Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill adottata bil-ħsieb li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (5719/3/2008 – C6-0225/2008 – 2005/0239(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5719/3/2008 – C6-0225/2008)(1)
,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2)
dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0589),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0334/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1)
,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2)
,
Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3)
,
Billi:
(1) Bl-adozzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE(4)
, l-Unjoni Ewropea saħħet il-kapaċità tagħha għall-prevenzjoni ta' sitwazzjonijiet li huma ta' theddida għas-sigurtà tal-ħajja tal-bniedem fil-baħar u għall-protezzjoni ta' l-ambjent tal-baħar.
(2) Peress li din id-Direttiva tikkonċerna l-emenda tad-Direttiva 2002/59/KE, il-biċċa l-kbira ta' l-obbligi li jinsabu fiha mhux ser ikunu applikabbli għall-Istati Membri mingħajr xtut tal-baħar u portijiet tal-baħar. Konsegwentement, l-uniċi obbligi li ser ikunu applikabbli għall-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Lussemburgu jew is-Slovakkja huma dawk l-obbligi li jikkonċernaw vapuri li jtajru l-bandiera ta' dawk l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għad-dmir ta' kooperazzjoni ta' l-Istati Membri biex jiżguraw kontinwità bejn servizzi ta' amministrazzjoni ta' traffiku marittimu u ta' traffiku modali ieħor, b'mod partikolari servizzi ta' informazzjoni dwar ix-xmajjar.
(3) Taħt din id-Direttiva, l-Istati Membri li huma, Stati kostali għandhom ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni, li jiġbru matul missjonijiet ta' monitoraġġ tat-traffiku marittimu, li huma jwettqu fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom. Is-sistema Komunitarja ta' skambju ta' informazzjoni SafeSeaNet (║'SafeSeaNet"), żviluppata mill-Kummissjoni bi qbil ma' l-Istati Membri, tinkludi min-naħa l-waħda, netwerk ta' skambju ta' data u, min-naħa l-oħra, standardizzazzjoni ta' l-informazzjoni ewlenija disponibbli dwar vapuri u t-tagħbija tagħhom (preavviż u rappurtar). Din b'hekk tippermetti li tkun lokalizzata f'ras il-għajn u li tkun ikkomunikata lil kwalunkwe awtorità informazzjoni preċiża u aġġornata dwar vapuri f'ibħra Ewropej, il-movimenti tagħhom u t-tagħbijiet perikolużi jew li jniġġsu tagħhom, kif ukoll dwar inċidenti fil-baħar.
(4) Għaldaqstant, sabiex ikun iggarantit l-użu operattiv ta' l-informazzjoni miġbura b'dan il-mod, huwa essenzjali li l-infrastruttura meħtieġa għall-ġbir u l-iskambju tad-data msemmija f'din id-Direttiva u implimentata mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tkun integrata fis-SafeSeaNet.
(5) Fost l-informazzjoni notifikata u skambjata skont
id-Direttiva 2002/59/KE, dik li tikkonċerna l-karatteristiċi preċiżi ta' merkanzija perikoluża jew li tniġġes trasportata bil-baħar hija partikolarment importanti. Għaldaqstant, u fid-dawl ta' inċidenti marittimi riċenti, l-awtoritajiet kostali għandhom ikunu permessi aċċess aktar faċli għall-karatteristiċi ta' l-idrokarburi li jkunu qed jiġu trasportati bil-baħar, fattur essenzjali fl-għażla ta' l-aktar teknika ta' kontroll adatta, u, f'emerġenza, għandhom ikunu provduti b'kuntatt dirett ma' dawk l-operaturi li għandhom l-aħjar għarfien tal-merkanzija trasportata.
(6) Is-sistemi awtomatiċi ta' l-identifikazzjoni tal-vapuri (AIS – Sistema Awtomatika ta' Identifikazzjoni) imsemmija fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar ta" l-1 ta' Novembru 1974 ("il-Konvenzjoni SOLAS")
jippermettu mhux biss li jiġu mtejba l-possibbiltajiet tal-monitoraġġ ta' dawn il-vapuri, iżda fuq kollox li jsiru aktar siguri f'sitwazzjonijiet ta' tbaħħir fil-qrib. Għaldaqstant l-AIS ġew integrati fit-termini normattivi tad-Direttiva 2002/59/KE. Meta jitqies in-numru kbir ta' ħabtiet li jinvolvu l-bastimenti tas-sajd li b'mod evidenti l-vapuri kummerċjali ma jkunux rawhom jew li huma ma jkunux raw il-vapuri kummerċjali madwarhom, l-estensjoni ta' dik il-miżura għal bastimenti tas-sajd itwal minn 15-il metru hija mixtieqa ħafna. Fil-qafas tal-Fond Ewropew għas-Sajd, tista' tingħata assistenza finanzjarja għat-twaħħil abbord tal-bastimenti tas-sajd ta' tagħmir ta' sigurtà bħall-AIS. L-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) irrikonoxxiet li l-pubblikazzjoni għal skopijiet kummerċjali fuq l-internet jew x'imkien ieħor ta' data AIS trażmessa minn bastimenti tista' tkun ta' detriment għas-sikurezza u s-sigurtà ta' bastimenti u ta' faċilitajiet tal-portijiet u ħeġġet lill-gvernijiet membri tagħha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali tagħhom, biex jiskoraġġixxu lil dawk li jqiegħdu data AIS għad-dispożizzjoni ta' oħrajn biex jippubblikawha fuq l-internet, jew x'imkien ieħor, milli jagħmlu dan. Barra minn hekk, id-disponibilità ta' informazzjoni AIS dwar ir-rotot u l-merkanziji tal-vapuri m'għandhiex tkun ta' detriment għall-kompetizzjoni ġusta bejn il-parteċipanti fl-industrija tat-tbaħħir.
(7) L-obbligu tat-twaħħil ta' AIS għandu jinftiehem ukoll li jinħtieġ li AIS tinżamm operattiva f'kull ħin ħlief fejn regoli jew standards internazzjonali jipprevedu l-protezzjoni ta' informazzjoni dwar in-navigazzjoni.
(8) Mill-istudji mwettqa f'isem il-Kummissjoni, joħroġ ċar li la hu utli u lanqas fattibbli li tiġi inkorporata l-AIS fis-sistemi ta' pożizzjonament u ta' komunikazzjoni użati għall-iskopijiet tal-politika komuni tas-sajd.
(9)Skont id-Direttiva 2002/59/KE, Stat Membru li jagħmel talba bħal din huwa intitolat li jitlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor rigward xi vapur u l-merkanzija perikoluża jew li tniġġes li tkun qed tinġarr minnu. Għandu jiġi rrimarkat li dan ma jirreferix għal talbiet sistematiċi ta' Stat Membru wieħed lil Stat Membru ieħor, iżda pjuttost ifisser li tali informazzjoni tista' biss tintalab għal raġunijiet ta' sikurezza jew sigurtà marittima jew ta' ħarsien ta' l-ambjent marittimu.
(10
) Id-Direttiva 2002/59/KE tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri speċjali fir-rigward ta' vapuri li huma ta' perikolu potenzjali minħabba l-aġir jew il-kondizzjoni tagħhom. Għalhekk jidher mixtieq li mal-lista ta' dawn il-vapuri jiżdiedu dawk li m'għandhomx kopertura ta' assigurazzjoni jew garanziji finanzjarji sodisfaċenti jew li ġew irrappurtati minn piloti jew awtoritajiet tal-port bħala li għandhom anomaliji li jidhru li jistgħu jippreġudikaw it-tbaħħir sigur tagħhom jew joħolqu riskju għall-ambjent.
