Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0240(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0332/2008

Testi mressqa :

A6-0332/2008

Dibattiti :

PV 23/09/2008 - 9
CRE 23/09/2008 - 9

Votazzjonijiet :

PV 24/09/2008 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0444

Testi adottati
DOC 177k
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008 - Brussel Verżjoni finali
L-investigazzjoni ta' l-inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu ***II
P6_TA(2008)0444A6-0332/2008
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' l-inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttivi 1999/35/KE u 2002/59/KE (5721/5/2008 – C6-0226/2008 – 2005/0240(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5721/5/2008 – C6-0226/2008)(1) ,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0590),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0332/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 184 E, 22.7.2008, p.23.
(2) ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 546.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta" inċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
P6_TC2-COD(2005)0240

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1) ,

Wara li kkunisdraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2) ,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3) ,

Billi:

(1)  Għandu jinżamm livell ġenerali għoli ta" sigurtà fit-trasport marittimu fl-Ewropa u għandu jsir kull sforz sabiex jitnaqqas l-għadd ta' diżgrazzji u inċidenti marittimi.

(2)  L-investigazzjonijiet tekniċi fil-pront meta jseħħu xi diżgrazzji fuq il-baħar itejbu s-sigurtà marittima billi jgħinu ħalli jiġu pprevenuti milli jseħħu mill-ġdid diżgrazzji simili li jwasslu għal imwiet, telf ta' vapuri u t-tniġġis ta' l-ambjent marittimu.

(3)  Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' April 2004 sabiex tittejjeb is-sigurtà fuq il-baħar(4) , ħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta għal direttiva dwar l-investigazzjoni ta' l-inċidenti fit-trasport marittimu.

(4)  L-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt Marittimu ta" l-10 ta' Diċembru 1982 (║'UNCLOS"), jistabbilixxi d-dritt ta" l-Istati kostali sabiex jinvestigaw il-kawża ta" kwalunkwe diżgrazzja marittima li sseħħ fil-limiti ta" l-ibħra territorjali tagħhom li għandha mnejn tkun ta' riskju għall-ħajja jew għall-ambjent, li tinvolvi l-awtoritajiet tat-tiftix u s-salvataġġ ta' dak l-Istat, jew li b'xi mod ieħor taffettwa lil dak l-Istat.

(5)  L-Artikolu 94 ta" l-UNCLOS jistabbilixxi li l-Istati tal-bandiera inkwistjoni għandhom jaraw li ssir inkjesta minn jew quddiem persuna jew persuni kkwalifikata(i) kif jixraq dwar ċerti diżgrazzji jew inċidenti tan-navigazzjoni fl-ibħra internazzjonali.

(6)  Ir-Regolament I/21 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar ta" l-1 ta' Novembru 1974 (║'SOLAS 74"), il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sinjal tat-Tagħbija, tal-5 ta' April 1966 u l-Konvenzjoni Internazzjoanli għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, tat-2 ta' Novembru 1973 jistabbilixxu r-responsabbiltà ta' l-Istati tal-bandiera sabiex dawn imexxu investigazzjonijiet dwar id-diżgrazzji u jgħaddu dak kollu li jirriżulta li jkollu x'jaqsam ma' dan lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO).

(7)  L-Kodiċi għall-implimentazzjoni ta" l-Istrumenti Mandatorji ta" l-IMO, anness mar-Riżoluzzjoni A.973(24) ta' l-Assemblea ta' l-IMO tal-1 ta' Diċembru 2005, ifakkar l-obbligu ta' l-Istati tal-bandiera sabiex dawn jiżguraw li l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà marittima jitmexxew minn investigaturi kkwalifikati kif jixraq, li jkunu kompetenti f'dak li għandu x'jaqsam mad-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi. Barra minnhekk, dak il-Kodiċi jirrikjedi lill-Istati tal-bandiera sabiex ikunu ppreparati li jipprovdu investigaturi kkwalifikati għal dak il-għan, irrispettivament mill-inħawi tad-diżgrazzja jew l-inċident.

(8)  Għandu jittieħed kont ukoll tal-Kodiċi għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi anness mar-Riżoluzzjoni A.849 ta" l-Assemblea ta" l-IMO fis-27 ta' Novembru 1997 (║'Kodiċi ta' l-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi"), li jipprovdi għall-implimentazzjoni ta" metodu komuni għall-investigazzjoni tas-sigurtà f'dak li għandhom x'jaqsmu d-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi u l-kooperazzjoni bejn l-Istati sabiex jiġu identifikati l-fatturi li jwasslu għal diżgrazzji u inċidenti marittimi. Għandu jittieħed kont tar-Riżoluzzjoni A.861(20) ta' l-Assemblea ta' l-IMO tas-27 ta' Novembru 1997 u tar-Riżoluzzjoni MSC. 163(78) tal-Kumitat tas-Sigurta' Marittima ta' l-IMO tas-17 ta' Mejju 2004, li jipprovdu definizzjoni ta' reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ.

(9)  Waqt li jkunu qed iwettqu investigazzjonijiet ta' sigurtà ta' diżgrazzji u inċidenti marittimi, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-Linji gwida dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta' aċċident marittimu anness mar-Riżoluzzjoni LEG.3(91) tal-Kumitat Legali ta' l-IMO u tal-Korp Governattiv ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tas-27 ta' April 2006 ▌.

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta" April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla periklu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi ta" inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri(5) tirrikjedi li l-Istati Membri jiddeffinixxu, fil-qafas tas-sistemi ġuridiċi rispettivi tagħhom, status ġuridiku li jippermettilhom u lil kwalunkwe Stat Membru li jkollu interess sostanzjali sabiex jipparteċipaw, jikkooperaw, jew, fejn ikun previst skond il-Kodiċi ta' l-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi, li jwettqu kwalunkwe investigazzjoni ta' xi diżgrazzja jew inċident marittimu li jkun jinvolvi lanċa ro-ro jew inġenji tal-baħar ta" veloċità kbira għall-passiġġieri.

(11)  Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema ta" informazzjoni u monitoraġġ tat-traffiku tal-bastimenti tal-Komunità(6) tirrikjedi li l-Istati Membri jkunu konformi mal-Kodiċi ta' l-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi u jiżguraw li s-sejbiet ta' l-investigazzjonijiet ta' l-inċidenti jiġu ppubblikati mill-aktar fis possibbli wara l-konklużjoni tagħhom.

(12)  It-twettiq ta' investigazzjoni dwar is-sigurtà ta' disgrazzji u inċidenti li jinvolvu vapuri li jbaħħru, jew bastimenti oħrajn fil-port jew żoni marittimi ristretti oħra, b'mod imparzjali huwa ta' importanza ewlenija għall-istabbiliment effettiv taċ-ċirkostanzi u l-kawżi ta' tali diżgrazzja jew inċident. Għaldaqstant, tali investigazzjoni għandha titwettaq minn investigaturi kwalifikati taħt il-kontroll ta' korp jew entità indipendenti mogħnija b'setgħat permanenti tat-teħid ta' deċiżjonijiet, sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess.

