Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (tfassil mill-ġdid) (5726/2/2008 – C6-0223/2008 – 2005/0237B(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5726/2/2008- C6-0223/2008)(1)
,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2)
dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0587),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0330/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fl-24 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament
(KE) Nru .../2008
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri (Verżjoni mfassla mill-ġdid)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1)
,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2)
,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3)
,
Billi:
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijet marittimi(4)
ġiet emendata b'mod sinifikanti f'diversi okkażjonijiet. Ġaladarba għandhom isiru emendi ulterjuri, jeħtieġ li tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.
(2) Fid-dawl tan-natura tad-dispożizzjonijet tad-Direttiva 94/57/KE jidher li jixraq li d-dispożizzjonijet tagħha jiġu mfassla mill-ġdid permezz ta' żewġ istrumenti legali Komunitarji differenti jiġifieri permezz ta' Direttiva u ta' Regolament.
▌ta'
(3
) L-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri għandhom ikunu jistgħu joffru s-servizzi tagħhom fil-Komunità kollha u jikkompetu ma' xulxin filwaqt li jipprovdu livelli ugwali ta' sikurezza u ta' protezzjoni ambjentali. L-istandards professjonali meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom għandhom għalhekk ikunu stabbiliti u applikati b'mod uniformi fil-Komunità kollha.
(4
) Dan l-objettiv għandu jintlaħaq permezz ta' miżuri li jkunu jorbtu adegwatament mal-ħidma u l-attivitajiet
ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u, fejn ikun xieraq
, li jibnu fuqhom
.
(5
) Kriterji minimi għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti bil-ħsieb tat-titjib tas-sikurezza tal-vapuri, u l-prevenzjoni tat-tniġġis minnhom. Il-kriterji minimi stabbiliti fid-Direttiva 94/57/KE għandhom għalhekk jissaħħu.
(6
) Sabiex jingħata rikonoxximent inizjali lill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jkunu awtorizzati jaħdmu f'isem l-Istati Membri, il-konformità mal-kriterji minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament tista' tiġi evalwata b'mod aktar effettiv u b'mod armonizzat u ċentralizzat mill-Kummissjoni flimkien ma' l-Istati Membri li qed jitolbu r-rikonoxximent.
(7
) Ir-rikonoxximent għandu jingħata biss abbażi tar-rendiment ta' kwalità u ta' sikurezza ta' l-organizzazzjoni in kwistjoni
. Għandu jkun żgurat li r-rikonoxximent li jingħata jkun dejjem skond il-kapaċità ta' l-organizzazzjoni kkonċernata. Barra minn hekk ir-rikonoxximent għandu jqis id-differenzi fl-istatus legali u fl-istruttura ta' l-impriża ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti filwaqt li jibqgħu jkunu żgurati l-applikazzjoni uniformi tal-kriterji minimi msemmija qabel
u l-effettività tal-kontrolli Komunitarji. ▌
(8
) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(5)
.
(9
) B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda dan ir-Regolament sabiex tinkorpora emendi sussegwenti għall-konvenzjonijiet, protokolli, kodiċijiet u riżoluzzjonijiet internazzjonali relatati magħha, li taġġorna l-kriterji minimi fl-Anness I u li tadotta l-kriterji sabiex titkejjel l-effettività tar-regoli u l-proċeduri kif ukoll ir-rendiment ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fir-rigward tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri kklassifikati minnhom. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b' elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
(10
) Huwa ta' importanza fundamentali li n-nuqqas minn organizzazzjoni rikonoxxuta li taqdi l-obbligi tagħha jkun jista' jiġi ttrattat malajr u b'mod effettiv u proporzjonat. L-objettiv ewlieni għandu jkun li jiġu kkoreġuti kwalunkwe nuqqasijiet bl-iskop li titneħħa kwalunkwe theddida potenzjali għas-sikurezza jew għall-ambjent fi stadju bikri. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħat neċessarji sabiex tirrikjedi li l-organizzazzjoni rikonoxxuta tieħu l-azzjoni preventiva u ta' rimedju meħtieġa, u sabiex timponi multi u ħlasijiet penali perjodiċi bħala miżuri ta' sfurzar. Meta teżerċita dawn is-setgħat, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan b'mod li jkun konformi mad-drittijiet fundamentali u għandha tiżgura li l-organizzazzjoni tista' tagħmel il-fehmiet tagħha magħrufa matul il-proċedura kollha.
(11
) F'konfirmità ma' l-approċċ użat madwar il-Komunità, id-deċiżjoni li jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta' organizzazzjoni li tonqos milli tissodisfa l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jekk il-miżuri ta' hawn fuq ikunu ineffettivi jew inkella l-organizzazzjoni tippreżenta theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew l-ambjent, trid tittieħed fil-livell tal-Komunità, u għalhekk mill-Kummissjoni, abbażi ta' proċedura ta' kumitat.
(12
) Il-monitoraġġ kontinwu a posteriori ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti sabiex tiġi valutata l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament jista' jitwettaq b'mod iktar effettiv jekk isir b'mod armonizzat u ċentralizzat. Għalhekk, huwa xieraq li l-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istat Membru li qed jitlob ir-rikonoxximent, tingħata r-responsabiltà ta' dan il-kompitu f'isem il-Komunità.
(13
) Bħala parti mill-operazzjonijiet tal-monitoraġġ ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, huwa kruċjali li l-ispetturi tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għall-vapuri u għall-fajls tal-vapuri tkun xi tkun il-bandiera tal-vapur sabiex ikun żgurat jekk l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti ikunux jikkonformaw mal-kriterji minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-vapuri kollha fil-klassijiet rispettivi tagħhom.