(11
) Skont
id-Direttiva 2002/59/KE, jidher li huwa meħtieġ, f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskji maħluqa minn temp eċċezzjonalment ħażin, li jittieħed kont tal-perikolu potenzjali għat-tbaħħir mill-formazzjoni ta' silġ. Għalhekk, meta awtorità kompetenti maħtura minn Stat Membru tikkunsidra, abbażi ta' previżjonijiet dwar silġ provduti minn servizz kwalifikat ta' informazzjoni metereoloġika, li l-kundizzjonijiet tat-tbaħħir qed joħolqu theddida serja għas-sikurezza tal-ħajja tal-bniedem jew theddida serja ta' tniġġis, hija għandha tavża b'dan lill-kaptani tal-vapuri preżenti fiż-żona ta' kompetenza tagħha jew li huma bi ħsiebhom jidħlu jew joħorġu fil-/mill-port jew portijiet fiż-żona konċernata. L-awtorità konċernata għandha tkun tista' tieħu l-passi xierqa biex tiżgura s-sigurtà tal-ħajja tal-bniedem fuq il-baħar u l-protezzjoni ta' l-ambjent. F'konformità mar-Regolament 3.1 tal-Parti A-1 tal-Kapitolu II-1 tal-Konvenzjoni SOLAS, l-Istati Membri jġorru r-responsabbiltà biex jiżguraw li l-vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu ddisinjati, mibnija u miżmuma f'konformità mar-rekwiżiti strutturali, mekkaniċi u elettriċi tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni rikonoxxuti mill-amministrazzjonijiet tagħhom. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu rekwiżiti għan-navigazzjoni f'ilmijiet mimlija silġ f'konformità ma' dawk ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-vapuri u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta' l-amministrazzjonijiet marittimi(5) jew skont standards nazzjonali ekwivalenti. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw li d-dokumentazzjoni meħtieġa abbord tagħti prova li l-vapur jikkonforma mar-rekwiżiti ta' saħħa u qawwa li jkunu fi proporzjon mas-sitwazzjoni tas-silġ fiż-żona konċernata.
(12
) Id-Direttiva 2002/59/KE tipprovdi li l-Istati Membri għandhom ifasslu pjani biex jakkomodaw, jekk is-sitwazzjoni hekk teħtieġ, lil vapuri fil-perikolu fil-portijiet tagħhom jew fi kwalunkwe post protett ieħor fl-aħjar kondizzjonijiet possibbli, sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi ta' inċidenti fuq il-baħar. Madankollu, b'kont meħud tal-Linji Gwida dwar Postijiet ta' Rifuġju għall-Vapuri li jeħtieġu Assistenza annessi mar-Riżoluzzjoni A. 949(23) ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali tat-13 ta' Diċembru 2003 (║ir-"Riżoluzzjoni A. 949(23) ta' l-IMO")), li ġew adottati sussegwentament għad-Direttiva 2002/59/KE u li jirreferu għal vapuri li jeħtieġu assistenza, ▌, aktar milli għal vapuri fil-perikolu, dik id-Direttiva għandha tiġi emendata skont
il-każ. Din id-direttiva ma titbiegħedx mir-regoli applikabbli għal operazzjonijiet ta' salvataġġ bħal dawk stipulati mill-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1979 dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ Marittimu, meta s-sikurezza tal-ħajja tal-bniedem tkun fil-periklu. Dik il-konvenzjoni għaldaqstant se tibqa' tapplika b'mod sħiħ.
(13
) Abbażi tar-Riżoluzzjoni A. 949(23) ta' l-IMO u wara l-ħidma mwettqa flimkien mal-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (║l-"Aġenzija") u l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet bażiċi li għandhom jkun fihom il-pjani għall-akkomodazzjoni ta' vapuri li jeħtieġu assistenza sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata u effettiva ta' din il-miżura u jiġi ċċarat l-ambitu ta' l-obbligi li jaqgħu fuq l-Istati Membri.
(14
) Ir-Riżoluzzjoni A. 949(23) ta' l-IMO għandha tiffurma il-bażi ta' kwalunkwe pjan imħejji mill-Istati Membri sabiex jirrispondi b'mod effettiv għal theddid maħluq minn vapuri li jeħtieġu assistenza. Madankollu, meta ssir valutazzjoni tar-riskji assoċjati ma' tali theddid, l-Istati Membri jistgħu, minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali tagħhom, jieħdu kont ta' fatturi oħrajn, bħall-użu ta' ilma baħar għall-produzzjoni ta' ilma tax-xorb kif ukoll il-ġenerazzjoni ta' l-elettriku.
(15)Sabiex tinkiseb il-koperazzjoni u l-fiduċja sħiħa tal-kaptani u l-ekwipaġġi tal-vapuri, jeħtieġ li jkun żgurat li l-kaptani u l-ekwipaġġi jistgħu jkunu żguri li se jiġu ttrattati b'mod tajjeb u ġust mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat. Għal dan il-għan, huwa mixtieq li l-Istati Membri, f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti tal-linji gwida ta' l-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta' aċċident marittimu.
(16) Meta vapur ikun
jeħtieġ assistenza, jista' jkun hemm il-ħtieġa li tittieħed deċiżjoni rigward l-akkomodazzjoni ta' dak il-vapur f'post ta' rifuġju. Dan huwa partikolarment importanti fl-eventwalità ta' sitwazzjoni ta' periklu fuq il-baħar, jiġifieri sitwazzjoni li tista' twassal għat-telf ta' bastiment jew għal periklu ambjentali jew ta' navigazzjoni. Fil-każijiet kollha ta' dan it-tip huwa meħtieġ li wieħed ikun jista' jitlob l-għajnuna ta' awtorità indipendenti f'kull Stat Membru jew reġjun, skont l-istruttura interna tal-Istat Membru, li jkollha s-setgħat u t-tagħrif espert meħtieġa biex tieħu kwalunkwe deċiżjonijiet meħtieġa, u biex tassisti l-vapur li jkun jeħtieġ l-assistenza bil-għan li tipproteġi l-ħajjiet umani u l-ambjent u tnaqqas kemm tista' t-telf ekonomiku. Huwa mixtieq li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ta' natura permanenti. B'mod partikolari, l-awtorità għandha tingħata l-poter li tieħu deċiżjoni b'mod indipendenti dwar l-akkomodazzjoni ta" vapur li jkun jeħtieġ l-assistenza f'post ta' rifuġju.
Għal dan il-għan, hija
għandha tagħmel evalwazzjoni preliminari tas-sitwazzjoni abbażi ta' l-informazzjoni li hemm fil-pjan rilevanti għall-akkomodazzjoni tal-vapuri f'post ta' rifuġju.
(17) Il-pjani għall-akkomodazzjoni ta' vapuri li jeħtieġu assistenza għandhom jiddeskrivu b'mod preċiż il-katina ta' teħid ta' deċiżjonijiet rigward is-sejħa ta' allert u kif għandhom ikunu trattati s-sitwazzjonijiet in kwistjoni. L-awtoritajiet konċernati u s-setgħat tagħhom għandhom ikunu deskritti b'mod ċar, kif għandhom ikunu wkoll il-mezzi ta' komunikazzjoni bejn il-partijiet involuti. Il-proċeduri applikabbli għandhom jiżguraw li tkun tista' tittieħed deċiżjoni xierqa malajr abbażi ta' tagħrif espert marittimu li jkun speċifiku fir-rigward ta' kif jiġu indirizzati inċidenti li fihom wieħed jista' jistenna konsegwenzi serji li jikkawżaw ħsara
u informazzjoni adegwata disponibbli għall-awtorità kompetenti.
(18) Waqt it-tfassil tal-pjani, l-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni dwar postijiet potenzjali ta' rifuġju mal-kosta sabiex, f'każ ta' aċċident jew inċident fuq il-baħar, l-awtorità kompetenti tkun tista' tidentifika b'mod ċar u malajr l-aktar żoni adatti għall-akkomodazzjoni tal-vapuri li jeħtieġu assistenza. Din l-informazzjoni rilevanti għandu jkun fiha deskrizzjoni ta' ċerti karatteristiċi tas-siti taħt kunsiderazzjoni u t-tagħmir u l-installazzjonijiet disponibbli sabiex tiffaċilita l-akkomodazzjoni ta' vapuri li jeħtieġu assistenza jew li jiġu trattati l-konsegwenzi ta' aċċidenti jew tniġġis.
