Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0103(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0402/2008

Testi mressqa :

A6-0402/2008

Dibattiti :

PV 18/11/2008 - 4
CRE 18/11/2008 - 4

Votazzjonijiet :

PV 19/11/2008 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0549

Testi adottati
DOC 1013k
L-Erbgħa, 19 ta' Novembru 2008 - Strasburgu Verżjoni finali
Skemi ta' appoġġ għall-bdiewa taħt il-PAK *
P6_TA(2008)0549A6-0402/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta" appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni għall-bdiewa u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (COM(2008)0306 – C6-0240/2008 – 2008/0103(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0306),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 36 u 37 u l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0240/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta" l-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0402/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1(a) (ġdida)
(1 a)  Il-burokrazija fis-settur agrikolu għandha titnaqqas permezz ta' regoli aktar trasparenti, li jinftehmu aħjar u li jorbtu anqas. L-uniku mod kif il-politika agrikola komuni se tkun f'pożizzjoni li tikkontribwixxi biex tkun garantita l-kompetittività tal-intrapriżi agrikoli f'suq globalizzat hu billi jonqsu l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2(a) (ġdida)
(2 a)  Għandu jsir sforz kontinwu għas-simplifikazzjoni, għat-titjib u għall-armonizzazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità kull sentejn.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2 b (ġdida)
(2 b)  Jekk jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jiġu armonizzati l-kontrolli , jiġu amalgamati l-kontrolli, anke fi ħdan l-istituzzjonijiet, u l-pagamenti jsiru fil-ħin ikun hemm aktar appoġġ ġenerali mill-bdiewa għas-sistema tal-kundizzjonalità u b'hekk tiżdied l-effettività tal-politika.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 2 c (ġdida)
(2 c)  Sabiex ikun limitat il-piż li hemm fuq il-bdiewa, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jitħeġġu biex jillimitaw kemm jistgħu kemm in-numru ta' kontrolli fuq il-post u kemm in-numru ta' aġenżiji ta' kontroll bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 1 . L-Istati Membri għalhekk għandhom jitħallew iwettqu għadd minimu ta' kontrolli fil-livell tal-aġenzija li tħallas. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jitħeġġu biex jieħdu miżuri addizzjonali sabiex jillimitaw in-numru ta' persuni li jagħmlu l-kontrolli, biex ikun żgurat li dawn ikunu mħarrġa kif xieraq u jillimitaw il-perjodu li matulu jista' jsir kontroll fuq il-post f'razzett partikolari għal mhux aktar minn ġurnata waħda. Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri biex jissodisfaw ir-rekwiżiti għas-selezzjonijiet integrati tal-kampjuni. Is-selezzjoni tal-kampjuni għall-kontrolli fuq il-post għandha issir indipendentament mill-persentaġġi ta" kontroll minimu speċifiċi kif previst skont il-leġiżlazzjoni speċifika li taqa" fl-ambitu tal-kundizzjonalità.
________
1 ĠU L 141, 30 .4.2004, p. 18.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 2 d (ġdida)
(2 d)  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-bdiewa ma jiġux ikkastigati darbtejn għall-istess każ fejn ma jikkonformawx, speċifikament permezz ta' tnaqqis jew esklużjoni tal-pagamenti, jew anke permezz ta' multa minħabba nuqqas ta" konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 3
(3)  Barra minn hekk, biex jiġi evitat l-abbandun ta' art agrikola u jiġi żgurat li din tinżamm f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 stabbilixxa qafas Komunitarju li fih l-Istati Membri jadottaw "standards" wara li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona konċernata, inklużi l-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi, sistemi eżistenti ta" biedja (użu ta" l-art, newba ta" l-uċuh tar-raba" ("crop rotation"), prattiċi tal-farms) u strutturi tal-farms. It-tneħħija tas-serħan ta' l-artijiet fi ħdan l-iskema ta' pagament uniku tista' f'ċerti każijiet ikollha effetti negattivi għall-ambjent, b'mod partikolari fir-rigward ta' ċerti karatteristiċi ta' pajsaġġ. Għaldaqstant huwa xieraq, fejn ikun adegwat, li d-dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti li għandhom fil-mira tagħhom il-protezzjoni tal-karatteristiċi speċifikati ta' pajsaġġ jiġu msaħħa .