(14
) Il-kapaċità ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jidentifikaw malajr u jikkoreġu nuqqasijiet fir-regoli, proċeduri u verifiki interni tagħhom hija kritika għas-sikurezza tal-vapuri li huma jispezzjonaw u jiċċertifikaw. Dik il-kapaċità għandha titjieb permezz ta' kumitat ta" valutazzjoni
indipendenti, li jkun jista' jipproponi
azzjoni ▌għat-titjib sostnut ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha u tiġi żgurata interazzjoni produttiva
mal-Kummissjoni.
(15
) Ir-regoli u l-proċeduri ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti jikkostitwixxu fattur ewlieni sabiex tiżdied is-sikurezza u sabiex jiġu pprevenuti l-inċidenti u t-tniġġis. Għaldaqstant, l-organizzazzjonijiet
rikonoxxuti bdew il-proċess li għandu jwassal għall-armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tagħhom. Dan il-proċess għandu jiġi inkoraġġit u appoġġat mil-leġislazzjoni Komunitarja, billi għandu jkollu impatt pożittiv fuq is-sikurezza marittima kif ukoll fuq il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea tal-bini tal-vapuri.
▌
(16
) L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom ikunu obbligati li jaġġornaw -istandards tekniċi tagħhom u jinfurzawhom b'mod konsistenti sabiex jarmonizzaw ir-regoli tas-sikurezza u jiżguraw implimentazzjoni uniformi tar-regoli internazzjonali fil-Komunità. Meta l-istandards tekniċi ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jkunu identiċi jew simili ħafna, għandu jitqies ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati għal materjali, tagħmir u komponenti f'każijiet xierqa, billi l-iktar standards esiġenti u rigorużi jittieħdu bħala r-referenza.
▌
(17
) Billi t-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-partijiet interessati, kif ukoll id-dritt pubbliku ta' aċċess għall-informazzjoni, huma għodod fundamentali għall-prevenzjoni ta' l-inċidenti fil-baħar, l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jipprovdu l-informazzjoni statutorja rilevanti kollha dwar il-kondizzjonijiet tal-vapuri fil-klassi tagħhom lill-awtoritajiet ta' kontroll ta' l-Istat tal-port, liema informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku ġenerali.
(18
) Biex il-vapuri ma jitħallewx jibdlu l-klassi biex jevitaw li jagħmlu
tiswijiet li tkun talbithom jagħmlu l-organizzazzjoni rikonoxxuta fl-ispezzjoni tagħha, għandhom isiru arranġamenti minn qabel għall-iskambju tal-
informazzjoni kollha rilevanti mill-organizzazzjonjiet rikonoxxuti
bejniethom dwar il-kondizzjonijiet tal-vapuri li għalihom tkun qed tipprova tinbidel il-klassi
u għandhom jinvolvu lill-Istat tal-bandiera meta jkun meħtieġ.
▌
(19
) L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà Marittima (EMSA) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002(6)
għandha tagħti l-assistenza meħtieġa biex tiżgura l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
(20
) Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-organizzazzjonijiet fdati bl-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri li joperaw fil-Komunità, ma jistax jintlaħaq b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-iskala ta' l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.
(21
) Il-miżuri li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri fir-relazzjoni tagħhom ma' l-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri huma stabbiliti fid-Direttiva .../.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ...(7)[dwar konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u
dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijet marittimi](8)
║,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT :
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri li jridu jiġu segwiti mill-organizzazzjonijiet fdati bl-ispezzjoni, il-perizja u ċ-ċertifikazzjoni tal-vapuri għall-konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza fuq il-baħar u l-prevenzjoni tat-tniġġis tal-baħar, filwaqt li jmexxi 'l quddiem l-objettiv tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi. Dan jinkludi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' sikurezza għall-buq, il-makkinarju, u l-istallazzjonijiet elettriċi u tal-kontroll tal-vapuri li jidħlu fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali.
Artikolu 2
Għall-fini ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
a)
"vapur" tfisser vapur li jidħol fl-ambitu tal-konvenzjonijiet internazzjonali;
b)
"konvenzjonijiet internazzjonali' tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar ta' l-1 ta' Novembru 1974 (SOLAS 74) bl-eċċezzjoni tal-kapitolu XI-2 ta' l-Anness għaliha, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-5 ta' April1966 u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri tat-2 ta' Novembru 1973 (Marpol), flimkien mal-protokolli u l-emendi tagħhom, u l-kodiċijiet ta' status mandatorju relatati magħhom fl-Istati Membri kollha, fil-verżjoni aġġornata tagħhom;
c)
"organizzazzjoni" tfisser entità legali, is-sussidjarji tagħha u kwalunkwe entità oħra taħt il-kontroll tagħha, li flimkien jew separatament iwettqu kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament;
d)
"kontroll" tfisser, għall-fini tal-punt (c), drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezz ieħor, fil-liġi jew fil-fatt, li, separatament jew flimkien jikkonferixxu l-possibiltà li tkun eżerċitata influwenza deċiżiva fuq entità legali jew jippermettu lil dik l-entità twettaq il-kompiti li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament;
e)
"organizzazzjoni rikonoxxuta" tfisser organizzazzjoni rikonoxxuta skond dan ir-Regolament;
f)
"awtorizzazzjoni" tfisser att li bih Stat Membru jagħti awtorizzazzjoni jew jiddelega setgħat lil organizzazzjoni rikonoxxuta;
g)
"ċertifikat statutorju" tfisser ċertifikat maħruġ minn jew f'isem Stat tal-bandiera skond il-konvenzjonijiet internazzjonali;
h)
"regoli u proċeduri" tfisser ir-rekwiżiti ta' organizzazzjoni rikonoxxuta għad-disinn, il-kostruzzjoni, it-tagħmir, il-manutenzjoni u l-perizja tal-vapuri;
i)
"ċertifikat tal-klassi" tfisser dokument maħruġ minn organizzazzjoni rikonoxxuta li jiċċertifika li vapur ikun adatt għal użu jew servizz partikolari skond ir-regoli u r-regolamenti
stabbiliti u magħmula pubbliċi minn dik l-organizzazzjoni rikonoxxuta;
j)
"pajjiż tas-sede
" tfisser l-Istat fejn jinsab
l-uffiċċju rreġistrat, it-tmexxija ċentrali jew is-sede prinċipali
ta' organizzazzjoni rikonoxxuta
.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri li jixtiequ jagħtu awtorizzazzjoni lil xi organizzazzjoni li għadha m'hijiex rikonoxxuta għandhom iressqu talba għar-rikonoxximent lill-Kummissjoni flimkien ma' informazzjoni sħiħa dwar, u evidenza ta', konformità ta' l-organizzazzjoni mal-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I u dwar ir-rekwiżit u l-impenn tagħha li hija għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 8(4), 9, 10 u 11.