(13)  L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-leġislazzjoni tagħhom fir-rigward tas-setgħat ta' l-awtoritajiet responsabbli għall-inkjesta ġudizzjarja u permezz ta' kollaborazzjoni ma' dawk l-awtoritajiet, fejn xieraq, jiżguraw li dawk responsabbli għall-inkjesta teknika jitħallew iwettqu l-kompiti tagħhom taħt l-aħjar kondizzjonijiet possibbli.

(14)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi legali tagħhom jippermettu lilhom u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkollu interess sostanzjali li jipparteċipaw jew li jikkooperaw fi, jew li jmexxu investigazzjonijiet dwar inċidenti abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi ta' l-IMO għall-Investigazzjoni ta' Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi.

(15)  Stat Membru jista' jiddelega lil Stat Membru ieħor id-dmir li jmexxi investigazzjoni dwar is-sigurtà dwar diżgrazzji jew inċidenti marittimi ("investigazzjoni dwar is-sigurtà") jew dmirijiet speċifiċi ta' din l-investigazzjoni, jekk maqbul reċiprokament.

(16)  L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex ma jitolbux ħlas għall-ispejjeż għal assistenza mitluba fil-qafas ta' investigazzjonijiet ta' sigurtà li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar. Fejn hija meħtieġa assistenza minn Stat Membru li mhuwiex involut fl-investigazzjoni dwar is-sigurtà, l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar ir-rimborż ta' l-ispejjeż imwettqa.

(17)  Skond ir-Regolament V/20 ta' SOLAS 74, il-vapuri tal-passiġġieri u l-vapuri l-oħrajn għajr dawk tal-passiġġieri ta" tunnellaġġ gross ta' 3,000 jew aktar mibnija fl-1 ta' Lulju 2002 jew wara għandhom iġorru reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ li jkunu ta' għajnuna fl-investigazzjonijiet dwar l-inċidenti. Minħabba l-importanza tiegħu fit-tfassil ta" politika sabiex jiġu pprevenuti l-inċidenti fit-trasport martittimu, tali apparat għandu jkun meħtieġ sistematikament abbord il-vapuri li jbaħħru fuq vjaġġi nazzjonali jew internazzjonali li jidħlu fil-portijiet Komunitarji.

(18)  Id-data pprovduta permezz ta" sistema ta' reġistraturi tad-data tul il-vjaġġ, flimkien ma" apparat elettroniku ieħor, tista" tintuża kemm retrospettivament wara xi diżgrazzja jew inċident marittimu sabiex jiġi investigat x'wassal għal dan, kif ukoll bil-ħsieb ta' prevenzjoni sabiex tinkiseb esperjenza taċ-ċirkustanzi li jafu jwasslu għal inċidenti ta' dan it-tip. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali data, meta tkun disponibbli, tintuża kif jixraq għaż-żewġ għanijiet.

(19)  Għandhom jiġu investigati jew eżaminati b'xi mod ieħor is-sinjali ta" allarm ta' periklu jew l-informazzjoni minn kwalunkwe sors li xi bastiment, jew persuni fuqu jew minnu jinsabu fil-periklu jew li, minħabba xi avveniment li jkollu x'jaqsam mat-tħaddim tal-bastiment, hemm xi riskju potenzjali serju ta' danni lill-persuni, lill-istruttura tal-bastiment jew lill-ambjent.

(20 )  Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) jirrikjedi li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (║'l-Aġenzija") taħdem ma" l-Istati Membri sabiex tiżviluppa soluzzjonijiet tekniċi u tipprovdi assistenza teknika konnessa ma' l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja. Fil-qasam ta" l-investigazzjoni ta" l-inċidenti, l-Aġenzija għandha l-kompitu speċifiku li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-iżvilupp, b'kunsiderazzjoni xierqa lis-sistemi ġuridiċi differenti fl-Istati Membri, ta' metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta' l-inċidenti marittimi skond il-prinċipji internazzjonali li hemm qbil fuqhom.

(21 )  F'konformita' mar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, l-Aġenzija tiffaċilita l-kooperazzjoni f'dak li huwa forniment ta" appoġġ mogħti mill-Istati Membri f'attivitajiet dwar investigazzjonijiet, u fl-analiżi tar-rapporti investigattivi dwar l-inċidenti eżistenti.

(22)  Kwalunkwe konklużjoni li tittieħed mill-analiżi ta' rapporti ta' investigazzjoni eżistenti dwar inċidenti li jistgħu jintużaw biex jiġu evitati diżastri futuri u biex titjieb is- sigurtà marittima fl-Unjoni Ewropea, għandha tkun ikkunsidrata fl-iżvilupp jew fil-modifika ta' metodoloġija komuni biex ikunu investigati inċidenti marittimi.

(  23 ) ║ Ir- rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà li jirriżultaw minn investigazzjoni għandhom jitqiesu kif jistħoqq mill-Istati Membri u mill-Komunità .

(24 )  Peress li l-għan ta' l-investigazzjoni teknika dwar is-sigurtà huwa l-prevenzjoni ta" diżgrazzji jew inċidenti marittimi, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà m'għandhom fl-ebda ċirkostanza jiddeterminaw ir-responsabbilità jew iqassmu l-ħtija.

(25 )  Peress li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tas-sigurtà marittima fil-Komunità u b'hekk it-tnaqqis tar-riskju ta" diżgrazzji marittimi fil-futur, ma jistgħax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala ║jew ║l-effetti ta' din id-Direttiva ,jintlaħaq aħjar fl-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, b'konformit à mal-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(26 )  Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għal eżerċizju ta' setgħat implementattivi mogħtija lill-Kummissjoni(8) .

(27 )  B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda din id-Direttiva sabiex jiġu applikati emendi sussegwenti relattivi għall-konvenzjonijet internazzjonali, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijet relatati u li taddotta jew timmodifika l-metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta' diżgrazzji u inċidenti marittimi. Ġaladarba dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha b'elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

–  1. L-għan ta" din id-Direttiva huwa li tittejjeb is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis mill-vapuri, u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' diżgrazzji marittimi futuri, billi:

   a) tiġi ffaċilitata ż-żamma fil-pront ta' investigazzjonijiet ta' sigurtà u analiżi xierqa ta' diżgrazzji u inċidenti marittimi sabiex jiġu ddeterminati l-kawżi tagħhom; u
   b) jiġi żgurat rappurtar f'waqtu u preċiż ta" investigazzjonijiet dwar is-sigurtà u proposti għal azzjoni ta' rimedju.