(19) Huwa importanti li l-lista ta' l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mid-deċiżjoni dwar l-akkomodazzjoni ta' vapur f'post ta' rifuġju, u l-lista ta' l-awtoritajiet responsabbli li jilqgħu u jieħdu ħsieb is-sejħiet ta' allert, ikunu ippubblikati b'mod xieraq. Jista' jkun siewi wkoll għall-partijiet involuti f'operazzjoni ta' assistenza marittima, inkluż għall-kumpanniji ta' assistenza u ta' rmunkar, u għall-awtoritajiet ta' Stati Membri ġirien li x'aktarx jintlaqtu minn emerġenza fil-baħar, li jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti.
(20)In-nuqqas ta' garanziji finanzjarji jew ta' assigurazzjoni ma jeżonerawx Stat Membru mill-obbligu tiegħu li jassisti vapur li jkun jeħtieġ l-assistenza u li jakkomodah f'post ta' rifuġju jekk b'dan huwa jista' jnaqqas ir-riskji lill-ekwipaġġ u lill-ambjent. Minkejja li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivverifikaw jekk il-vapur hux kopert b'assigurazzjoni jew b'xi garanzija finanzjarja oħra li tippermetti kumpens adattat għall-ispejjeż u l-ħsarat konnessi ma" l-akkomodazzjoni tiegħu f'post ta' rifuġju, l-att li permezz tiegħu tintalab din l-informazzjoni ma jridx idewwem l-operazzjoni ta' salvataġġ.
(21)Portijiet li jakkomodaw vapur li jkun jeħtieġ l-assistenza jridu jkunu jistgħu jkunu ċerti dwar rimbors f'waqtu fir-rigward ta' spejjeż marbuta ma' l-operazzjoni. Għal dan il-għan, huwa importanti li japplikaw mhux biss id- Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-bastimenti](6) u r-regolamenti tal-l-Fondi Internazzjonali ta' Kumpens għat-Tniġġis miż-Żejt, iżda wkoll il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-1996 dwar ir-Responsabilità u l-Kumpens għal Ħsara b'Rabta mal-Ġarr ta' Sustanzi Perikolużi u Tossiċi bil-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali ta' l-2001 dwar ir-Responsabilità Ċivili għal Ħsara mit-Tniġġis miż-Żejt tal-Banker u l-Konvenzjoni ta' l-2007 dwar it-Tneħħija ta' Vapuri Mkissrin. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jirratifikaw dawn il-konvenzjonijiet mill-aktar fis possibbli. F'każijiet ta' eċċezzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw kumpens għall-ispejjeż u t-telf ekonomiku mġarrba minn port b'riżultat ta' l-akkomodazzjoni ta' vapur f'post ta' rifuġju, b'mod partikolari jekk dawn l-ispejjeż u t-telf ekonomiku ma jkunux koperti bil-garanziji finanzjarji tas-sidien tal-vapuri u b'mekkaniżmi eżistenti oħrajn ta' kumpens.
(22) Il-funzjoni speċifika tal-miżuri ta' monitoraġġ dwar it-traffiku tal-bastimenti u tar-rotot tal-vapuri hija li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu għarfien veru tal-vapuri li jkunu qed jużaw l-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u b'hekk ikunu jistgħu jieħdu azzjoni aktar effettiva kontra riskji potenzjali jekk meħtieġ. Il-kondiviżjoni ta' l-informazzjoni miġbura tgħin fit-titjib tal-kwalità tagħha u tiffaċilità l-ipproċessar tagħha.
(23)Skont
id-Direttiva 2002/59/KE, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għamlu progress sostanzjali lejn l-armonizzazzjoni ta' l-iskambju ta' data permezz ta' mezzi elettroniċi, b'mod partikolari rigward it-trasport ta' merkanzija perikoluża jew li tniġġes. Is-SafeSeaNet, fi żvilupp mill-2002, għandha tkun issa stabbilita bħala n-netwerk ta' referenza fil-livell Komunitarju. Hu importanti li jkun żgurat li s- SafeSeaNet ma jġibx miegħu iżjed piżijiet jew spejjeż amministrattivi għall-industrija, li jkun hemm armonizzazzjoni mar-regoli internazzjonali, u kif ukoll li titqies il-kunfidenzjalità f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwalunkwe implikazzjonijiet kummerċjali possibbli.
(24) Il-progress magħmul fit-teknoloġiji l-ġodda u b'mod partikolari fl-implimentazzjoni spazjali tagħhom, bħas-sistemi ta' monitoraġġ tal-vapuri ibbażatifuq is-satellita
, is-sistemi ta' l-immaġni jew il-Galileo
, illum jippermettu li l-monitoraġġ tat-traffiku marittimu jestendi lejn il-baħar miftuħ u b'hekk jiżguraw kopertura aħjar ta' l-ibħra Ewropej. Barra minn hekk, l-IMO emendat il-Konvenzjoni SOLAS sabiex tqis l-iżviluppi fis-sikurezza u s-sigurtà marittima u l-ambjent marittimu bil-ħsieb li jiġu żviluppati sistemi għall-identifikazzjoni u s-sejbien mill-bogħod ta' vapuri madwar id-dinja (LRIT). Skont l-arkitettura approvata mill-IMO u li tagħti l-possibilità li jitwaqqfu ċentri tad-data LRIT reġjonali, u waqt li titqies l-esperjenza miksuba mis-SafeSeaNet, għandu jitwaqqaf Ċentru Ewropew tad-Data LRIT għall-ġbir u l-immaniġġjar ta' l-informazzjoni LRIT. Sabiex jsibu data LRIT, ikun jeħtieġ li l-Istati Membri jkunu mqabbda maċ-Ċentru Ewropew tad-Data LRIT
.
(25)Sabiex ikun possibbli li jkun hemm iffrankar ta' spejjeż u jiġi evitat li jitwaħħal tagħmir bla bżonn fuq vapuri li jbaħħru f'żoni marittimi li jinsabu f'meded koperti minn stazzjonijiet ta' monitoraġġ AIS, id-data AIS għandha tiġi integrata fis-sistema LRIT. Għal dan il-għan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu inizjattivi xierqa, b'mod partikolari fl-IMO.
(26) Sabiex ikun iggarantit l-aħjar użu possibbli, armonizzat fil-livell Komunitarju, ta' informazzjoni miġbura taħt id-Direttiva 2002/59/KE rigward is-sigurtà marittima, il-Kummissjoni għandha tkun tista', jekk meħtieġ, tipproċessa u tuża din id-data u tiddesseminaha lill-awtoritajiet maħturin mill-Istati Membri.
(27) F'dan il-kuntest, l-iżvilupp tas-sistema "Equasis" wera kemm huwa importanti li tkun inkoraġġuta kultura favur "ibħra siguri", speċjalment fost operaturi ta' trasport marittimu. Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tikkontribwixxi għad-disseminazzjoni, partikolarment permezz ta' din is-sistema, ta' kwalunkwe informazzjoni relatata mas-sigurtà marittima.
(28)L-informazzjoni miġbura skont din id-Direttiva tista' tinfirex u tintuża biss biex tevita sitwazzjonijiet li jheddu s-sikurezza tal-ħajja umana fuq il-baħar u l-ħarsien ta' l-ambjent tal-baħar. Huwa għaldaqstant mixtieq li l-Kummissjoni tinvestiga kif tittratta kwalunkwe problemi tas-sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni.
(29) Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS)(7)
jiċċentralizza l-kompiti tal-kumitati stabbiliti taħt il-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti dwar is-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis minn vapuri u l-protezzjoni tal-kondizzjonijiet ta' għejxien u xogħol abbord. Il-kumitat eżistenti għandu għalhekk jiġi sostitwit mill-COSS.
(30) Għandu jittieħed ukoll kont ta' l-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmijin.
(31) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-direttiva għandhom jiġu addottati skont
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni(8)
.