2. Il-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istati Membri rispettivi li jressqu t-talba, għandha twettaq valutazzjonijiet ta' l-organizzazzjonijiet li għalihom tkun irċeviet talba għar-rikonoxximent sabiex tivverifika li l-organizzazzjonijiet jissodisfaw u jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw mar-rekwiżiti imsemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), għandha tirrifjuta li tirrikonoxxi organizzazzjonijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 jew li l-prestazzjoni tagħhom hija kkunsidrata bħala theddida li mhix aċċettabbli għas-sikurezza jew l-ambjent fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti bi qbil ma' l-Artikolu 14.
Artikolu 4
1. Ir-rikonoxximent għandu jingħata mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3).
▌
2
. Ir-rikonoxximent għandu jingħata lill-entità legali rilevanti li hija l- entità ewlenija fost l-entitajiet legali kollha li jikkostitwixxu l-organizzazzjoni rikonoxxuta. Ir-rikonoxximent għandu jinkludi l-entitajiet legali kollha li jikkontribwixxu biex jiġi żgurat li dik l-organizzazzjoni tipprovdi kopertura għas-servizzi tagħhom mad-dinja kollha.
3
. Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), tista tillimita r-rikonoxximent fir-rigward tat-tipi ta' vapuri, vapuri ta' ċertu daqs, ċerti operazzjonijiet kummerċjali, jew kombinazzjoni tagħhom, skond il-kapaċità ppruvata u l-għarfien espert ta' l-organizzazzjoni kkonċernata. Fit-tali każ, il-Kummissjoni għandha tistqarr ir-raġunijiet għal-limitazzjoni u l-kondizzjonijiet li taħthom il-limitazzjoni għandha titneħħa jew tista' titwessa'. Il-limitazzjoni tista' tiġi riveduta fi kwalunkwe ħin.
4
. Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna regolarment lista ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond dan l-Artikolu. Dik il-lista għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Meta l-Kummissjoni tqis li organizzazzjoni rikonoxxuta tkun naqset milli tissodisfa l-kriterji minimi stipulati fl-Anness I jew l-obbligi tagħha skond dan ir-Regolament , jew li l-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ta' organizzazzjoni rikonoxxuta mar għall-agħar b'mod sinifikanti mingħajr, madankollu, ma dan ikun ta' theddida għas-sikurezza jew għall-ambjent, għandha tirrikjedi li l-organizazzjoni rikonoxxuta kkonċernata tieħu l-azzjoni preventiva u ta' rimedju meħtieġa fl-iskadenzi speċifikati biex tiżgura konformità sħiħa ma' dawk il-kriterji minimi u l-obbligi msemmija u, b'mod partikolari, li tneħħi kwalunkwe theddida potenzjali għas-sikurezza jew għall-ambjent, jew inkella li tindirizza l-kawżi tal-prestazzjoni li sejra għall-agħar.
L-azzjoni preventiva u ta' rimedju tista' tinkludi miżuri protettivi interim meta t-theddida potenzjali għas-sikurezza jew għall-ambjent tkun immedjata.
Madankollu, u mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni immedjata tagħhom, il-Kummissjoni għandha tavża minn qabel lill-Istati Membri kollha li jkunu taw awtorizzazzjoni lill-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata, bil-miżuri li jkollha l-ħsieb tieħu.
Artikolu 6
1. Minbarra l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 5, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(2), timponi multi fuq organizzazzjoni rikonoxxuta:
a)
li n-nuqqas serju jew ripetut li tissodisfa l-kriterji minimi mniżżla fl-Anness I jew l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 8(4), 9, 10 u 11 jew li l-prestazzjoni tagħha li tkun sejra għall-agħar juru nuqqasijiet serji fl-istruttura, fis-sistemi, fil-proċeduri jew fil-kontrolli interni tagħha; jew
b)
li tkun ipprovdiet apposta lill-Kummissjoni informazzjoni inkorretta, mhux kompluta jew li tiżgwida matul il-valutazzjoni tagħha skond l-Artikolu 8(1 ) jew li tkun ostakolat b'mod ieħor din il-valutazzjoni.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta organizzazzjoni rikonoxxuta tonqos milli tieħu l-azzjoni preventiva u ta' rimedju rikjesta mill-Kummissjoni, jew iddum b'mod inġustifikat, il-Kummissjoni tista' timponi ħlasijiet penali perjodiċi fuq dik l-organizzazzjoni sakemm l-azzjoni rikjesta titwettaq b'mod sħiħ.