–  2. Investigazzjonijiet taħt din id-Direttiva m'għandhomx ikunu konċernati bid-determinazzjoni ta' responsabbiltà jew l-għoti ta' tort. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp investigattiv jew entita' (minn hawn 'il quddiem imsejħa il-"korp investigattiv") mhux qed iżomm lura milli jirraporta bis-sħiħ il-kawżi tad-diżgrazzja jew l-inċident peress li t-tort jew ir-responsabbiltà jistgħu jkunu dedotti mis-sejbiet.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

–  1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal diżgrazzji, inċidenti u sinjali ta" allarm ta' periklu marittimi li:

   a) jinvolvu vapuri li jtajru l-bandiera ta" xi wieħed mill-Istati Membri;
   b) jseħħu fil-baħar territorjali u l-ilmijiet interni ta' l-Istati Membri kif definiti f'UNCLOS; jew
   c) jinvolvu interessi sostanzjali oħra ta' l-Istati Membri.

–  2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal diżgrazzji, inċidenti u sinjali ta" allarm ta' periklu marittimi li jinvolvu biss:

   a) vapuri tal-gwerra u vapuri li jġorru s-suldati u vapuri oħra li jkunu proprjetà jew li jitħaddmu minn Stat Membru u jintużaw biss għal servizz mhux kummerċjali tal-gvern;
   b) vapuri li ma jitħaddmux b'mezzi mekkaniċi, vapuri ta" l-injam ta' kostruzzjoni primittiva, jotts għad-divertiment u inġenji għad-divertiment li mhumiex impenjati fil-kummerċ, ħlief jekk ikunu jew ser ikunu ekwipaġġati u jġorru aktar minn 12-il passiġġier għal skopijiet kummerċjali;
   c) vapuri ta' mgħodijiet ta' l-ilma interni li jitħaddmu f'mogħdijiet ta' l-ilma interni;
   d) bastimenti tas-sajd ta" tul ta" anqas minn 15-il metru;
   e) unitajiet fissi tat-tħaffir lil hinn mill-art.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

   1) "Il-Kodiċi ta" l-IMO għall-Investigazzjoni ta' Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi" tfisser il-Kodiċi għall-Investigazzjoni ta' Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi anness mar-Riżoluzzjoni A.849(20) ta" l-Assemblea ta" l-IMO tas-27 ta" Novembru 1997, fil-verżjoni aġġornata tagħha.

–  2) It-termini li ġejjin għandhom jiġu miftiehma skond id-definizzjonijiet misjuba fil-Kodiċi ta' l-IMO għall-Investigazzjoni ta' Diżgrazzji u Inċidenti Marittimi:

   a) "diżgrazzja marittima";
   b) "diżgrazzja serja ħafna";
   c) "inċident marittimu";
   d) "investigazzjoni dwar is-sigurtà marbuta ma' diżgrazzja jew inċident marittimu";
   (e) "Stat li jmexxi l-investigazzjoni';

(f)  "Stat li għandu interess sostanzjali".

3)  It-termini "diżgrazzja serja" u "diżgrazzja inqas serja" għandhom jiġu miftiehma skond id-definizzjonijiet aġġornati li jinsabu fiċ-Ċirkulari 953 tal-Kumitat dwar is-Sigurtà Marittima ta" l-IMO.

–  4 ) It-termini "lanċa ro-ro" u "inġenji tal-baħar ta" veloċità kbira għall-passiġġieri" għandhom jiġu miftiehma skond id-definizzjonijiet misjuba fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/35/KE.

–  5 ) "Ir-reġistratur tad-data tul il-vjaġġ (║'VDR") għandu jiġi miftiehem skond id-definizzjoni misjuba fir-Riżoluzzjoni A.861(20) ta" l-Assemblea ta" l-IMO u r-Riżoluzzjoni MSC.163(78) tal-Kumitat tas-Sigurta' Marittima ta" l-IMO.

6)   "Sinjal ta" allarm ta' periklu" tfisser sinjal li jingħata minn bastiment, jew informazzjoni minn kwalunkwe sors, li jindika li bastiment, jew il-persuni fuqu jew minnu, ikunu f'periklu fuq il-baħar.

–  7 ) "Rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà" tfisser kwalunkwe proposta, inkluża dik għal skopijiet ta' reġistrazzjoni u ta' kontroll, magħmula minn waħda jew oħra minn dawn li ġejjin:

   a) il-korp investigattiv ta' l-Istat li jwettaq, jew imexxi, l-investigazzjoni dwar is-sigurtà abbażi ta' l-informazzjoni meħuda minn dik l-investigazzjoni; jew, fejn ikun xieraq,
   b) il-Kummissjoni bl-għajnuna ta' l-Aġenzija u abbażi ta' analiżi tad-data astratta u tar-riżultati ta' kwalunkwe investigazzjoni ta' sigurtà li tkun saret .

Artikolu 4

Status ta' l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà

–  1. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, skond is-sistemi legali tagħhom, l-istatus legali ta' l-investigazzjoni dwar is-sigurtà b'tali mod li tali investigazzjonijiet jistgħu jitwettqu bl-aktar mod effettiv u rapidu possibbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, skond il-leġislazzjoni tagħhom u, fejn xieraq, permezz ta' kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet responsabbli għall-inkjesta ġudizzjarja, li investigazzjonijiet dwar is-sigurtà jkunu:

   a) indipendenti minn investigazzjonijiet kriminali jew oħrajn parallelli sabiex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà jew biex jingħata t-tort, filwaqt li jkun permess li l-konklużjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet biss li joħorġu mill-investigazzjonijiet mibdija skond din id-Direttiva għandhom jintużaw f'investigazzjonijiet ġudizzjarji ; u
   b) mhux preklużi, sospiżi jew imdewma bla ħtieġa minħabba tali investigazzjonijiet.

–  2. Ir-regoli li għandhom ikunu stabbilti mill-Istati Membri għandhom jinkludu, skond il-qafas permanenti ta' kooperazzjoni msemmi fl-Artikolu 10, dispożizzjonijiet biex jippermettu:

   a) il-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka fl-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà mmexxija minn Stati Membri oħrajn, jew id-delega lil Stat Membru ieħor tal-kompitu li jmexxi tali investigazzjoni skond l-Artikolu 7; u
   b) il-koordinazzjoni ta" l-attivitajiet tal-korpi investigattivi rispettivi tagħhom sal-punt meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta' din id-Direttiva.

Artikolu 5

Obbligu ta' investigazzjoni

–  1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li investigazzjoni dwar is-sigurtà titwettaq mill-korp investigattiv imsemmi fl-Artikolu 8 wara diżgrazzji marittimi serji jew serji ħafna:

   a) li jinvolvu vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu, irrispettivament mill-post tad-diżgrazzja;
   b) li jseħħu fil-baħar territorjali u l-ilmijiet interni kif definiti f'UNCLOS, irrispettivament mill-bandiera tal-vapur jew vapuri involuti fid-diżgrazzja; jew
   c) li jinvolvu interess sostanzjali ta" dak l-Istat Membru, irrispettivament mill-post tad-diżgrazzja u mill-bandiera tal-vapur jew vapuri involuti.