(32) B'mod partikolari, l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda d-Direttiva 2002/59/KE sabiex jiġu applikati emendi sussegwenti relattivi għall-konvenzjonijet internazzjonali, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijet relatati, li temenda l-Annessi I, III u IV tagħha fid-dawl ta' l-esperjenza li tkun inkisbet, tistabbilixxi rekwiżiti fir-rigward tat-twaħħil ta' tagħmir LRIT abbord vapuri li jbaħħru f'żoni koperti minn stazzjonijiet fissi tas-sistema AIS ta' l-Istati Membri, tistabbilixxi regoli u prinċipji ta' politika li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni fiċ-Ċentru Ewropew tad-Data LRIT u temenda d-definizzjonijiet, ir-referenzi u l-annessi biex iġġibhom konformi mal-liġi Komunitarja jew internazzjonali.
Ġaladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dik id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu addottati skont
il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
(33)Skont
ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi l-Aġenzia Ewropea għas-Sigurtà Marittima(9)
, l-Aġenzija tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-appoġġ neċessarju fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE.
▌
(34) Għalhekk id-Direttiva 2002/59/KE għandha tkun emendata skont
il-każ,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 2002/59/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1)
it-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:
" Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema Komunitarja għall-monitoraġġ tal-bastimenti u l-informazzjoni dwarhom u regoli li jirregolaw ir-responsabbiltà ċivili u l-garanzija finanzjarja tas-sidien tal-vapuri u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE"
2)
L-Artikolu 1(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:
a)
il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
" L-għan ta' din id-Direttiva hu li tiġi stabbilita sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità bil-ħsieb li jissaħħu s-sikurezza u l-effiċjenza tat-traffiku marittimu, tissaħħaħ is-sikurezza tal-portijiet u dik marittima, jittejjeb ir-rispons ta' l-awtoritajiet għall-ġrajjiet, għall-inċidenti jew għas-sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu ta' periklu fil-baħar, fosthom l-operazzjonijiet ta' tiftix u ta' salvataġġ, u jingħata kontribut sabiex il-prevenzjoni u s-sejba ta' tniġġis mill-vapuri jkunu aħjar."
b)
fl-Artikolu 1(1) għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
" Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi wkoll ir-regoli li japplikaw għal ċerti aspetti ta' l-obbligi ta' l-operaturi tal-katina tat-trasport marittimu f'dak li jirrigwarda r-responsabbiltà ċivili u għandha toħloq protezzjoni finanzjarja adattata għall-baħħara f'każ ta' abbandun."
3)L-Artikolu 2(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:
a)
(a) il-paragrfu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
1.Din id-Direttiva tapplika:
–
għal vapuri ta' tunnellaġġ gross ta' 300 jew aktar, ħlief jekk jingħad mod ieħor, u
–
skont il-liġi internazzjonali, għaż-żoni marittimi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri.
"
b)
il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej
:
i)
il-kliem ta' introduzzjoni għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:" Sakemm ma jiġix previst mod ieħor, din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:"
ii)
fl-Artikolu 1(1) il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
c)
"(c) il-ħażniet u t-tagħmir li jintużaw abbord il-vapuri.";
"
4) L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
il-punt (a) għandu jiġi emendat kif ġej:
i)
il-kliem ta' introduzzjoni għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:" 'Strumenti internazzjonali relevanti' tfisser l-istrumenti li ġejjin fil-verżjoni aġġornata tagħhom:"
ii)
wara r-raba' inċiż, għandu jiddaħħal l-inċiż li ġej:
"
–
'Konvenzjoni ta' l-1996', tfisser it-test rikapitulattiv tal-Konvenzjoni ta' l-1976 dwar il-Limitazzjoni tar-Responsabilità għal Pretensjonijiet Marittimi, adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, kif emendata bil-protokoll ta' l-1996;
"
ii)
għandhom jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:"
–
"Ir-Riżoluzzjoni ta' l-IMO A.917(22)' tfisser ir-Riżoluzzjoni A.917(22) ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali intitolata "Linji Gwida għall-użu abbord ta' l-AIS", kif emendata mir-Riżoluzzjoni A.956(23) ta' l-IMO;
—
"
– 'Ir-Riżoluzzjoni A
.930(22) ta' l-IMO' tfisser ir-riżoluzzjoni tal-IMO u tal-Kunsill Amministrattiv ta' l-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol li ġġib l-isem 'Linji Gwida dwar il-forniment ta' garanzija finanzjarja f'każ ta' abbandun ta' baħħara
"
–
"Ir-Riżoluzzjoni A.949(23) ta' l-IMO' tfisser ir-Riżoluzzjoni 949(23) ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali intitolata 'Linji Gwida dwar il-postijiet ta' rifuġju għall-vapuri li jeħtieġu assistenza"
;
–
"Ir-Riżoluzzjoni A.950(23) ta' l-IMO' tfisser ir-Riżoluzzjoni 950(23) ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali intitolata 'Servizzi għall-assistenza marittima (MAS)"
;
–
"Linji Gwida ta' l-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta' aċċident marittimu' tfisser il-linjigwida annessi mar-Riżoluzzjoni LEG.3(91) tal-Kumitat Legali ta' l-IMO u l-Korp ta' Tmexxija tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tas-27 ta' April 2006;
";
b)
il-punt (k) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
k)
"awtoritajiet kompetenti' tfisser l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet maħturin mill-Istati Membri biex iwettqu funzjonijiet taħt din id-Direttiva.
"
c)
(c) għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
" (ka) 'Sid ta' vapur' tfisser is-sid tal-vapur jew kull organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew l-aġent jew il-kerrej tal-vapur mingħajr ekwipaġġ, li lilu tkun ġiet fdata r-responsabbiltà ta' l-użu tal-vapur minn sid il-vapur u li bl-aċċettazzjoni ta' din ir-responsabbiltà jkun aċċetta li jassumi d-dmirijiet u r-responsabilitajiet kollha relatati;"
d)
għandhom jiżdiedu il-punti li ġejjin:" (s) "SafeSeaNet' tfisser is-sistema Komunitarja ta' skambju ta' informazzjoni marittima żviluppata mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja;
t)
"servizz skedat' tfisser sensiela ta' qsim bil-vapur operati biex iservu t-traffiku bejn l-istess żewġ portijiet jew iktar, jew skont
skeda ta' żmien ippubblikata jew bi qsim tant regolari jew frekwenti li jikkostitwixxi sensiela sistematika li tingħaraf;
u)
"bastiment tas-sajd' tfisser kwalunkwe bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali ta' riżorsi akwatiċi ħajjin;
v)
"vapur li jeħtieġ assistenza' tfisser vapur f'sitwazzjoni, ▌ li tista' twassal għat-telf tal-vapur jew għal perikolu ambjentali jew ta' navigazzjoni. Is-salvataġġ ta' persuni abbord, fejn ikun meħtieġ, huwa rregolat bil-Konvenzjoni SAR, li għandha preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva;
w)
"responsabbiltà ċivili', għall-iskopijiet tal-Konvenzjoni ta' l-1996, tfisser ir-responsabbiltà li permezz tagħha parti terza għall-operazzjoni tat-trasport marittimu responsabbli għad-danni kkawżati tkun intitolata li tagħmel talba soġġetta għal-limitazzjoni li tinsab fl-Artikolu 2 ta' dik il-Konvezjoni, bl-eċċezzjoni ta' talbiet koperti bir-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar ir-responsabbiltà ta' trasportaturi tal-passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' aċċident]*;
(x)"LRIT' tfisser sistema li tittrażmetti awtomatikament informazzjoni dwar l-identifikazzjoni u s-sejbien mill-bogħod skont ir-Regolament 19 tal-Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS għas-sikurezza u s-sigurtà marittima u għal skopijiet ambjentali marittimi
.