3. Il-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati kemm mal-gravità tal-każ kif ukoll mal-kapaċità ekonomika ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata, filwaqt li jittieħed kont, b'mod partikolari, tal-punt safejn is-sikurezza jew il-protezzjoni ambjentali tkun ġiet kompromessa.
Dawn għandhom jiġu imposti biss wara li l-organizzazzjoni rikonoxxuta u l-Istati Membri kkonċernati jkunu ngħataw l-opportunità li jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom.
L-ammont globali tal-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi imposti m'għandux jisboq il-5% tal-medja tad-dħul totali min-negozju ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta fit-tliet snin finanzjarji preċedenti għall-attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
▌
Artikolu 7
1. Il-Kummissjoni għandha tirtira r-rikonoxximent ta' l-organizzazzjoniji:
a)
li n-nuqqas tagħha ripetut u serju li tissodifa l-kriterji minimi mniżżla fl-Anness I jew l-obbligi tagħha taħt dan ir-Regolament ikun tali li jikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent;
b)
li n-nuqqas ripetut u serju tal-prestazzjoni tagħha fis-sikurezza u l-prevenzjoni tat-tniġġis ikun tali li jikkostitwixxi theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent;
c)
li ripetutament ma tippermettix jew tostakola l-valutazzjoni tagħha mill-Kummissjoni; jew
d)
li tonqos milli tħallas il-multi u/jew il-ħlasijiet penali perjodiċi msemmija fl-Artikolu 6 (1) u (2). ║ ▌
2. Għall-fini tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-bażi tat-tagħrif kollu disponibbli, inklużi:
a)
ir-riżultati tal-valutazzjoni tagħha stess ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata skond l-Artikolu 8(1);
b)
rapporti mressqa minn Stati Membri skond l-Artikolu 14
tad-Direttiva .../.../KE(9)[dwar konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijet marittimi]
;
c)
analiżi tad-diżgrazzji li jinvolvu vapuri kklassifikati mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti;
d)
kwalunkwe ripetizzjoni tan-nuqqasijiet msemmija fil-punt (a) ta' l-Artikolu 6(1);
e)
kemm hija affettwata l-flotta fil-klassi ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta; u
3. L-irtirar tar-rikonoxximenti għandu jkun deċiż mill-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba minn Stat Membru, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3) u wara li l-organizzazzjoni rikonoxxuta kkonċernata tkun ingħatat l-opportunità li tressaq l-osservazzjonijiet tagħha.
Artikolu 8
1. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti kollha għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni, flimkien ma' l-Istat Membru li jkun ippreżenta t-talba rilevanti għar-rikonoxximent, fuq bażi regolari u mill-anqas kull sentejn biex jiġi żgurat li dawn jissodisfaw l-obbligi taħt dan ir-Regolament u jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I. Il-valutazzjoni għandha tkun limitata għal dawk l-attivitajiet ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. Meta tagħżel l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ser ikunu valutati, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta, għar-rekords tad-diżgrazzji u għar-rapporti magħmula mill-Istati Membri skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva …/…/KE(10)[dwar konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijet marittimi]
.
3. Il-valutazzjoni tista' tinkludi żjara lil fergħat reġjonali ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta kif ukoll spezzjoni aleatorja tal-vapuri, kemm dawk li qed jintużaw kif ukoll dawk li qed jinbnew, sabiex tkun ivverifikata l-prestazzjoni ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta. F'dan il-każ il-Kummissjoni, meta xieraq, għandha tinforma lill-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-fergħa reġjonali. Il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni.
4. Kull sena kull organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tqiegħed ir-riżultati tar-reviżjoni tal-ġestjoni tas-sistema ta' kwalità tagħha għad-dispożizzjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 12(1).
Artikolu 9
1. Ma tista' ssir referenza għall-ebda klawsola ta' ebda kuntratt ta" organizzazzjoni rikonoxxuta ma' parti terza jew fi ftehima ta' awtorizzazzjoni ma' Stat tal-bandiera biex ikun limitat l-aċċess tal-Kummissjoni
għall-informazzjoni neċessarja għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1). ▌
2. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jiżguraw fil-kuntratti tagħhom ma" terzi
għall-ħruġ ta' ċertifikati statutorji jew ta' ċertifikati tal-klassi lil vapur li tali ħruġ għandu jiddependi mill-fatt li l-partijiet ma jopponux l-aċċess lill-ispetturi Komunitarji
abbord dak il-vapur għall-finijiet ta' l-Artikolu 8(1).
Artikolu 10
1. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin perjodikament bil-ħsieb li jżommu ekwivalenza u jiksbu l-
armonizzazzjoni tar-regoli u r-regolamenti
tagħhom u għall-implimentazzjoni tagħhom. Huma għandhom jikkooperaw ma' xulxin bil-ħsieb li jaslu għal interpretazzjoni konsistenti tal-konvenzjonijiet internazzjonali, mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' l-Istati tal-bandiera. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom, f'każijiet fejn dan ikun xieraq, jaqblu dwar il-kondizzjonijiet tekniċi u proċedurali li taħthom jirrikonoxxu reċiprokament iċ-ċertifikati ta" klassifikazzjoni rispettivi tagħhom
abbażi ta' mudelli
ekwivalenti, bl-użu ta' l-aktar standards eżiġenti u rigorużi bħala referenza, b'mod partikolari, filwaqt li jqisu t-tagħmir marittimu li jkollu l-marka tal-konformità, skond id-Direttiva 96/98/KE tal-Kunsill ta" l-20 ta" Diċembru 1996, dwar it-tagħmir marittimu(11)
.