–  2. Minn barra li jinvestiga diżgrazzji serji u serji ħafna, il-korp investigattiv imsemmi fl-Artikolu 8 għandu, wara li jkun stabbilixxa l-fatti inizjali tal-każ, jiddeċiedi jekk għandhiex titwettaq jew le investigazzjoni dwar is-sigurtà ta' diżgrazzja anqas serja , inċident marittimu jew sinjal ta' allarm ta' periklu .

Fid-deċiżjoni tiegħu, il-korp investigattiv għandu jieħu kont tas-serjetà tad-diżgrazzja jew l-inċident, it-tip ta' vapur u/jew merkanzija involuti fis-sinjal ta" l-allarm ta' periklu u kwalunkwe talba mill-awtoritajiet tat-tiftix u s-salvataġġ .

–  3. L-ambitu u l-arranġamenti prattiċi għall-amministrazzjoni ta" l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà għandhom jiġu ddeterminati mill-korp investigattiv ta' l-Istat Membru li jkun qed imexxi l-investigazzjoni b'kooperazzjoni ma" l-entitajiet ekwivalenti ta' l-Istati l-oħrajn li jkollhom interess sostanzjali, b'tali mod u manjiera li jidhirlu li l-aktar li jkunu jistgħu jwasslu għall-kisba ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva, u bil-ħsieb li jilqa' kontra diżgrazzji u inċidenti futuri.

–  4. L-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà għandhom isegwu ▌l-metodoloġija komuni għall-investigazzjonijiet ta' disgrazzji u inċidenti żviluppati skond l-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002. Il-Kummissjoni għandha taddotta jew timmodifika din il-metodoloġija għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Dik il-miżura mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi tissupplimentha, għandha tiġi addottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3) .

Il-Kummissjoni ▌għandha tqis il-konklużjonijiet tar-rapporti ta' l-inċidenti u tar-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà mniżżla fihom meta timmodifika l- metodoloġija komuni. ▌

–  5. Għandha tinbeda investigazzjoni dwar is-sigurtà mill-aktar fis pratikabbli wara li sseħħ id-diżgrazzja jew l-inċident marittimu u f'kull każ, mhux aktar tard minn xahrejn wara li sseħħ .

Artikolu 6

Obbligu ta' notifika

Stat Membru għandu jeħtieġ, fil-qafas tas-sistema legali tiegħu, li l-korp investigattiv tiegħu jiġi notifikat mingħajr dewmien, mill-awtoritajiet responsabbli u/jew mill-partijiet involuti, bl-avveniment tad-diżgrazzji, l-inċidenti kollha u sinjali ta' allarm ta' periklu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 7

Tmexxija ta' u parteċipazzjoni fi, investigazzjonijiet dwar is-sigurtà

–  1. ▌F'każijiet ta' diżgrazzji serji jew serji ħafna li jinvolvu interess sostanzjali għal żewġ Stati Membri jew aktar, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiftiehmu malajr dwar min minnhom għandu jkun l-Istat Membru li jmexxi l-investigazzjoni. Jekk l-Istati Membri kkonċernati ma jkunux jistgħu jiddeterminaw liema Stat Membru għandu jmexxi l-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-każ ibbażata fuq opinjoni ta' l-Aġenzija, li għandha tiġi implimentata minnufih.

–  2. Minkejja l-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jibqa' responsabbli għall-investigazzjoni u l-koordinazzjoni ma' l-Istati Membri l-oħrajn li jkollhom interess sostanzjali sakemm jasal iż-żmien meta jew jiftiehmu jew il-Kummissjoni tiddeċiedi min minnhom għandu jkun l-Istat li jmexxi l-investigazzjoni dwar is-sigurtà.

–  3. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva u d-dritt internazzjonali, Stat Membru jista', abbażi ta' każ b'każ, jiddelega bi ftehim reċiproku lil Stat Membru ieħor il-kompitu li jmexxi investigazzjoni dwar is-sigurtà jew kompiti speċifiċi għat-twettiq ta' tali investigazzjoni.

–  4. Meta lanċa ro-ro jew inġenju tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri jkunu involuti f'diżgrazzja, f' inċident jew f'sinjal ta' allarm ta' periklu marittimu , ║ l- investigazzjoni dwar is-sigurtà għandha tiġi mnedija mill-Istat Membru li fil-baħar territorjali jew fl-ilmijiet interni tiegħu, kif definiti f'UNCLOS, jkunu seħħew id-disgrazzja, l-inċident jew is-sinjal ta allarm ta periklu, jew, jekk ikun seħħ f'ibħra oħrajn, mill-aħħar Stat Membru li dik il-lanċa jew il-biċċa tal-baħar tkun żaret. Dak l-Istat Membru għandu jibqa' responsabbli għall-investigazzjoni dwar is-sigurtà u l-koordinazzjoni ma' l-Istati Membri l-oħrajn li jkollhom interess sostanzjali sakemm jasal iż-żmien meta jew jiftiehmu jew il-Kummissjoni tiddeċiedi min minnhom għandu jkun l-Istat investigattiv ewlieni.

Artikolu 8

Korpi Investigattivi

–  1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta" korp jew entità investigattiva permanenti imparzjali, mogħni bis-setgħat meħtieġa u magħmul minn investigaturi kwalifikati kif jixraq, li jkunu kompetenti fil-kwistjonijiet relatati mad-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi.

Dak il-korp investigattiv għandu jkun indipendenti b'mod funzjonali, b mod partikolari, mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-iżgurar li l-bastimenti jkunu tajbin għat-tbaħħir, miċ-ċertifikazzjoni, mill-ispezzjoni, mir-riżorsi umani, min-navigazzjoni bla periklu, mill-manutenzjoni, mill-kontroll tat-traffiku marittimu, mill-kontroll statali tal-portijiet u mill-operat tal-portijiet marittimi, mill-entitajiet li qed imexxu l-investigazzjonijiet bil-għan li jkunu stabbiliti r-responsabilità u l-infurzar tal-liġi, u b'mod ġenerali, minn kwalunkwe parti oħra li l-interess tagħha jista' jkun f'kunflitt mal-kompitu fdat lilha.

Stati Membri mdawwrin bl-art li m'għandhom la vapuri u lanqas bastimenti li jtajjru l-bandiera tagħhom jidentifikaw punt fokali indipendenti biex jikkooperaw fl-investigazzjoni skond l-Artikolu 5(1)(c).