(3)  Barra minn hekk, biex jiġi evitat l-abbandun ta' art agrikola u jiġi żgurat li din tinżamm f'kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 stabbilixxa qafas Komunitarju li fih l-Istati Membri jadottaw "standards" wara li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona konċernata, inklużi l-ħamrija u l-kundizzjonijiet klimatiċi, sistemi eżistenti ta" biedja (użu ta" l-art, newba ta" l-uċuh tar-raba" ("crop rotation"), prattiċi tal-farms) u l-istrutturi tal-farms. It-tneħħija tas-serħan ta' l-artijiet fi ħdan l-iskema ta' pagament uniku tista' f'ċerti każijiet ikollha effetti negattivi għall-ambjent, b'mod partikolari fir-rigward tal-bijodiversità, ta' ċerti karatteristiċi ta' pajsaġġ. Għaldaqstant huwa xieraq, fejn ikun adegwat, li jissaħħew id-dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti li bħala għan għandhom il-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-karatteristiċi speċifiċi ta' pajsaġġ. Waqt li titqies il-ħtieġa li jiġu rispettati l-ogħla standards fl-iżgurar tal-kwalità ta' l-ilma kif stipulat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, m'għandha tkun imposta l-ebda restrizzjoni supplimentari li tostakola l-iżvilupp rurali mixtieq.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 4
(4)  Il-protezzjoni u l-ġestjoni ta' l-ilma fil-kuntest ta' l-attività agrikola f'ċerti nħawi qed issir problema dejjem tikber. Huwa għalhekk xieraq li jissaħħaħ ukoll il-qafas Komunitarju eżistenti dwar il-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba bil-għan li l-ilma jiġi mħares kontra t-tniġġis u t-tnixxija filwaqt li jiġi amministrat l-użu ta' l-ilma.
(4)  Il-protezzjoni u l-ġestjoni ta' l-ilma fil-kuntest ta' l-attività agrikola qegħdin isiru problema f'parti li qiegħda tikber dejjem aktar tal-Komunità . Huwa għalhekk xieraq li jissaħħaħ ukoll il-qafas Komunitarju eżistenti dwar il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin bil-għan li l-ilma jitħares kontra t-tniġġis u t-tnixxija filwaqt li jiġi amministrat l-użu ta' l-ilma, b'mod partikulari billi jitnaqqas il-volum kbir ta' ilma li jinħela kull sena permezz ta" sistemi aħjar għall-ġestjoni agronomika u tal-ilma .
Emendi 190 u 226
Proposta għal regolament
Premessa 6
(6)  Biex jinkiseb bilanċ aħjar bejn l-għodod ta' politika mfassla biex jippromovu l-agrikoltura sostenibbli u dawk intenzjonati biex jippromovu l-iżvilupp rurali, ġiet introdotta sistema ta' tnaqqis progressiv fil-pagamenti diretti ("il-modulazzjoni") permezz tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Din is-sistema għandha tinżamm inkluż l-eżenzjoni mill-applikazzjoni tagħha ta' pagamenti sa EUR 5 000 .
(6)  Biex jinkiseb bilanċ aħjar bejn l-għodod ta' politika mfassla biex jippromovu l-agrikoltura sostenibbli u dawk intenzjonati biex jippromovu l-iżvilupp rurali, ġiet introdotta sistema ta' tnaqqis progressiv fil-pagamenti diretti ("il-modulazzjoni") permezz tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Din is-sistema għandha tinżamm inkluż l-eżenzjoni mill-applikazzjoni tagħha ta' pagamenti sa EUR 10 000 .
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 7