▌
L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jirrikonoxxu, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni, ċertifikati ta' tagħmir marittimu li jkollhom il-marka ta' konformità
skond id-Direttiva ║96/98/KE ║.
Huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'rapporti perjodiċi dwar il-progress bażiku fl-istandards u r-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati għal materjali, tagħmir u komponenti.
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-...(12)
, ibbażat fuq studju indipendenti, fuq il-livell milħuq fil-proċess ta' l-armonizzazzjoni tar-regoli u r-regolamenti
u fuq
ir-rikonoxximent reċiproku. F'każ ta" nuqqas ta" konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu min-naħa ta" l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-miżuri xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkooperaw ma' l-amministrazzjonijiet mill-Istat tal-Port tal-kontroll fejn ikun ikkonċernat vapur tal-klassi tagħhom, b'mod partikolari biex jiffaċilitaw ir-rettifika ta' nuqqasijiet irrappurtati jew diskrepanzi oħra.
4. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jipprovdu lill-amministrazzjonijiet ta' l-Istati Membri kollha li jkunu taw kwalunkwe waħda mill-awtorizzazzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva .../.../KE(13)[dwar konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijet marittimi]
u lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-flotta kklassifikata tagħhom, it-trasferimenti, il-bidliet, is-sospensjonijiet u l-irtirar tal-klassi, irrispettivament mill-bandiera li jtajru l-vapuri.
Tagħrif dwar trasferimenti, bidliet, sospensjonijiet, u rtirar tal-klassi, inkluż tagħrif dwar perizji li suppost saru, rakkomandazzjonijiet li suppost saru, kundizzjonijiet tal-klassi, kundizzjonijiet tal-ħidma jew limitazzjonijiet tal-ħidma maħruġa għall-vapuri klassifikati tagħhom - irrispettivament mill-bandiera li jtajru l-vapuri - għandu jkun ikkomunikat ukoll b'mod elettroniku lid-database komuni ta' spezzjoni użata mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva …/…/KE+ [dwar konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijet marittimi]
fl-istess żmien li jkun irreġistrat fis-sistemi ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta stess u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 72 siegħa wara l-ġrajja li tkun qajjmet l-obbligu li jkun ikkomunikat it-tagħrif. Dak it-tagħrif, bl-eċċezzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal-kundizzjonijiet tal-klassi li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun għadu ma skadiex, għandu jkun ippubblikat fil-website ta' dawn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.
5. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti m'għandhomx joħorġu ċertifikati statutorji għal vapur, irrispettivament mill-bandiera tiegħu, li ġie mniżżel grad jew biddel il-klassi għal raġunijiet ta' sikurezza, qabel ma jagħtu l-opportunità lill-amministrazzjoni kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien raġonevoli dwar jekk hemmx bżonn spezzjoni sħiħa.
6. F'każijiet ta' trasferiment minn organizzazzjoni rikonoxxuta għal oħra, l-organizzazzjoni li tkun qed titrasferixxi għandha, mingħajr dewmien tipprovdi lill-organizzazzjoni li tkun qed tirċievi bil-fajl komplut ta' l-istorja tal-vapur u, b'mod partikolari, tinfurmaha dwar:
a)
kwalunkwe perizja li ż-żmien għaliha jkun skada;
b)
kwalunkwe rakkomandazzjoni u kundizzjoni tal-klassi li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun skada;
c)
il-kundizzjonijiet tal-ħidma maħruġa kontra l-vapur, u
d)
il-limitazzjonijiet tal-ħidma maħruġa kontra l-vapur.
Ċertifikati ġodda għall-vapur jistgħu jinħarġu mill-organizzazzjoni li tkun qed tirċievi biss wara li jitlestew b'mod sodisfaċenti l-perizji kollha u wara li r-rakkomandazzjonijiet jew il-kundizzjonijiet tal-klassi kollha fir-rigward tal-vapur li jkunu inħarġu preċedentement u li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun skada jitlestew kif speċifikat mill-organizzazzjoni li tkun qed titrasferixxi.
Qabel ma jitlestew iċ-ċertifikati l-ġodda
, l-organizzazzjoni li tkun qed tirċievi trid tavża lill-organizzazzjoni li tkun qed titrasferixxi bid-data tal-ħruġ u għal kull
perizja, rakkomandazzjoni u kundizzjoni tal-klassi li ż-żmien għat-twettiq tagħhom ikun skada, tikkonferma
l-azzjoni meħuda, u tispeċifika l-post u d-data tal-bidu u l-post fejn, u d-data meta, din tintemm b'mod sodisfaċenti
.
L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw rekwiżiti komuni xierqa dwar każijiet ta' trasferiment tal-klassi meta jkunu meħtieġa prekawzjonijiet speċjali. Bħala minimu, dawk il-każijiet għandhom jinkludu t-trasferiment tal-klassi ta' vapuri ta' 15-il sena jew aktar u t-trasferiment minn organizzazzjoni mhux rikonoxxuta għal organizzazzjoni rikonoxxuta.
L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu b'mod xieraq.