–  2. Il-korp investigattiv għandu jiżgura li l-investigaturi individwali ikunu jafu x-xoghol f'dawk l-oqsma li jkollhom x'jaqsmu mad-dmirijiet investigattivi normali tagħhom u jkollhom esperjenza prattika fihom. Barra minn hekk, il-korp investigattiv għandu jiżgura li jkun lest li jagħti aċċess lil esperti adatti, skond kif ikun meħtieġ.

–  3. L-attivitajiet fdati lill-korp investigattiv jistgħu jiġu estiżi għall-ġbir u l-analiżi ta' data relatata mas-sigurtà marittima, b'mod partikolari għal skopijiet ta' prevenzjoni, sakemm dawn l-attivitajiet ma jaffetwawx l-indipendenza tiegħu u ma jinkludux responsabbilità f'affarijiet regolatorji, amministrattivi jew ta" standardizzazzjoni.

–  4. L-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu fil-qafas tas-sistemi legali rispettivi tagħhom, għandhom jiżguraw li l-investigaturi tal-korp investigattiv tagħhom, jew ta' kwalunkwe korp investigattiv ieħor li lilu ddelega l-kompitu ta' l-investigazzjoni dwar is-sigurtà, fejn xieraq permezz ta" kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet responsabbli mill-inkjesta ġudizzjarja, għandhom ikunu awtorizzati li:

   a) ikollhom aċċess liberu għal kwalunkwe żona relevanti jew sit ta' diżgrazzja kif ukoll għal kwalunkwe vapur, relitt, jew struttura tinklużi merkanzija, tagħmir jew bċejjeċ li jirriżultaw mid-diżgrazzja;
   b) jiżguraw li minnufih isir elenku ta" l-evidenza u t-tiftix ikkontrollat għar-relitt, bċejjeċ li jirriżultaw mid-diżgrazzja jew komponenti jew sustanzi oħra u t-tneħħija tagħhom ħalli dawn jiġu eżaminati jew analizzati;
   c) jirrikjedu l-eżami jew l-analiżi ta" l-oġġetti msemmija fil-punt (b), u jkollhom aċċess liberu għar-riżultati tat-tali eżamijiet jew analiżi;
   d) ikollhom aċċess liberu għal kwalunkwe informazzjoni relevanti u data rreġistrata, inkluża d-data ta' VDR, konnessa ma" xi vapur, vjaġġ, merkanzija, ekwipaġġ jew kwalunkwe persuna, oġġett, kundizzjoni jew ċirkustanza, flimkien mal-jedd li jikkupjawha u jużawha;
   e) ikollhom aċċess liberu għar-riżultati ta' l-eżamijiet ta' l-iġsma tal-vittmi jew ta' testijiet fuq kampjuni li jkunu ttieħdu mill-iġsma tal-vittmi;
   f) jeħtieġu u jkollhom aċċess liberu għar-riżultati ta" l-eżamijiet ta" persuni involuti fl-operat tal-vapur jew kwalunkwe persuna relevanti oħra, jew ta" testijiet fuq kampjuni mittieħda minnhom;
   g) jintervistaw xhieda fl-assenza ta' kwalunkwe persuna li l-interessi tagħha jistgħu jitqiesu bħala ta' xkiel għall-investigazzjoni dwar is-sigurtà;
   h) jakkwistaw reġistri ta" survery u informazzjoni rilevanti miżmuma mill-Istat tal-bandiera, is-sidien, is-soċjetajiet ta" klassifikazzjoni jew kwalunkwe parti rilevanti oħra, kull meta dawk il-partijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom ikunu stabbiliti fl-Istat Membru;
   i) jitolbu għall-assistenza ta' l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati rispettivi, inklużi s-servejers ta" l-Istat tal-port u ta' l-Istat tal-bandiera, l-uffiċjali li jgħassu l-kosta, l-operaturi tas-servizzi tat-traffiku tal-basimenti, l-iskwadri tat-tiftix u s-salvataġġ, il-bdoti jew staff tal-port jew staff marittimu ieħor.

–  5. Il-korp investigattiv għandu jingħata l-jedd li jaġixxi minnufih kull meta jiġi mgħarref b'xi diżgrazzja, u li jikseb riżorsi suffiċjenti sabiex iwettaq ħidmietu b'mod indipendenti. L-investigaturi tiegħu għandhom jingħataw status li jintitolhom għall-garanziji neċessarji ta' indipendenza.

–  6. Il-korp investigattiv jista" jgħaqqad il-kompiti tiegħu skond din id-Direttiva mal-ħidma ta' investigazzjonijiet ta" inċidenti għajr diżgrazzji marittimi bil-kundizzjoni li t-tali investigazzjonijiet ma jipperikolawx l-indipendenza tiegħu.

Artikolu 9

Is-segretezza tar-reġistri

L-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu fil-qafas tas-sistemi legali tagħhom, għandhom jiżguraw li r-reġistri li ġejjin ma jkunux disponibbli ħlief għall-iskopijiet ta' l-investigazzjoni dwar is-sigurtà ▌:

   a) kull evidenza tax-xhieda u stqarrijiet, kontijiet u noti oħra meħuda jew riċevuti mill-korp investigattiv matul l-investigazzjoni dwar is-sigurtà;
   b) rekords li juru l-identità tal-persuni li jkunu taw xhieda fil-kuntest ta" l-investigazzjoni dwar is-sigurtà;
   c) informazzjoni medika jew privata dwar il-persuni involuti fid-diżgrazzja jew l-inċident.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, stqarrijiet ta' xhieda u informazzjoni oħra mogħtija minn xhieda fil-kors ta' l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà ma jaqgħux f'idejn l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, sabiex ikun evitat li dawn l-istqarrijiet u l-informazzjoni jiġu użati f'investigazzjonijiet kriminali f'dawk il-pajjiżi.

Artikolu 10

Qafas ta' kooperazzjoni permanenti

–  1. L-Istati Membri, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandhom jistabbilixxu qafas ta" kooperazzjoni permanenti li jippermetti lill-korpi investigattivi rispettivi tagħhom biex jikkooperaw bejniethom safejn ikun meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta' din id-Direttiva.

–  2. Ir-regoli proċedurali tal-qafas ta' kooperazzjoni permanenti u l-arranġamenti organizzattivi rikjesti għal dan il-għan għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 19(2) .