_______________ * ĠU L ..."
5)għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"
"Artikolu 4a
Eżenzjonijiet
1.L-Istati Membri jistgħu jeżentaw servizzi skedati li jsiru bejn portijiet fit-territorju tagħhom mir-rekwiżit ta' l-Artikolu 4, kemm-il darba jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin
:
a)
il-kumpanija li topera s-servizzi skedati iżżomm u taġġorna lista tal-vapuri konċernati u tibgħatha lill-awtorità kompetenti konċernata;
b)
għal kull vjaġġ li jsir, l-informazzjoni indikata fl-Anness I(1) tinżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti kull meta din titlobha. Il-kumpanija għandha tistabbilixxi sistema interna sabiex tiżgura li meta tintalab l-informazzjoni, 24 siegħa kuljum u mingħajr dewmien, tali informazzjoni tkun tista' tintbagħat elettronikament lill-awtorità kompetenti, skont l-Artikolu 4(1);
c)
kull varjazzjoni fil-ħin stmat tal-wasla fil-port tad-destinazzjoni jew stazzjon pilota li tkun ta' sitt siegħat jew aktar għandha tkun notifikata lill-port tal-wasla skont l-Artikolu 4;
d)
eżenzjonijiet jingħataw biss lil bastimenti individwali fir-rigward ta' servizz speċifiku;
e)
servizz ma jiġix ikkunsidrat bħala servizz skedat sakemm ma jkunx intenzjonat li jopera għal talanqas xahar;
f)
eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 għandhom ikunu llimitati għal vjaġġi sa tul skedat ta' 12-il siegħa.
2.Meta servizz internazzjonali skedat jitħaddem bejn żewġ Stati jew aktar, li talanqas wieħed minnhom ikun Stat Membru, kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri involuti jista' jitlob lill-Istati Membri l-oħra biex tingħata eżenzjoni għal dak is-servizz. L-Istati Membri kollha involuti, inklużi l-Istati kostali kkonċernati, għandhom jikkollaboraw fl-għoti ta' eżenzjoni għas-servizz ikkonċernat skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.
3.L-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw regolarment li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 qed jiġu ssodisfati. Fil-każijiet fejn mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet m'għadhiex qed tiġi ssodisfatta, l-Istati Membri għandhom jirtiraw minnufih l-eżenzjoni lill-kumpanija kkonċernata.
4.L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni lista ta' kumpaniji u vapuri li ngħataw eżenzjoni skont dan l-Artikolu, kif ukoll kwalunkwe aġġornament ta' din il-lista.
"
6)għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin
:"
Artikolu 6a
L-użu ta' sistemi awtomatiċi ta' identifikazzjoni (AIS) mill-bastimenti tas-sajd
Kwalunkwe bastiment tas-sajd li huwa itwal minn 15-il metru b'kollox u li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u hu reġistrat fil-Komunità, jew jopera fl-ilmijiet interni jew il-baħar territorjali ta' Stat Membru, jew li jħott il-qbid tiegħu fil-port ta' Stat Membru għandu, skont
l-iskeda ta' żmien stabbilita fl-Anness II, parti I(3), ikun mgħammar b'AIS (Klassi A) li tissodisfa l-istandards ta' prestazzjoni mfassla mill-IMO.
Il-bastimenti tas-sajd mgħammra b'AIS għandhom iżommuha operattiva l-ħin kollu. F'każijiet eċċezzjonali, l-AIS tista' tintefa meta l-kaptan iqis li dan ikun meħtieġ fl-interess tas-sigurtà jew tas-sikurezza tal-bastiment tiegħu.
Artikolu 6b
Użu ta" identifikazzjoni u traċċar mill-bogħod ta" vapuri (LRIT)
1.Vapuri li jagħmlu vjaġġi internazzjonali u li jidħlu f'portijiet ta' Stati Membri għandhom ikunu mgħammra b'sistema LRIT skont ir-Regolament 19 Kapitolu V tal-Konvenzjoni SOLAS u skont l-istandards ta' rendiment u r-rekwiżiti funzjonali adottati mill-IMO.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-artikolu 28(2) u f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, il-modalitajiet u r-rekwiżiti biex jitwaħħal tagħmir ta' LRIT abbord vapuri f'ibħra li jkunu koperti mill-istazzjonijiet fissi ta' l-AIS ta' l-Istati Membri, u tressaq miżuri xierqa quddiem l-IMO.
2.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw biex iwaqqfu Ċentru Ewropew tad-Data LRIT li jkun inkarigat li jipproċessa t-tagħrif dwar l-identifikazzjoni u l-ittraċċar mill-bogħod.
Iċ-Ċentru Ewropew tad-Data LRIT għandu jkun komponent tas-sistema Ewropea ta" tagħrif u skambju marittimu, is-SafeSeaNet. L-ispejjeż relatati mal-modifiki ta' l-elementi nazzjonali tas-SafeSeaNet biex jinkludu t-tagħrif LRIT għandhom jitħallsu mill-Istati Membri.
L-Istati Membri għandhom iwaqqfu u jżommu kuntatt maċ-Ċentru Ewropew tad-Data LRIT.
3.Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-politika u l-prinċipji għall-aċċess tat-tagħrif miżmum fiċ-Ċentru Ewropew tad-Data LRIT f'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2).
"
7) L-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 12
Obbligi tax-shipper
1.Shippers li joffru
merkanzija perikoluża jew li tniġġes biex tinġarr
f'port ta' xi
Stat Membru għandhom jagħtu lill-kaptan jew lill-operatur tal-vapur, ikun xi jkun id-daqs tiegħu, qabel il-merkanzija tittella' abbord,
dikjarazzjoni li jkollha l-informazzjoni li ġejja:
a)
l-informazzjoni elenkata fl-Anness I(2);
b)
għas-sustanzi msemmija fl-Anness I għall-Konvenzjoni MARPOL, id-dokument bid-data ta' sigurtà bil-karatteristiċi fiżiko-kimiċi tal-prodotti, (fejn japplika)
, inkluża l-
viskożità tagħhom espressa f'cSt mal-50°C u d-densità tagħhom mal-15°C u d-data l-oħra li qiegħda fid-dokument bid-data ta" sikurezza skont ir-Riżoluzzjoni ta' l-IMO MSC. 150 (77)
;
c)
in-numri ta' emerġenza tax-shipper jew ta' kull persuna oħra fil-pussess ta' informazzjoni fuq il-karatteristiċi fiżiko-kimiċi tal-prodotti u dwar l-azzjoni li għandha tittieħed f'emerġenza.
2."2 Bastimenti li jkunu ġejjin minn port barra l-Komunità u li jkunu sejrin lejn port ta" Stat Membru jew li jkunu se jankraw fl-ibħra territorjali ta" Stat Membru u li jkollhom merkanzija perikoluża jew niġġiesa għandhom ikollhom dikjarazzjoni mingħand ix-shipper li jkun fiha t-tagħrif li ġej:
a)
it-tagħrif elenkat fit-Taqsima 3 tal-Anness I;
b)
it-tagħrif meħtieġ skont il-paragrafu 1(b) u (c) ta' dan l-Artikolu.
3.Għandhom ikunu d-dmir u r-
responsabbiltà tax-shipper li
jiżgura li t-tagħbija miġjuba għat-trasport hija tassew dik iddikjarata skontil-paragrafi 1 u 2
.
"
8)fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 14, il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
c)
kull Stat Membru għandu jkun jista' jibgħat bla dewmien, meta jkun mitlub, tagħrif permezz tas-SafeSeaNet dwar il-vapur u l-merkanzija perikoluża jew niġġiesa li jkollu abbord lill-awtoritajiet nazzjonali u lokali kompetenti ta' Stat Membru ieħor jekk ikun strettament meħtieġ għal raġunijiet ta' sikurezza jew sigurtà marittima jew għall-ħarsien ta' l-ambjent marittimu.
"
9)
fl-Artikolu 16(1) għandhom jiġu miżjuda l-punti li ġejjin:"
d)
"vapuri li ma nnotifikawx, jew li m'għandhomx, ċertifikati ta' assigurazzjoni jew garanziji finanzjarji skontdin id-Direttiva
u regoli internazzjonali;
e)
vapuri li ġew rappurtati minn piloti jew awtoritajiet tal-port bħala li għandhom anomaliji li jidhru li jistgħu jippreġudikaw in-navigazzjoni sigura tagħhom jew joħolqu riskju għall-ambjent.
