Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (16133/3/2007 – C6-0129/2008 – 2006/0272(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16133/3/2007 – C6-0129/2008)(1)
,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2)
dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (KUMM(2006)0784) ,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0223/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru.../2008/KE li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/110/KE.)