–  3. Fi ħdan il-qafas permanenti ta' kooperazzjoni, il-korpi investigattivi fl-Istati Membri għandhom jaqblu, b'mod partikolari, fuq l-aqwa modalitajiet ta' kooperazzjoni sabiex:

   a) korpi investigattivi jkunu jistgħu jikkondividu l-istallazzjonijiet, il-faċilitajiet u t-tagħmir għall-investigazzjoni teknika tar-relitt u t-tagħmir tal-vapur u oġġetti oħrajn rilevanti għall-investigazzjoni dwar is-sigurtà, inklużi l-estrazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-informazzjoni mill-VDRs u tagħmir elettroniku ieħor;
   b) jipprovdu lil xulxin il-kooperazzjoni u l-ħiliet tekniċi meħtieġa sabiex jitwettqu kompiti speċifiċi;
   c) jiksbu u jikkondividu bejniethom informazzjoni rilevanti għall-analiżi tad-data dwar id-diżgrazzja u jagħmlu rakkomandazzjonijiet xierqa dwar is-sigurtà fuq livell Komunitarju;
   d) ifasslu prinċipji komuni għas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà u għall-addattament ta" metodi investigattivi għall-iżvilupp ta" progress tekniku u xjentifiku;
   e) jipprovdu għal miżuri rapidi ta' allarm fil-każ ta' diżgrazzja jew inċident marittimu;
   ( f ) jistabbilixxu regoli ta' kunfidenzjalità għall-kondiviżjoni, fir-rigward ta' regoli nazzjonali, ta' evidenza ta' xhieda u l-ipproċessar ta' data u reġistri oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 9▌;
   ( g ) jorganizzaw, fejn xieraq, l-attivitajiet ta" taħriġ rilevanti għall-investigaturi individwali;
   ( h ) jippromwovu l-kooperazzojni ma' korpi investigattivi ta' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għall-investigazzjoni ta' l-inċidenti marittimi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.

4.  Kwalunkwe Stat Membru, li l-facilitajiet jew is-servizzi tiegħu jkunu ntużaw, jew li normalment ikunu ntużaw minn bastiment qabel diżgrazzja jew inċident, u li għandu tagħrif rilevanti għall-investigazzjoni, għandu jgħaddi dak it-tagħrif lill-korp investigattiv li jkun qed imexxi l-investigazzjoni.

Artikolu 11

Spejjeż

–  1. Fejn l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, l-attivitajiet rispettivi għandhom ikunu mingħajr ħlas.

–  2. Fejn tintalab assistenza ta' Stat Membru li ma jkunx involut fl-investigazzjoni dwar is-sigurtà, l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar ir-rimborż ta' l-ispejjeż magħmula.

Artikolu 12

Kooperazzjoni ma' pajjiżi li jkollhom interess sostanzjali

–  1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, safejn hu possibbli,ma' pajjiżi terzi oħrajn li jkollhom interess sostanzjali fl-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà.

–  2. Il-pajjiżi terzi li jkollhom interess sostanzjali għandhom, bi ftehim reċiproku, jitħallew jissieħbu f'investigazzjoni dwar is-sigurtà mmexxija minn Stat Membru skond din id-Direttiva fi kwalunkwe stadju ta" l-investigazzjoni.

–  3. Il-kooperazzjoni ta" Stat Membru f'investigazzjoni dwar is-sigurtà mmexxija minn pajjiż terz li jkollu interess sostanzjali għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet ta' twettiq u ta" rappurtar ta" l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà skond din id-Direttiva. Meta pajjiż terz li jkollu interess sostanzjali ikun qed imexxi investigazzjoni dwar is-sigurtà li tinvolvi Stat Membru wieħed jew aktar, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jwettqux investigazzjoni dwar is-sigurtà b'mod parallell, kemm-il darba l-investigazzjoni dwar is-sigurtà mmexxija minn pajjiż terz titwettaq skond il-Kodiċi ta' l-IMO għall-Investigazzjoni tad-Diżgrazzji u l-Inċidenti Marittimi.

Artikolu 13

Preservazzjoni ta' evidenza

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li l-partijiet kkonċernati b'diżgrazzji u inċidenti taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jagħmlu kull sforz biex:

   a) jirreġistraw l-informazzjoni kollha minn tabelli, ġurnal ta' abbord, każetts tal-vidjo u reġistrazzjonijiet elettroniċi u manjetiċi, inkluża l-informazzjoni mill-VDRs u apparat elettroniku ieħor konness mal-perjodu ta" qabel, waqt u wara xi inċident;
   b) iżommu milli t-tali informazzjoni titħassar billi tiġi rreġistrata fuqha informazzjoni oħra jew titbiddel b'xi mod ieħor;
   c) iwaqqfu milli ssir interferenza ma" kwalunkwe apparat ieħor li jista" b'mod raġjonevoli jitqies bħala konness ma" l-investigazzjoni dwar is-sigurtà ta" l-inċident;
   d) minnufih, jiġbru u jżommu kull evidenza għall-finijiet ta" l-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà marittima f" disgrazzja jew inċident.

Artikolu 14

Rapporti ta' inċidenti

–  1. Investigazzjonijiet dwar is-sigurtà mwettqa taħt din id-Direttiva għandhom jirriżultaw f'rapport ippubblikat ippreżentat f'format definit mill-korp investigattiv kompetenti u skond it-taqsimiet rilevanti ta' l-Anness I.

Korpi investigattivi jistgħu jiddeċiedu li investigazzjoni dwar is-sigurtà, li ma tikkonċernax diżgrazzja marittima serja jew serja ħafna u li s-sejbiet tagħha m'għandhomx il-potenzjal li jwasslu għall-prevenzjoni ta' diżgrazzji u inċidenti fututi, għandhom jirriżultaw f'rapport simplifikat ║ppubblikat.

–  2. Korpi investigattivi għandhom jagħmlu kull sforz biex jagħmlu r-rapport msemmi fil-paragrafu 1 disponibbli għall-pubbliku, u b'mod speċjali għas-settur marittimu kollu, li għandu jirċievi l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi, meta meħtieġ, fi żmien 12-il xahar mill-jum tad-diżgrazzja. Jekk ma jkunx possibbli li r-rapport finali joħroġ f'dak iż-żmien, għandu jiġi ppubblikat rapport interim fi żmien 12-il xahar minn dakinhar tad-diżgrazzja jew l-inċident.

–  3. Il-korp investigattiv ta' l-Istat Membru li jmexxi l-inestigazzjoni għandu jibgħat kopja tar-rapport finali, simplifikat jew interim lill-Kummissjoni. Hija għandha tieħu kont ta' l-osservazzjonijiet possibbli tal-Kummissjoni ▌għat-titjib tal-kwalità tar-rapport bil-mod li l-aktar iwassal għall-kisba ta' l-għan ta' din id-Direttiva.

4 .  Kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport li jagħti informazzjoni lill-Parlament Ewropew dwar il-livell ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, u l-konformità ma' dawn id-dispożizzjonijiet, kif ukoll kwalunkwe pass ieħor meqjus bħala meħtieġ fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f'dak ir-rapport.

Artikolu 15

Rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà

–  1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħed kont debitu tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà magħmla mill-korpi investigattivi minn dawk indirizzati u, fejn xieraq, tittieħed azzjoni ta' segwitu skond il-liġi Komunitarja u internazzjonali.