Artikolu 11
1. L-Istati Membri, flimkien ma" l-
organizzazzjonijiet rikonoxxuti għandhom jistabbilixxu,sa ...(14)Kumitat ta" Valutazzjoni
skond l-istandards ▌tal-kwalità EN 45012. L-assoċjazzjonijiet
professjonali rilevanti li jaħdmu fl-industrija tal-vapuri jistgħu jipparteċipaw fil-kapaċità ta' konsulenza.
2. Il-Kumitat ta' Evalwazzjonigħandu jwettaq
il-kompiti li ġejjin:
a)
regolamentazzjoni u
valutazzjoni kontinwa
tas-sistemi ta' mmaniġġar tal-kwalità ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti, f'konformità mal-kriterji ta' l-istandard tal-kwalità ISO 9001;
b)
iċ-ċertifikazzjoni tas-sistema
tal-kwalità ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti▌;
c)
il-ħruġ ta' interpretazzjonijiet li jorbtu
ta' standards ta' ġestjoni ta' kwalità rikonoxxuti internazzjonalment, b'mod partikolari biex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tan-natura u ta' l-obbligi ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti; u
d)
l-adozzjoni
ta' rakkomandazzjonijiet individwali u kollettivi għat-titjib tar-regoli,
tal-proċessi u tal-mekkaniżmi ta' kontroll intern ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti.
3. Il-Kumitat ta" Valutazzjoni għandu jkun indipendenti
, u għandu jkollu
▌l-kompetenzi neċessarji biex jaġixxi b'awtonomija
mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u għandu jkollu
l-mezzi neċessarji biex iwettaq
il-kompiti tiegħu
b'mod effettiv u bl-aktar standards professjonali għolja. Il-Kumitat ta' Valutazzjoni għandu jistabilixxi
l-metodi tax-xogħol u r-regoli ta' proċedura tiegħu
.
▌
4
. Il-Kumitat ta" Valutazzjoni għandu jipprovdi
lill-partijiet interessati, inkluża
▌l-Kummissjoni, l-informazzjoni sħiħa dwar il-pjan annwali ta' ħidma tiegħu
kif ukoll dwar ir-riżultati li jikseb
u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu
, partikolarment fir-rigward ta' sitwazzjonijiet fejn jista' jkun li ġiet kompromessa s-sikurezza.
5
. Il-Kumitat ta' Valutazzjoni għandu jiġi verifikat
perjodikament mill-Kummissjoni li, filwaqt li taġixxi skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), tista" titlob lill-Kumitat ta' Valutazzjoni biex jadotta l-miżuri li l-Kummissjoni tqis li huma meħtieġa biex tkun żgurata konformità sħiħa mal-paragrafu 1
.
6
. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Istati Membri dwar ir-riżultati u s-segwitu tal-valutazzjoni tagħha.
Artikolu 12
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejjuna mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002(15)
.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5 (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 13
1. Dan ir-Regolament jista', mingħajr ma jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, jiġi emendat skond il-proċedura regolatorju bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4),
sabiex jiġu aġġornati l-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, id-deċiżjonijiet rilevanti ta' l-IMO.
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).
2. L-emendi għall-konvenzjonijiet internazzjonali definiti fl-Artikolu 2(b) jistgħu jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.
Artikolu 14
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika:
a)
kriterji biex titkejjel l-effettività tar-regoli u tal-proċeduri kif ukoll il-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti fir-rigward tas-sikurezza, u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri kklassifikati tagħhom, filwaqt li tqis b'mod partikolari d-data mill-Memorandum ta' Ftehim ta' Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port u/jew minn skemi simili oħra; u
b)
kriterji sabiex jiġi determinat meta tali prestazzjoni għandha titqies bħala theddida mhux aċċettabbli għas-sikurezza jew għall-ambjent, li jistgħu jieħdu kont ta' ċirkostanzi speċifiċi li jaffettwaw organizzazzjonijiet ta' daqs żgħir jew speċjalizzati ħafna.
Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi non-essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4) .
2. Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh li għandhom x'jaqsmu ma' l-Artikolu 6 u, jekk xieraq, ma' l-Artikolu 7 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(4).
3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni immedjata tal-kriterji minimi stabbiliti fl-Anness I, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), tadotta regoli dwar l-interpretazzjoni tagħhom u tista' tikkunsidra l-istabbiliment ta' objettivi għall-kriterji minimi ġenerali msemmija fil-punt 3 tal-Parti B ta' l-Anness I.
Artikolu 15
1. L-organizzazzjonijiet li, mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kienu ngħataw ir-rikonoxximent skond id-Direttiva 94/57/KE għandhom iżommu r-rikonoxximent tagħhom, soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.
2. Bla ħsara għall-Artikoli 5 u 7 , il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina r-rikonoxximenti limitati kollha mogħtija skond id-Direttiva 94/57/KE fid-dawl ta' l-Artikolu 4(2)
ta' dan ir-Regolament sa...(16)
, bil-għan li jkun deċiż, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(3), jekk il-limitazzjonijiet għandhomx ikunu sostitwiti b'oħrajn jew jekk għandhomx jitneħħew. Il-limitazzjonijiet għandhom jibqgħu japplikaw sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni.
Artikolu 16
Matul il-valutazzjoni skond l-Artikolu 8(1), il-Kummissjoni għandha tivverifika li d-detentur tar-rikonoxximent huwa l-entità legali rilevanti fl-organizzazzjoni li għaliha għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Jekk dak ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni li temenda dak ir-rikonoxximent.