"
10)
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
Artikolu 18 a
Miżuri f'każ ta' riskji maħluqa minħabba kondizzjonijiet ta' silġ
1. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkonsidraw, minħabba kondizzjonijiet ta' silġ, li hemm theddida serja għas-sigurtà tal-ħajja tal-bniedem fuq il-baħar jew għall-protezzjoni taż-żoni marittimi jew tal-kosta tagħhom jew taż-żoni marittimi jew tal-kosta ta' Stati oħra:
a)
għandhom ifornu lill-kaptani tal-vapuri, li jkunu fiż-żoni ta' kompetenza tagħhom, jew li huma bi ħsiebhom jidħlu jew joħorġu minn wieħed mill-portijiet tagħhom, l-informazzjoni xierqa dwar il-kondizzjonijiet tas-silġ, ir-rotot irrikkmandati u s-servizzi ta' vapuri li jkissru s-silġ fiż-żona ta' kompetenza tagħhom;
b)
huma jistgħu, mingħajr preġudizzju għad-dmir ta' assistenza lil vapuri li jeħtieġu assistenza u għal obbligi oħra derivati minn regoli internazzjonali rilevanti, jitolbu li vapur li jkun fiż-żona kkonċernata u li bi ħsiebu jidħol jew joħroġ minn port jew moll jew jitlaq minn żona ta' l-irmiġġ, jiddokumenta li jkun
jissodisfa l-ħtiġiet ta' saħħa u qawwa proporzjonati mas-sitwazzjoni tas-silġ fiż-żona kkonċernata.
2. Il-miżuri meħuda skont
il-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati, fir-rigward tad-data dwar il-kondizzjonijiet tas-silġ, fuq previżjonijiet tas-silġ u tat-temp ipprovduti minn servizz kwalifikat ta' informazzjoni meteoroloġika rikonoxxut mill-Istat Membru.
"
11)
l-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej:
a) is-subparagarfu li ġej għandu jiġi miżjud fil-paragrfu 2:
"
Għal dan il-għan huma għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta mitluba, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.
"
b)
fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:
" 3a.F'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Linji Gwida ta" l-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta' aċċident marittimu, b'mod partikulari fir-rigward tal-kaptan u ta" l-ekwipaġġ ta" vapur li jkun jeħtieġ l-assistenza f'ibħra li jiġu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom."
12)Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
"
Artikolu 19a
Awtorità kompetenti għall-akkomodazzjoni ta' vapuri li jeħtieġu assistenza
1.Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti li jkollha l-esperjenza meħtieġa u li tkun indipendenti fis-sens li jkollha s-setgħa, meta ssir il-ħidma ta" salvataġġ, li tieħu deċiżjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess dwar l-ilqugħ ta' vapuri bil-għan li:
–
titħares il-ħajja umana,
–
titħares il-kosta,
–
jitħares l-ambjent marittimu,
—
– ikun hemm sikurezza fil-baħar,
—
– jitnaqqas kemm jista" jkun it-telf ekonomiku
.
2.L-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieħu r-responsabbiltà għat-twettiq tal-pjani imsemmija fl-Artikolu 20a.
3.L-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 tista", inter alia,
a)
tillimita l-moviment tal-vapur jew tmexxih biex isegwi rotta speċifika. Dan ir- rekwiżit ma għandux jaffettwa r-responsabbiltà tal-kaptan għall-immaniġġjar sikur tal-vapur;
b)
(b) tagħti avviż uffiċjali lill-kaptan tal-vapur biex iwaqqaf it-theddida għall-ambjent jew għas-sikurezza marittima;
c)
titla" fuq il-vapur jew tibgħat tim ta" evalwazzjoni fuq il-vapur biex tiġi evalwata l-ħsara lill-vapur u l-grad ta' riskju, tgħin lill-kaptan biex jirrimedja s-sitwazzjoni u tgħarraf lill-istazzjon tal-kosta rilevanti;
d)
(d) titlob u tibgħat ħaddiema tas-salvataġġ fejn meħtieġ;
e)
tagħmel li l-vapur jiġi ppilotat jew rmunkat.
"
13)
l-Artikolu 20 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 20
Akkomodazzjoni ta' vapuri li jeħtieġu assistenza f'postijiet ta' rifuġju
1. L-awtorità msemmija fl-Artikolu 19a għandha tiddeċiedi dwar l-aċċettazzjoni ta' vapur f'post ta' kenn. Din l-awtorità għandha tiżgura li vapuri f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza
għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni minn qabel tas-sitwazzjoni mwettqa abbażi tal-pjan imsemmi fl-Artikolu 20a u għandhom jiddaħħlu f'post ta' kenn fil-każijiet fejn jistgħu jitnaqqsu jew jiġu evitati riskji assoċjati
.
2. L-awtoritajiet imsemmijin f'paragrafu 1 għandhom jiltaqgħu regolarment sabiex jiskambjaw it-tagħrif espert tagħhom u jtejbu l-miżuri meħuda skont
dan l-Artikolu. Huma jistgħu jiltaqgħu fi kwalunkwe ħin, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi.
"
14)għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin
:"
Artikolu 20a
Pjani għall-akkomodazzjoni ta' vapuri li jeħtieġu assistenza
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjani bil-ħsieb li jirrispondu għat-theddid maħluq minn vapuri li jeħtieġu assistenza fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u biex jiżguraw l-akkomodazzjoni tal-vapuri u l-ħarsien ta' ħajjet il-bniedem
.
2. Il-pjani imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitħejjew wara konsultazzjoni mal-partijiet konċernati u abbażi tar-Riżoluzzjonijiet A.949(23) u A.950(23) ta' l-IMO, u għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
a)
l-identità ta' l-awtorità jew ta' l-awtoritajiet responsabbli li jirċievu u li jieħdu ħsieb is-sejħiet ta' l-allert;
b)
l-identità ta' l-awtorità kompetenti li għandha r-responsabbiltà li tivvaluta s-sitwazzjoni, u li tieħu deċiżjoni dwar l-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda ta' vapur li jeħtieġ assistenza fil-post ta' rifuġju magħżul;
c)
informazzjoni fuq il-kosta ta' l-Istati Membri, u l-elementi kollha li jiffaċilitaw
valutazzjoni bil-ħeffa u deċiżjoni mgħaġġla dwar l-għażla ta' post ta' kenn għal vapur li jeħtieġ l-assistenza
║, inkluża d-deskrizzjoni tal-fatturi ambjentali, ekonomiċi u soċjali u tal-kondizzjonijiet naturali;
d)
il-proċeduri ta' valutazzjoni għall-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda ta' vapur li jeħtieġ assistenza f'post ta' rifuġju;
e)
ir-riżorsi u l-installazzjonijiet adatti għall-assistenza, is-salvataġġ u l-ġlieda kontra t- tniġġis;
f)
proċeduri għall-koordinazzjoni u għat-teħid ta' deċiżjonijiet internazzjonali;
g)
il-proċeduri ta' garanziji finanzjarji u ta' responsabbiltà eżistenti fir-rigward tal-vapuri milqugħa f'post ta' rifuġju.
3. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-isem ta' l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 19a
u ta' l-awtoritajiet maħtura biex jirċievu u jieħdu ħsieb l-allerti, u kif ukoll l-indirizzi tal-kuntatt tagħhom
.
L-Istati Membri, meta mitluba, għandhom jgħaddu l-informazzjoni rilevanti fir-rigward tal-pjani lill-Istati Membri ġirien.
Fl-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmijin fil-pjani għall-akkomodazzjoni tal-vapuri li jeħtieġu assistenza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli għall-partijiet involuti fl-operazzjonijiet.
Jekk mitluba mill-Istati Membri, dawk li jirċievu informazzjoni skont
it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom ikunu marbuta minn obbligu ta' kunfidenzjalità.
4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni sa...(10)
dwar il-miżuri meħuda fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 20b
Skema ta' responsabbiltà ċivili u ta' garanzija finanzjarja
1.L-Istati Membri jiddeterminaw l-iskema ta' responsabbiltà ċivili tas-sidien tal-vapuri u jiżguraw li d-dritt tas-sidien tal-vapuri li jillimitaw ir-responsabbiltà tagħhom ikun regolat mid-dispożizzjonijiet kollha tal-konvenzjoni ta' l-1996.