–  2. Fejn xieraq, korp investigattiv jew il-Kummissjoni għandhom, waqt li jaġixxu bl-għajnuna ta' l-Aġenzija, jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà abbażi ta' analiżi astratta tad-data u tar-riżultati ta' kwalunkwe investigazzjonijiet li jkunu saru .

–  3. Rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà fl-ebda ċirkustanza m'għandha tiddetermina r-responsabbiltà jew tassenja t-tort għal xi diżgrazzja.

Artikolu 16

Sistemi ta' allarm bikri

Mingħajr preġudizzju għad-dritt tiegħu li jagħti allarm bikri, il-korp investigattiv ta' Stat Membru għandu, fi kwalunkwe stadju ta" investigazzjoni dwar is-sigurtà, jekk ikun tal-fehma li hija meħtieġa azzjoni urġenti fil-livell Komunitarju sabiex jiġi evitat ir-riskju ta" diżgrazzji ġodda, jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-ħtieġa li jingħata allarm bikri.

Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha toħroġ nota ta' avviż għall-attenzjoni ta' l-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri l-oħra kollha, l-industrija tat-tbaħħir, u lil kwalunkwe parti rilevanti oħra.

Artikolu 17

Database Ewropea għal inċidenti marittimi

–  1. Id-data dwar id-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi għandha tinżamm u tiġi analizzata permezz ta' database elettroniku Ewropew li għandu jitwaqqaf mill-Kummissjoni, li għandu jissejjaħ il-Pjattaforma Ewropea ta" Informazzjoni dwar id-Diżgrazzji tal-Baħar (EMCIP).

–  2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet intitolati li jingħatalhom aċċess għad-database.

–  3. Il-korpi investigattivi ta" l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar id-diżgrazzji u l-inċidenti marittimi skond il-format ta" l-Anness II. Huma għandhom jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni d-data li tirriżulta mill-investigazzjonijiet dwar is-sigurtà skond l-iskema tad-database EMCIP.

–  4. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-iskema tad-database u metodu għan-notifika tad-data f'perijodu ta' żmien xieraq.

Artikolu 18

Trattament ġust tal-baħħara

F'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-linji gwida ta' l-IMO dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta' inċident marittimu.

Artikolu 19

Kumitat

–  1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (COSS) stabbilit permezz ta" l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill(9) .

–  2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahrejn.

–  3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont tenut tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 20

Setgħat ta' emenda

Il-Kummissjoni tista" taġġorna d-definizzjonijiet f'din id-Direttiva, u r-riferenzi għall-atti Komunitarji u l-istrumenti ta' l-IMO sabiex tikkonformahom mal-miżuri Komunitarji jew ta' l-IMO li daħlu fis-seħħ, suġġett għall-osservanza tal-limiti ta" din id-Direttiva.

Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3) .

Filwaqt li taġixxi skond l-istess proċedura, il-Kummissjoni tista' temenda wkoll l-Annessi.

Emendi għall-Kodiċi ta' l-IMO jistgħu jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 21

Miżuri Addizzjonali

M'hemm xejn f'din id-Direttiva li għandu jżomm lil xi Stat Membru milli jieħu miżuri addizzjonali dwar is-sikurezza marittima li mhumiex koperti minn din id-Direttiva, kemm-il darba tali miżuri ma jiksrux din id-Direttiva jew b'xi mod jaffettwaw b'mod negattiv il-kisba ta' l-għan tagħha, jew ta' l-għanijiet ta' l-Unjoni .

Artikolu 22

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali li jistgħu jiġu applikati għall-kontravenzjonijiet kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

Artikolu 23

Emendi ta' atti eżistenti

–  1. L-Artikolu 12 tad-Direttiva 1999/35/KE għandu jitħassar.

–  2. L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/59/KE għandu jitħassar.

Artikolu 24

Traspożizzjoni

–  1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma" din id-Direttiva ....(10) . Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

–  2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 26

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Ghall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.
(2) ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 (ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 546 ), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008 (ĠU C 184 E, 22.7.2008, p. 23 ) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008.
(4) ĠU C 104 E, 30.04.2004, p. 730.
(5) ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1. ║
(6) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10.
(7) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. ║
(8) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║
(9) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. ║
(10)* ĠU: 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


ANNESS I

Kontenut tar-rapport ta' investigazzjoni dwar is-sigurtà

Kelmtejn qabel

Dan jidentifika l-uniku għan ta" l-investigazzjoni dwar is-sigurtà, li rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà fl-ebda każ ma toħloq preżunzjoni ta' responsabbiltà jew tort, u li r-rapport ma jkunx inkiteb, f'dawk li huma kontenut u stil, bl-intenzjoni li jintuża fi proċeduri ġuridiċi.

(Ir-rapport m'għandu jagħmel l-ebda referenza għal evidenza tax-xhieda u lanqas jorbot lil xi ħadd li jissemma fir-rapport ma' xi persuna li tkun tat xhieda matul l-investigazzjoni dwar is-sigurtà.)

–  1. Sommarju

Din il-parti tagħti ħarsa ġenerali tal-fatti bażiċi tad-diżgrazzja jew l-inċident tal-baħar: x'ġara, meta, fejn u kif; tiddikjara ukoll jekk bħala riżultat kienx hemm mwiet, korrimenti, ħsara lill-vapur, l-merkanzija, persuni terzi jew l-ambjent.

–  2. Informazzjoni fattwali

Din il-parti tinkludi numru ta' taqsimiet diskreti, u tagħti biżżejjed informazzjoni li l-korp investigattiv jinterpreta bħala fattwali, tissustanzja l-analiżi u tiffaċilita l-fehim.

Dawn it-taqsimiet jinkludu, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

–  2.1. Dettalji tal-vapur

Bandiera /reġistru,

Identifikazzjoni,

Karatteristiċi ewlenin,

Sidien u dawk li jimmaniġġjawh,

Dettalji tal-kostruzzjoni,

Ekwipażż minimu biex tiġi assigurata s-sigurtà,

Merkanzija awtorizzata.

–  2.2. Dettalji tal-vjaġġ

Portijiet li żar,

Tip ta" vjaġġ,

Informazzjoni dwar il-merkanzija,

Ekwipaġġ.

–  2.3. Informazzjoni dwar id-diżgrazzja jew l-inċident marittimu

Tip ta" diżgrazzja jew inċident marittimu,

Data u l-ħin,

Pożizzjoni u l-inħawi tad-diżgrazzja jew inċident marittimu,

Ambjent estern u intern,

Operat tal-vapur u t-taqsima tal-vjaġġ (voyage segment ),

Post abbord,

Data dwar il-fatturi umani,

Konsegwenzi (għall-persuni, għall-vapur, għall-merkanzija, għall-ambjent, oħrajn).

–  2.4. Involviment ta" l-awtorità tax-xatt u r-reazzjoni ta" emerġenza

Min kien involut,

Mezzi użati,

Ħeffa tar-reazzjoni,

Azzjonijiet meħuda,

Riżultati miksuba.