Meta l-Kummissjoni temenda r-rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-ftehimiet tagħhom ma' l-organizzazzjoni rikonoxxuta biex jieħdu kont ta' l-emenda.
Artikolu 17
Il-Kummissjoni, kull sentejn, għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 18
Ir-referenzi fil-liġi Komunitarja u dik nazzjonali għad-Direttiva 94/57/KE għandhom jinftiehmu, kif xieraq, bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 19
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Pożizzjoni
tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007 (ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 632), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2008 (ĠU C 190 E, 29.7.2008, p. 1
) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008
.
* ║Tnax-il xahar mid
-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
ANNESS I
IL-KRITERJI MINIMI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET
(IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3)
A. KRITERJI MINIMI ĠENERALI
1. Sabiex tkun eliġibbli biex tikseb jew tkompli tgawdi għarfien Komunitarju,
Organizzazzjoni rikonoxxuta għandu jkollha personalità legali fl-Istat fejn ikollha s-sede. Il-kontijiet tagħha għandhom ikunu ċċertifikati minn awdituri indipendenti
2. L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun kapaċi tiddokumenta esperjenza estensiva fil-valutazzjoni tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vapuri tal-merkanzija.
3. L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun komposta f'kull ħin minn persunal maniġerjali, tekniku, ta' appoġġ u ta' riċerka sinifikanti li jirrifletti d-daqs tal-flotta fil-klassi tagħha, il-kompożizzjoni tagħha u l-involviment ta' l-organizzazzjoni fil-kostruzzjoni u l-konverżjoni ta' vapuri. L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun tista' tagħti lil kull post tax-xogħol, meta u kif ikun hemm bżonn, mezzi u persunal li jirriflettu l-ħidmiet li għandhom jitwettqu skond il-kriterji ġenerali minimi taħt il-punti 6 u 7 u bi kriterji minimi speċifiċi taħt il-Parti B.
4. L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandu jkollha u għandha tapplika sett ta' regoli komprensivi u proċeduri tagħha stess, jew l-abbiltà murija tagħha għalhekk, għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-perizja perjodika tal-vapuri tal-merkanzija, li jkollhom il-kwalità ta' standards internazzjonali rikonoxxuti. Dawn iridu jkunu ppubblikati u kontinwament aġġornati u mtejba mill-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp.
5. L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tippubblika r-reġistru tagħha tal-vapuri fuq bażi annwali jew iżżomm dan ir-reġistru f'ġabra ta' data li tkun
aċċessibbli għall-pubbliku.
6. L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma għandhiex tkun ikkontrollata mis-sidien jew mill-bennejja tal-vapuri, jew minn oħrajn involuti b'mod kummerċjali fil-manifattura, it-tagħmir, it-tiswija jew l-operazzjoni tal-vapuri. L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma tkunx sostanzjalment dipendenti fuq impriża kummerċjali waħda għad-dħul tagħha. L-organizzazzjoni rikonoxxuta ma twettaqx xogħol tal-klassi jew statutorju jekk tkun identika ma' jew ikollha rabtiet tan-negozju, personali jew tal-familja ma' sid il-vapur jew ma' l-operatur. Din l-inkompatibilità għandha tapplika wkoll għall-periti impjegati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta.
7. L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid topera skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness għar-Riżoluzzjoni A.789(19) ta' l-IMO dwar speċifikazzjonijiet dwar il-funzjoni ta' perizja u ta' ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f'isem l-amministrazzjoni, sakemm ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
B. KRITERJI MINIMI SPEĊIFIĊI
1. L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha
tipprovdi kopertura dinjija permezz tal-persunal teknikuesklussiv
tagħha jew, f'każijiet ▌ debitament ġustifikati, permezz tal-persunal teknikuesklussiv
ta' organizzazzjonijiet oħra ▌.
2. L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun irregolata b'kodiċi ta' etika.
3. L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tkun ġestita u amministrata b'mod li jiżgura l-kunfidenzjalità tat-tagħrif meħtieġ mill-amministrazzjoni.
4. L-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tipprovdi t-tagħrif relevanti lill-amministrazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-partijiet interessati.
5. L-organizzazzjoni rikonoxxuta, il-periti u l-persunal tekniku tagħha għandhom iwettqu l-ħidma tagħhom mingħajr ma bl-ebda mod jagħmlu ħsara lid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tat-tarznari, tal-fornituri tat-tagħmir u tal-proprjetarji tal-vapuri, inklużi l-brevetti, il-liċenzji, l-għerf tas-sengħa, jew kull xorta ta' għarfien li l-użu tiegħu huwa legalment protett fuq livell Komunitarju jew nazzjonali. ║Mingħajr
preġudizzju għas-setgħat ta' valutazzjoni ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni u b'mod partikolari taħt l-Artikolu 9, l-organizzazzjoni rikonoxxuta u l-periti u l-persunal tekniku tagħha, li hija timpjega, ma jistgħux, taħt l-ebda ċirkostanza,
jgħaddu jew jiżvelaw data kummerċjalment rilevanti miksuba waqt ix-xogħol tagħhom ta' spezzjoni, kontroll, u monitoraġġ tal-vapuri taħt kostruzzjoni jew għat-tiswija.
6. L-amministrazzjoni ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tiddefinixxi u tiddokumenta l-politika u l-objettivi tagħha għal, u l-impenn tagħha favur, il-kwalità u trid tiżgura li din il-politika tkun mifhuma, implimentata u miżmuma fil-livelli kollha fl-organizzazzjoni rikonoxxuta. Il-politika ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta trid tirreferi għall-miri u l-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza u tal-prevenzjoni tat-tniġġis.