2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li kull sid ta' vapur li jtajjar il-bandiera tagħhom jiffirma garanzija finanzjarja ta' responsabbiltà ċivili li tkun konformi mal-limitu massimu stabbilit mill-Konvenzjoni ta' l-1996.
3.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li kull sid ta' vapur li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz jiffirma, skont il-paragrafu 2, garanzija finanzjarja hekk kif dan il-vapur jidħol fiż-żona ekonomika esklużiva tagħhom jew f'żona ekwivalenti. Dik il-garanzija finanzjarja tkun tapplika għal perjodu ta' mhux inqas minn tliet xhur li jibda jgħodd mid-data minn meta tkun mitluba.
Artikolu 20c
Garanzija finanzjarja f'każ ta' abbandun ta' baħħara
1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex kull sid ta' vapur li jtajjar il-bandiera tagħhom jiffirma garanzija finanzjarja li tipproteġi l-baħħara li jaħdmu jew ikunu impjegati fuq dan il-vapur f'każ ta' abbandun, skont ir-Riżoluzzjoni A 930(22) ta' l-IMO.
2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex kull sid ta' vapur li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż terz jiffirma garanzija finanzjarja skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 hekk kif dak il-vapur jidħol f'port jew f'terminal offshore li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jew jitfa' l-ankra f'żona li taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċess għas-sistema ta' garanzija finanzjarja f'każ ta' abbandun ta' baħħara, skont ir-Riżoluzzjoni A
.930(22) ta' l-IMO.
Artikolu 20d
Ċertifikat ta' garanzija finanzjarja
1.L-eżistenza u l-validità tal-garanziji finanzjarji msemmija fl-Artikoli 20b u 20c għandhom ikunu dokumentati b'ċertifikat wieħed jew aktar minn wieħed.
2.Iċ-ċertifikati jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri wara li dawn ikunu żguraw ruħhom li s-sid tal-vapur ikun issodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Meta joħorġu ċ-ċertifikat l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll jekk il-garanti għandux operazzjonijiet tan-negozju fl-UE.
Meta vapur ikun reġistrat fi Stat Membru, iċ-ċertifikati għandhom jinħarġu jew jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat li fih ikun reġistrat il- vapur.
Meta vapur ikun reġistrat f'pajjiż terz, iċ-ċertifikati jistgħu jinħarġu jew jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe mill-Istati Membri.
3.Il-kundizzjonijiet tal-ħruġ jew il-validità taċ-ċertifikati, b'mod partikulari l-kriterji u l-modalitajiet tal-għoti, kif ukoll il-miżuri li jirrigwardaw min iforni garanziji finanzjarji, jiġu definiti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jżidu magħha, huma adottati b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2).
4.Iċ-ċertifikati għandhom jinkludu din l-informazzjoni:
a)
isem il-vapur u l-port tar-reġistrazzjoni;
b)
isem is-sid tal-vapur u l-post ewlieni tan-negozju;
c)
it-tip ta' garanzija;
d)
l-isem u l-post tas-sede prinċipali tal-kumpanija ta' l-assigurazzjoni jew ta' persuna oħra li toħroġ il-garanzija u, jekk ikun il-każ, il-post ta' l-istabbiliment fejn tkun saret l-assigurazzjoni jew il-garanzija;
e)
il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat, li ma jistax jeċċedi dak ta' l-assigurazzjoni jew tal-garanzija.
5.Iċ-ċertifikati għandhom ikunu magħmula fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li joħroġhom. Jekk il-lingwa użata ma tkunx la l-Ingliż u lanqas il-Franċiż, it-test għandu jkollu traduzzjoni f'waħda minn dawn il-lingwi.
Artikolu 20e
Notifika ta' ċertifikat ta' garanzija finanzjarja
1.Iċ-ċertifikat għandu jinġarr abbord il-vapur u kopja tiegħu għandha tkun depożitata ma' l-awtorità li żżomm ir-rekord tar-reġistrazzjoni tal-vapur jew, fil-każ li l-vapur ma jkunx reġistrat fi Stat Membru, ma' l-awtorità ta' l-Istat li jkun ħareġ jew iċċertifika ċ-ċertifikat. L-awtorità konċernata għandha tgħaddi kopja tal-fajl lill-Uffiċċju tal-Komunità previst fl-Artikolu 20i, sabiex dan idaħħlu fir-reġistru.
2.L-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta' vapur li jidħol fiż-żona ekonomika esklussiva jew xi żona ekwivalenti ta' xi Stat Membru fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 20b għandu jinnotifika lill-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru li qed jinġarr abbord ċertifikat ta' garanzija finanzjarja
3.L-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta' vapur li jkollu bħala destinazzjoni port jew terminal offshore li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, jew li jkun se jitfa' l-ankra f'żona li taqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru fil-każijiet previsti mill-Artikolu 20c, għandu javża lill-awtoritajiet ta' dan l-Istat Membru li qed jinġarr abbord ċertifikat ta' garanzija finanzjarja.
4.L-awtoritiajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiskambjaw it-tagħrif stipulat fil-paragrafu 1 ▌ permezz tas-SafeSeaNet.
Artikolu 20f
Pieni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rispett tar-regoli stipulati f'din id-direttiva u għandhom jistabbilixxu pieni għall-ksur ta' dawn ir-regoli. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 20g
Għarfien reċiproku bejn l-Istati Membri taċ-ċertifikati ta' garanzija finanzjarja
L-Istati Membri għandhom jagħrfu ċ-ċertifikati maħruġa jew iċċertifikati taħt ir-responsabbiltà ta' Stat Membru ieħor taħt l-Artikolu 20d għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva u għandhom iqisuhom bħala ta' l-istess valur bħaċ-ċertifikati maħruġa jew awtorizzati minnhom stess, ukoll meta l-vapur ma jkunx reġistrat fi Stat Membru.
Stat Membru jista' fi kwalunkwe waqt jitlob lill-Istat li jkun ħareġ jew iċċertifika ċ-ċertifkat sabiex isir skambju ta' opinjonijiet dwar jekk iqisx li l-assigurant jew il-garanti kif muri fuq iċ-ċertifikat ikunx finanzjarjament kapaċi iwettaq l-obbligi imposti b'din id-Direttiva.
Artikolu 20h
Passi diretti kontra l-fornitur tal-garanzija finanzjarja ta' responsabbiltà ċivili
Kull talba ta' kumpens għad-danni kkważati mill-vapur tista' ssir direttament kontra l-fornitur tal-garanzija finanzjarja ta' responsabbiltà ċivili tas-sid tal-vapur
.
Il-fornitur ta' garanzija finanzjarja jista' jagħmel użu minn kwalunkwe difiża li s-sid tal-vapur innifsu jkollu d-dritt li jqajjem, ħlief dawk li joħorġu minn falliment jew likwidazzjoni tas-sid tal-vapur
.
Il-fornitur tal-garanzija finanzjarja jista' wkoll jirrikorri għall-fatt li t-telf jew u il-ħsara jirriżultaw minn att jew ommissjoni tas-sid tal-vapur magħmulin bi ħsieb. Madankollu, huwa ma jkunx jista' jirrikorri għal ebda difiża li huwa jkun seta' qajjem f'passi legali meħuda kontrih mis-sid tal-vapur
.
Il-fornitur tal-garanzija finanzjarja jista' fi kwalunkwe każ jobbliga lis-sid tal-vapur biex jingħaqad fil-proċedura.
Artikolu 20i
Uffiċċju tal-Komunità
Għandu jiġi stabbilit Uffiċċju tal-Komunità li jkollu l-inkarigu li jżomm reġistru eżawrjenti taċ-ċertifikati li jinħarġu u li jikkontrolla u jivverifika l-validità tagħhom, kif ukoll li jivverifika kemm huma reali l-garanziji finanzjarji reġistrati minn pajjiżi terzi.