–  3. Narrattiva

Din il-parti tirrakonta d-diżgrazzja jew inċident marittimu permezz ta" sekwenza ta" ġrajjiet, f'ordni kronoloġika li twassal sa qabel, waqt u wara d-diżgrazzja jew inċident marittimu u l-involviment ta" kulmin kien imdaħħal fiha (jiġifieri persuni, materjal, l-ambjent, apparat jew aġenti esterni). Il-perjodu kopert min-narrattiva jiddependi mis-sekwenza taż-żmien ta' dawk il-ġrajjiet aċċidentali partikolari li kkontribwew direttament għad-diżgrazzja jew l-inċident marittimu. Din il-parti tinkludi wkoll kwalunkwe dettal rilevanti ta' l-investigazzjoni dwar is-sigurtà mwettqa, inklużi r-riżultati ta' l-eżamijiet jew it-testijiet.

–  4. Analiżi

Din il-parti tinkludi għadd ta" taqsimiet diskreti, li jipprovdu analiżi ta" kull ġrajja inċidentali, b'kummenti marbuta mar-riżultati ta" kwalunkwe eżamijiet jew testijiet relevanti li jkunu saru tul l-investigazzjoni dwar is-sigurtà u kwalunkwe azzjoni ta" sigurtà li għandha mnejn tkun diġà ttieħdet sabiex jiġu pprevenuti d-diżgrazzji marittimi.

Dawn it-taqsimiet għandhom ikopru kwistjonijiet bħal:

   Il-kuntest u l-ambjent tal-ġrajja inċidentali,
   azzjonijiet żbaljati jew nuqqasijiet umani, ġrajjiet li jinvolvu materjal perikoluż, effetti fuq l-ambjent, ħsarat fl-apparat, u influwenzi esterni,
   il-fatturi kontributorji li jinvolvu funzjonijiet marbuta ma" persuni, operazzjonijiet abbord il-vapur, amministrazzjoni tax-xatt jew influwenza regolatorja.

L-analiżi u l-kummentarju jagħmluha possibbli għar-rapport sabiex jagħmel konklużjonijiet loġiċi, jistabbilixxi l-fatturi kontributorji kollha, jinkludi dawk b'riskji li għalihom id-difiżi eżistenti mmirati lejn il-prevenzjoni ta" ġrajjiet inċidentali, u/jew dawk immirati lejn l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tal-konsegwenzi tagħhom, jinstabu li jew mhumiex adegwati inkella nieqsa.

–  5. Konklużjonijiet

Din il-parti tikkonsolida l-fatturi kontributorji stabbiliti u d-difiżi nieqsa jew inadegwati (materjali, funzjonali, simboliċi jew proċedurali) li għalihom għandhom jiġu żviluppati azzjonijiet ta' sigurtà sabiex jiġu pprevenuti d-diżgrazzji marittimi.

–  6. Rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà

Meta jkun il-każ, din il-parti tar-rapport tinkludi rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà dderivati mill-analiżi u l-konklużjonijiet u li jorbtu ma' oqsma partikolari, bħal-leġislazzjoni, it-tifsil, il-proċeduri, l-ispezzjoni, it-tmexxija, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, it-taħriġ, ix-xogħol ta' tiswija, il-manutenzjoni, l-assistenza max-xatt u r-reazzjoni ta' emerġenza.

Ir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sigurtà huma indirizzati lil dawk li jkunu fl-aħjar pożizzjoni sabiex jimplimentawhom, bħal sidien il-vapuri, il-maniġers, organizzazzjonijiet rikonoxxuti, awtoritajiet marittimi, servizzi ta' traffiku tal-vapurii, entitajiet ta' l-emerġenza, organizzazzjonijiet marittimi internazzjonali u l-istituzzjonijiet Ewropej, bil-ħsieb li jiġu pprevenuti d-diżgrazzji marittimi.

Din il-parti tinkludi wkoll kwalunkwe rakkomandazzjonijet tas-sigurtà interim li setgħu saru jew kwalunkwe azzjoni ta' sigurtà meħuda matul l-investigazzjoni tas-sigurtà.

–  7. Appendiċi

Fejn xieraq, il-lista li ġejja li mhix waħda eżawrjenti tinthemeż mar-rapport f'format elettroniku u/jew stampat:

   ritratti, xbihat iffilmjati, reġistrazzjonijiet ta' ħsejjes, tabelli, tpinġijiet,
   standards applikabbli,
   termini tekniċi u l-abbrevjazzjonijiet użati,
   studji speċjali dwar is-sigurtà,
   tagħrif mixxellanju.


ANNESS II

DATA TA" NOTIFIKA RIGWARD DIŻGRAZZJI JEW INĊIDENTI MARITTIMI

(Parti mill-Pjattaforma Ewropea ta" l-Informazzjoni dwar id-Diżgrazzji tal-Baħar)

Nota: In-numri sottolineati jfissru li d-data għandha tiġi pprovduta għal kull vapur jekk aktar minn vapur wieħed ikun involut fid-diżgrazzja jew l-inċident marittimu.

01.  L-Istat Membru responsabbli / persuna li għandha tiġi kkuntattjata

02.  L-Istat Membru investigatur

03.  Ir-rwol ta" l-Istat Membru

04.  L-istat kostali affettwat

05.  In-numru ta" Stati li għandhom interess sostanzjali

06.  L-Istati li għandhom interessi sostanzjali

07.  Il-korp notifikatur

08.  Ħin tan-notifika

09.  Data tan-notifika

10.  Isem il-vapur

11.  In-numru ta" l-IMO / ittri distintivi

12.  Bandiera mtajra mill-vapur

13.  It-tip ta" diżgrazzja jew l-inċident marittimu

14.  It-tip ta' vapur

15.  Data tad-diżgrazzja jew l-inċident marittimu

16.  Ħin tad-diżgrazzja jew l-inċident marittimu

17.  Pożizzjoni - Latitudni

18.  Pożizzjoni - Lonġitudni

19.  L-inħawi tad-diżgrazzja jew l-inċident marittimu

20.  Il-port minn fejn salpa l-vapur

21.  Il-port fejn kien destinat

22.  L-iskema ta" separazzjoni tat-traffiku

23.  It-taqsima tal-vjaġġ

24.  L-operat tal-vapur

25.  Il-post abbord

26.  Imwiet:

Ekwipaġġ

Passiġġieri

Oħrajn

27.  Korrimenti gravi:

Ekwipaġġ

Passiġġieri

Oħrajn

28.  Tniġġis

29.  Ħsara lill-vapur

30.  Ħsara lill-merkanzija

31.  Ħsara oħra

32.  Deskrizzjoni qasira tad-diżgrazzja jew l-inċident marittimu

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Lulju 2009Avviż legali