(7)  L-iffrankar fl-ispejjeż li jsir permezz tal-mekkaniżmu tal-modulazzjoni li ddaħħal bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jintuża għall-finanzjament ta' miżuri taħt il-politika għall-iżvilupp rurali. Sa mill-adozzjoni ta' dan ir-Regolament is-settur agrikolu kellu jiffaċċja għadd ta' sfidi ġodda u impenjattivi bħat-tibdil fil-klima, l-importanza dejjem tiżdied tal-bijoenerġija, kif ukoll il-ħtieġa għal ġestjoni aħjar ta' l-ilma u għal protezzjoni aktar effettiva tal-bijodiversità. Il-Komunità Ewropea, bħala parti kontraenti għall-Protokoll ta' Kyoto, ġiet mitluba tadatta l-politiki tagħha fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, wara l-problemi serji li nqalgħu marbuta mas-skarzezza ta' l-ilma u n-nixfa, jeħtieġ li l-kwistjonijiet dwar il-ġestjoni ta' l-ilma jerġgħu jiġi indirizzati. Il-protezzjoni tal-bijodiversità għadha sfida kbira u filwaqt li sar progress importanti, il-ksib tal-mira għall-bijodiversità tal-Komunità Ewropea għall-2010 se jirrikjedi sforzi addizzjonali. Il-Komunità tirrikonoxxi l-ħtieġa li dawn l-isfidi ġodda jiġu ttrattati fil-qafas tal-politiki tagħha. Fil-qasam ta' l-agrikoltura, strumenti tajbin biex dawn jiġu indirizzati huma l-programmi għall-iżvilupp rurali adottati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR ). Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrevedu l-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom skond dan mingħajr ma jiġu mitluba jnaqqsu l-attivitajiet ta' l-iżvilupp rurali ta' bħalissa f'oqsma oħra, jeħtieġ li jkun hemm id-disponibbiltà ta' finanzjament addizzjonali. Madankollu l-perspettivi finanzjarji għall-perjodu 2007 sa 2013 ma jipprovdux għal mezzi finanzjarji għar-rinfurzar tal-politika Komunitarja għall-iżvilupp rurali kif meħtieġ. F'dawn iċ-ċirkostanzi huwa xieraq li parti kbira tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa jiġu mobilizzati għal żieda gradwali fit-tnaqqis tal-pagamenti diretti permezz tal-modulazzjoni.
(7)  L-iffrankar fl-ispejjeż li jsir permezz tal-mekkaniżmu tal-modulazzjoni li ddaħħal bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jintuża għall-finanzjament ta' miżuri taħt il-politika għall-iżvilupp rurali. Sa mill-adozzjoni ta' dan ir-Regolament is-settur agrikolu kellu jiffaċċja għadd ta' sfidi ġodda u impenjattivi bħat-tibdil fil-klima, l-importanza dejjem tiżdied tal-bijoenerġija, kif ukoll il-ħtieġa għal ġestjoni aħjar ta' l-ilma u għal protezzjoni aktar effettiva tal-bijodiversità. Il-Komunità Ewropea, bħala parti kontraenti għall-Protokoll ta' Kyoto, intalbet tadatta l-politiki tagħha fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, wara l-problemi serji li nqalgħu minħabba l-iskarzezza ta' l-ilma u n-nixfa, jeħtieġ li l-kwistjonijiet dwar il-ġestjoni ta' l-ilma jerġgħu jiġi indirizzati. Il-protezzjoni tal-bijodiversità għadha sfida kbira u filwaqt li sar progress importanti, biex jintlaħaq l-objettiv għall-bijodiversità tal-Komunità Ewropea għall-2010 se jkun hemm bżonn ta' sforzi addizzjonali. Il-Komunità tirrikonoxxi l-ħtieġa li dawn l-isfidi ġodda jiġu ttrattati fil-qafas tal-politiki tagħha. Fil-qasam ta' l-agrikoltura, strumenti tajbin biex dawn jiġu indirizzati huma l-programmi għall-iżvilupp rurali adottati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali. Ċertu Stati Membri diġà implimentaw programmi ta' żvilupp rurali intenzjonati biex jiġu affaċjati l-isfidi l-ġodda. Madankollu, sabiex l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jimplimentaw il-programmi għall-iżvilupp rurali tagħhom mingħajr ma jintalbu jnaqqsu l-attivitajiet ta' l-iżvilupp rurali li bħalissa huma fis-seħħ f'oqsma oħra, jeħtieġ li jkun hemm id-disponibbiltà ta' finanzjament addizzjonali. Madankollu l-perspettivi finanzjarji għall-perjodu 2007 sa 2013 ma jipprovdux għal mezzi finanzjarji għat-tisħiħ tal-politika Komunitarja għall-iżvilupp rurali kif meħtieġ. F'dawn iċ-ċirkostanzi huwa xieraq li parti kbira tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa tiġi mobilizzata għal żieda gradwali fit-tnaqqis tal-pagamenti diretti permezz tal-modulazzjoni.
Emendi 11, 197 u 210
Proposta għal regolament
Premessa 8