7. L-organizzazzjoni rikonoxxuta tiżgura li:
a)
ir-regoli u l-proċeduri tagħha jkunu stabbiliti u miżmuma b'mod sistematiku;
b)
ir-regoli u l-proċeduri tagħha jkunu segwiti u titwaqqaf sistema interna biex titkejjel il-kwalità tas-servizz b'rabta ma' dawn ir-regoli u proċeduri;
c)
il-ħtiġiet tax-xogħol statutorju li għalih hija awtorizzata l-organizzazzjoni rikonoxxuta jkunu sodisfatti u titwaqqaf sistema interna biex titkejjel il-kwalità tas-servizz b'rabta mal-konformità ma' l-istandards internazzjonali;
d)
ir-responsabilitajiet, is-setgħat u l-interrelazzjoni tal-persunal li x-xogħol tagħhom jaffettwa l-kwalità tas-servizzi ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta jkunu ddefiniti u ddokumentati;
e)
ix-xogħol kollu jitwettaq f'konformità ma' kundizzjonijiet ikkontrollati;
f)
tkun teżisti sistema ta' sorveljanza li timmonitorja l-azzjonijiet u x-xogħol imwettqa mill-periti u l-persunal tekniku u amministrattiv impjegati mill-organizzazzjoni rikonoxxuta;
g)
il-periti għandhom għarfien kbir tat-tip ta' vapur partikulari li fuqu jwettqu x-xogħol tagħhom kif meħtieġ għall-perizja partikulari li tkun ser issir u skond ir-rekwiżiti applikabbli;
h)
tkun implimentata sistema għall-kwalifikazzjoni ta' periti u l-aġġornament kontinwu ta' l-għarfien tagħhom;
i)
jinżammu reġistri, li juru l-kisba ta' l-istandards meħtieġa fl-oġġetti koperti mis-servizzi mwettqa, kif ukoll l-operazzjoni effettiva tas-sistema tal-kwalità;
j)
tinżamm sistema komprensiva ta' verifiki interni ppjanati u ddokumentati li għandhom x'jaqsmu ma' l-attivitajiet tal-kwalità fil-postijiet kollha;
k)
il-perizji u l-ispezzjonijiet statutorji rikjesti mis-Sistema Armonizzata tal-Perizji u ċ-Ċertifikazzjoni li għalihom l-organizzazzjoni rikonoxxuta tkun awtorizzata jitwettqu skond id-dispożizzjoni stipulata fl-Anness u fl-Appendiċi għar-Riżoluzzjoni A.948(23) ta' l-IMO dwar Linji Gwida għall-Perizji skond is-Sistema Armonizzata tal-Perizji u ċ-Ċertifikazzjoni;
l)
jiġu stabbiliti linji ta' responsabiltà u ta' kontroll ċari u diretti bejn l-uffiċċji ċentrali u reġjonali ta' l-organizzazzjoni rikonoxxuta u bejn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-periti tagħhom.
8. L-organizzazzjoni ▌ għandha
tkun żviluppat, implimentat u għandha żżomm
sistema effettiva ta' kwalità interna bbażata fuq partijiet xierqa ta' standards ta' kwalità rikonoxxuti internazzjonalment u f'konformità ma' EN ISO/IEC 17020:2004 (korpi ta' spezzjoni) u ma' EN ISO 9001:2000 ▌ kif interpretati u ċċertifikati mill-Kumitat ta" Valutazzjoni msemmi
fl-Artikolu 11(1).
Il-Kumitat ta" Valutazzjoni għandu jaġixxi b'mod indipendenti, u għaldaqstant, għandu jkollu aċċess għall-mezzi kollha meħtieġa sabiex jiffunzjona b'mod korrett u biex iwettaq ħidma kompluta u konsistenti
. . Għandu jkollu ħiliet tekniċi speċjalizzati u estensivi ħafna u kodiċi ta' mġiba li jiggarantixxi l-indipendenza tal-ħidma tal-awdituri.
9. Ir-regoli u r-regolamenti
ta' l-organizzazzjonijiet għandhom
jiġu implimentati b'tali mod li dawn jibqgħu
f'pożizzjoni li skond il-ġudizzju tagħhom u l-għarfien proprju u dirett tagħhom, ikunu jistgħu dejjem jagħmlu
dikjarazzjoni affidabbli u oġġettiva dwar is-sikurezza tal-vapuri kkonċernati permezz ta' ċertifikati tal-klassi li fuq il-bażi tagħhom jistgħu jinħarġu ċertifikati statutorji.
10. L-organizzazzjoni irid ikollha l-mezzi meħtieġa biex tevalwa, bl-użu ta' persunal professjonali kkwalifikat u skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għar-Riżoluzzjoni A.913(22) ta' l-IMO dwar Linji Gwida għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali ta' l-Immaniġġar tas-Sikurezza (ISM) mill-amministrazzjonijiet, l-applikazzjoni u ż-żamma tas-sistema ta' l-immaniġġar tas-sikurezza, kemm ta' mal-kosta kif ukoll fuq il-vapuri, maħsuba li tkun koperta fiċ-ċertifikazzjoni.
11. L-organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tippermetti l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tar-regoli u l-proċeduri tagħha mir-rappreżentanti ta' l-amministrazzjoni u tal-partijiet l-oħra kkonċernati.
ANNESS II
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Direttiva 94/57/KE
Direttiva .../...KE(1)[dwar konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera u dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni u tal-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti ta' l-amministrazzjonijet marittimi]