkwe djalogu sostanzjali ma' l-UE, il-Belarus jeħtieġ iwettaq il-kondizzjonijiet li fadal, stipulati fin-'non-paper' tal-Kummissjoni bit-titlu "X'tista' tagħti l-UE lill-Belarus", li tinkludi l-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha, it-tneħħija tal-pieni tal-mewt, l-assigurazzjoni ta' media ħielsa u l-libertà ta' l-espressjoni, l-indipendenza tal-ġudikatura kif ukoll ir-rispett għall-valuri demokratiċi u għad-drittijiet fundamentali tal-poplu tal-Belarus;

9.  Jinkundanna l-fatt li l-Belarus huwa l-aħħar pajjiż fl-Ewropa li għad għandu l-piena tal-mewt, li tmur kontra l-valuri Ewropej u universali;

10.  Jiddispjaċih ħafna li l-Liġi dwar ir-Reliġjon u l-Organiżazzjonijiet Religjużi ta" l-2002, li tikser il-prinċipji internazzjonali tal-libertà tar-reliġjon u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk stipulati fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), u jagħraf li bħala riżultat ta" din il-leġiżlazzjoni, l-attivitajiet ta" ħafna komunitajiet reliġjużi ġew limitati u l-mexxejja tagħhom qed ikunu soġġetti għal fastidju, prosekuzzjoni, multi u priġunerija b'mod kostanti;

11.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Belarus sabiex jimplimentaw b'mod sħiħ l-istandards ta" l-OSCE fl-organizzazzjoni ta" l-elezzjonijiet parlamentari li ġejjin maħsuba għall-ħarifa 2008, u biex joħolqu l-kundizzjonijiet għal-votazzjoni libera u ġusta; jistieden lill-gvern tal-Belarus biex jagħti aċċess ħieles lir-rappreżentanti ta' l-oppożizzjoni demokratika għall-kummissjonijiet ta' l-elezzjoni distrettwali, jagħti r-reġistrazzjoni lill-kandidati parlamentari kollha u l-osservaturi tagħhom, u ma joħloqx xkiel biex il-missjoni ta' osservazzjoni ta' l-elezzjonijiet tkun komprensiva u sħiħa;

12.  Jistieden lill-Gvern tal-Belarus sabiex japprova u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem kollha u jassigura l-konformità ta' Belarus ma" l-istandards internazzjonali u b'mod partikulari ma" l-Artikolu 18 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR);

13.  Jistieden lill-Gvern tal-Belarus sabiex jirrevedi l-Liġi ta" l-2002 dwar il-Libertà tar-Religjon u ta" l-Organizzazzjonijiet Reliġjużi u sabiex irodd lura proċeduri li jiggarantixxu r-rispett għal-libertà tar-reliġjon;

14.  Jesprimi s-solidarjetà ma' l-oppożizzjoni demokratika magħquda tal-Belarus u maċ-ċittadini kollha tal-Belarus li qed jirsistu għal Belarus indipendenti, miftuħ u demokratiku bbażat fuq l-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-mexxejja ta' l-oppożizzjoni biex juru għaqda u determinazzjoni bejniethom fl-elezzjonijiet parlamentari li ġejjin;

15.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu passi ulterjuri lejn il-faċilitazzjoni u l-liberalizzazzjoni tal-proċeduri tal-viża għaċ-ċittadini tal-Belarus, għaliex dan biss jista' jgħin biex jitwettaq l-għan ewlieni tal-politika ta' l-UE lejn il-Belarus, jiġifieri li jiġu ffaċilitati u intensifikati l-kuntatti bejn il-popli u biex il-pajjiż ikollu d-demokrazija; iħeġġiġhom, f'dan il-kuntest, biex jikkunsidraw l-possibilitajiet li titnaqqas l-ispiża tal-viża għaċ-ċittadini tal-Belarus li jkunu deħlin fiz-zona ta' Schengen, li huwa l-unika mod kif jiġi evitat li l-Belarus u ċ-ċittadini tiegħu jkunu dejjem aktar iżolati;

16.  Jiddeplora r-rifjut imtenni ta" l-awtoritajiet tal-Belarus biex jagħtu viżas ta" dħul lill-Membri tal-Parlament Ewropew u l-parlamentari nazzjonali f'dawn l-aħħar sentejn; jistieden lill-awtoritajiet tal-Belarus biex ma joħolqux xkiel ulterjuri li jxekklu lid-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet mal-Belarus milli żżur l-pajjiż u tosserva l-elezzjonijiet ġenerali li ġejjin u tikseb esperjenza diretta fil-Belarus;

17.  Jesprimi s-solidarjetà ma' l-Istati Uniti u s-servizz diplomatiku tagħha, u jistieden lill-Gvern tal-Belarus sabiex jerġa" jikkunsidra d-deċiżjoni tiegħu u jieħu passi immedjati li jippermettu normalizzazzjoni tar-relazzjoni bejn il-Belarus u l-Istati Uniti fuq bażi ta" koperazzjoni ta' benefiċċju reċiproku;

18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u l-gvernijiet ta' l-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assembleji Parlamentari ta' l-OSCE u tal-Kunsill ta' l-Ewropea, kif ukoll lill-gvern tal-Belarus.

(1) Testi adottati, P6_TA(2008)0071.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Jannar 2009Avviż legali