Artikolu 20j
Garanziji finanzjarji u kumpens
1.In-nuqqas ta" ċertifikat ta" assigurazzjoni jew ta" garanzija finanzjarja m'għandux jeżonera lill-Istati Membri mill-obbligu li jagħmlu evalwazzjoni preliminari u jieħdu deċiżjoni taħt l-Artikolu 20(1), u m'għandux fih innifsu ikun raġuni biżżejjed biex Stat Membru jirrifjuta li jakkomoda vapur f'post ta' kenn.
2.Mingħajr ħsara għal paragrafu 1, meta jkun qed jakkomoda vapur f'post ta" kenn, Stat Membru jista" jitlob lill-operatur, aġent jew kaptan tal-vapur biex jippreżenta ċertifikat ta" assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja, skont it-tifsira ta" din id-Direttiva, li jkunu jkopru r-responsabbiltà ta' tali operatur, aġent jew kaptan għall-ħsara kkawżata mill-vapur. L-att tat-talba għal dan iċ-ċertifikat m'għandux iwassal biex vapur li jkun jeħtieġ l-assistenza jdum ma jiġi akkomodat.
3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-jsir kumpens ta" l-ispejjeż u tat-telf ekonomiku potenzjali mġarrba minn port bħala riżultat ta" deċiżjoni li tkun ittieħdet skont l-Artikolu 20(1) jekk spejjeż jew telf ekonomiku bħal dawn ma jkunux ikkumpensati mis-sid jew l-operatur tal-vapur fi żmien raġonevoli skont din id-Direttiva u l-mekkaniżmi internazzjonali ta" kumpens eżistenti."
"
15)
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
Artikolu 22a
SafeSeaNet
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi ta' amministrazzjoni għall-informazzjoni marittima, fuq livell nazzjonali jew lokali sabiex jiżguraw l-ipproċessar ta' l-informazzjoni msemmija f'din id-Direttiva.
2. Is-sistemi stabbiliti skont
il-paragrafu 1 għandhom jippermettu li l-informazzjoni miġbura tkun użata b'mod operattiv u tkun tissodisfa, b'mod partikolari, il-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 14.
3. Sabiex ikun garantit skambju effettiv ta' l-informazzjoni imsemmija f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi nazzjonali jew lokali stabbiliti biex jiġbru, jipproċessaw u jippreservaw dik l-informazzjoni, jistgħu jkunu interkonnessi mas-SafeSeaNet. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-SafeSeaNet tkun operattiva 24 siegħa kuljum. Il-prinċipji bażiċi tas-SafeSeaNet huma stipulati fl-Anness III.
4.Meta jkunu qegħdin joperaw fil-qafas ta' ftehimiet reġjonali jew ta' proġetti transkonfinali, interreġjonali jew transnazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi jew in-netwerks ta' tagħrif żviluppati jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jkunu kompatibbli u marbuta mas-SafeSeaNet.
"
16)
l-Artikolu 23 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Il-punt (c) għandu jinidel
b'dan li ġej:"
c)
"(c) jestendu l-kopertura tas-sistema Komunitarja ta' monitoraġġ u ta' informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti u/jew jaġġornawha bil-ħsieb li jtejjbu l-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-vapuri, b'kont meħud ta' l-iżviluppi fit-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħdmu flimkien biex, fejn meħtieġ, jistabbilixxu sistemi obbligatorji ta' rappurtar, servizzi obbligatorji tat-traffiku marittimu u s-sistemi adatti għar-rotot tal-vapuri, bil-għan li jiġu ppreżentati lill-IMO għall-approvazzjoni. Huma għandhom jikkollaboraw ukoll, fi ħdan il-korpi reġjonali jew internazzjonali konċernati, għall-iżvilupp ta' sistemi ta' identifikazzjoni u sejbien mill-bogħod;
"
b)
għandu jiżdied il-punt li ġej:"
e)
jiżguraw l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tas-sistemi nazzjonali użati għall-amministrazzjoni ta' l-informazzjoni msemmija fl-Anness I, u jiżviluppaw u jaġġornaw is-SafeSeaNet.
"
17)
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
Artikolu 23a
Ipproċessar u amministrazzjoni ta' informazzjoni ta' sigurtà marittima
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fejn meħtieġ, l-ipproċessar, l-użu u d-disseminazzjoni lill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri, ta' l-informazzjoni miġbura taħt din id-Direttiva.
2. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp u għall-operat ta' sistemi ta' ġbir u ta' disseminazzjoni tad-data relatati mas-sigurtà marittima, b'mod partikolari permezz tas-sistema 'Equasis' jew ta' kwalunkwe sistema pubblika oħra ekwivalenti.
"
18) fl-Artikolu 24 għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
"
L-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, għandhom jaraw li d-data ta" l-AIS u ta" l-LRIT trażmessa mill-vapuri ma toħloqx riskji għas-sikurezza jew għas-sigurtà jew għall-ħarsien ta" l-ambjent, u ma taffettwax il-kompetizzjoni bejn l-operaturi tal-vapuri. B'mod partikulari, l-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw it-tixrid fil-pubbliku ta' tagħrif dwar id-dettalji tal-merkanzija jew tal-persuni abbord, sakemm il-kaptan jew l-operatur tal-vapur ma jkunx qabel ma' dan.
Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-problemi tas-sigurtà tan-netwerks u t-tagħrif li jistgħu jkunu assoċjati mal-miżuri previsti f'din id-Direttiva, u b'mod partikulari ma' l-Artikoli 6, 6a, 14 u 22a tagħha, u tipproponi xi emendi xierqa għall-Anness III biex titjieb is-sigurtà tan-netwerk.
"
19) l-Artikoli 27 u 28għandhom jinbidlu b'dan li ġej
:"
Artikolu 27
Proċedura ta' emenda
1.Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3, ir-referenzi u l-istrumenti Komunitarjiu ta' l-IMO u l-Annessi jistgħu jkunu emendati b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 28(2) sabiex jikkonformaw mal-liġijiet Komunitarji jew internazzjonali li jkunu ġew adottati, emendati jew miġjuba fis-seħħ, sakemm emendi bħal dawn ma jwessgħux il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
2.Barra minn hekk, l-Annessi I, III u IV jistgħu jkunu emendati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 28(2) fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba b'din id-Direttiva, sa fejn dawn l-emendi ma jwessgħux il-kamp ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Artikolu 28
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Vapuri (COSS), stabbilit permezz ta'Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
___________________
* ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. ║
"
20) fil-punt 4 ta' l-Anness I, l-inċiż X għandu jinbidel b'dan li ġej:
"
–X. Tagħrif varju:
–
il-karatteristiċi u l-istima tal-kwantità ta' bunker fuel għall-bastimenti kollha li jġorruh,
–
l-istatus tan-navigazzjoni
"
21) Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud fl-Anness II (I):"
3. Bastimenti tas-sajd
Bastimenti tas-sajd itwal minn 15-il metru b'kollox huma soġġetti għall-ħtiġiet tal-ġarr imniżżlin fl-Artikolu 6a skont
l-iskeda ta' żmien li ġejja:
–
bastimenti tas-sajd li t-tul b'kollox tagħhom huwa 24 metru jew aktar iżda inqas minn 45 metru: sa mhux aktar tard minn...(11)
;
–
bastimenti tas-sajd li t-tul b'kollox tagħhom huwa 18 metru jew aktar iżda inqas minn 24 metru: sa mhux aktar tard minn...(12)
* ;
–
bastimenti tas-sajd li t-tul b'kollox tagħhom huwa aktar minn 15-il metru iżda inqas minn 18-il metru: sa mhux aktar tard minn...(13)
**.
Bastimenti tas-sajd ġodda li huma itwal minn 15-il metru b'kollox huma soġġetti għall-ħtiġiet tal-ġarr imniżżlin fl-Artikolu 6a sa minn...(14)
***.
"
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn...(15)
Huma għandhom ▌ jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri u tabella li turi kif dawn jikkorrispondu għal din id-Direttiva
.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-Seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Indirizzati
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Pożizzjoni
tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 (ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 533
), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008 (ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 1)
u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008
.