(8)  It-tqassim ta' appoġġ dirett ta' dħul fost il-bdiewa huwa kkaratterizzat bl-allokazzjoni ta' sehem kbir ta' pagamenti lil għadd pjuttost limitat ta' benefiċjarji kbar. Huwa ċar li l-benefiċjarji aktar kbar ma jirrikjedux li jinkiseb b'effiċjenza l-istess livell ta' appoġġ unitarju bil-għan ta' appoġġ ta' dħul. Minbarra dan, il-potenzjal għal adattament jagħmilha aktar faċli għall-benefiċjarji aktar kbar biex joperaw livelli aktar baxxi ta' appoġġ unitarju. Għaldaqstant jidher li tkun ħaġa ġusta li wieħed jistenna li l-bdiewa b' ammonti għoljin ta' appoġġ jagħtu kontribut partikolari għall-finanzjament ta' miżuri għall-iżvilupp rurali li jindirizzaw sfidi ġodda. Għaldaqstant, jidher xieraq li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jipprovdi għat-tnaqqis imsaħħaħ tal-pagamenti l-aktar għoljin li d-dħul minnhom għandu jintuża wkoll biex jiġu ttrattati l-isfidi ġodda fil-qafas ta' l-iżvilupp rurali. Biex tiġi żgurata l-proporzjonalità ta' dan il-mekkaniżmu t-tnaqqis addizzjonali għandu jiżdied progressivament skond l-ammonti tal-pagamenti konċernati.
(8)  It-tqassim ta' appoġġ dirett ta' dħul fost il-bdiewa huwa kkaratterizzat bl-allokazzjoni ta' sehem kbir ta' pagamenti lil għadd pjuttost limitat ta' benefiċjarji kbar. B'mod indipendenti mit-tip ta' struttura tagħhom, jista' jiġri li l-benefiċjarji aktar kbar ma jkollhomx bżonn li jinkiseb l-istess livell ta' appoġġ unitarju bil-għan ta' appoġġ ta' dħul bħall-benefiċjarji iżgħar . Minbarra dan, il-potenzjal għal adattament jagħmilha aktar faċli għall-benefiċjarji aktar kbar biex joperaw b' livelli aktar baxxi ta' appoġġ unitarju. Għaldaqstant jidher li tkun ħaġa ġusta li wieħed jistenna li l-bdiewa li, meta wieħed iqis l-ammont ta' salarji ta' kull intrapriża kkonċernata, igawdu minn ammonti għoljin ta' appoġġ, jagħtu kontribut partikolari għall-finanzjament ta' miżuri għall-iżvilupp rurali li jindirizzaw sfidi ġodda. Għaldaqstant, jidher xieraq li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jipprevedi tnaqqis akbar tal-pagamenti l-aktar għoljin, u li l-flus ffrankati minħabba dan it-tnaqqis għandhom jintużaw ukoll biex jiġu ttrattati l-isfidi ġodda fil-qafas ta' l-iżvilupp rurali. Biex tiġi żgurata l-proporzjonalità ta' dan il-mekkaniżmu, it-tnaqqis addizzjonali għandu jiżdied progressivament skond l-ammonti tal-pagamenti konċernati. Madankollu, għandu jiġi evitat li l-entitajiet ta" assoċjazzjoni li jiġbru fihom għadd kbir ta" bdiewa, bl-azjendi rispettivi tagħhom, bħal fil-każ tal-koperattivi agrarji, u li jikkonformaw mad-definizzjoni ta" "bidwi" stabbilita f'Artikolu 2 ta" dan ir-Regolament, jiġu meqjusa bħala benefiċjarji kbar, xi ħaġa li ġġib magħha tnaqqis korrispondenti fil-ħlasijiet. Għal dan il-għan, għandu jiġi stabbilit liema entitajiet jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet, biex jiġu eżentati mill- progressività possibbli. Flimkien ma dan, sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni ulterjuri fis-settur agrikolu, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi li jgħaddu minn għandhom il-pagamenti diretti m'għandhomx jitqiesu bħala benefiċjarji kbar meta jkun qed jiġi applikat il-mekkaniżmu ta' modulazzjoni.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 8(a) (ġdida)
(8 a)  Barra minn hekk, se jkun hemm bżonn li l-Istati Membri jkollhom disponibbli appoġġ speċifiku biex jaffaċjaw l-isfidi l-ġodda li jirriżultaw mill-effetti tal-kontroll tas-saħħa tal-Politika Agrikola Komuni.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 16
(16)  Biex il-bdiewa jkunu megħjuna jilħqu livelli ta' l-agrikoltura moderna u ta' kwalità għolja, jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema komprensiva li toffri konsulenza lill-farms kummerċjali . Is-sistema konsultattiva għall-farms għandha tgħin lill-bdiewa jsiru iktar konxji ta" kurrenti materjali u proċessi tal-biedja relatati ma" l-ambjent, sikurezza ta" l-ikel, saħħa u benessri ta" l-annimali mingħajr bl-ebda mod ma jkunu affettwati l-obbligazzjoni u r-responsabbiltà tagħhom li jirrispettaw dawk il-livelli .
(16)  Biex il-bdiewa jkunu megħjuna jilħqu l-istandards ta' agrikoltura moderna u ta' kwalità għolja, jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema komprensiva li toffri konsulenza lill-bdiewa kollha . Is-sistema konsultattiva għall-farms għandha tgħin lill-bdiewa biex jipproduċu b'mod effettiv u li jrendi qligħ u biex isiru iktar konxji ta" kurrenti materjali u proċessi tal-biedja relatati ma" l-ambjent, sikurezza ta" l-ikel, saħħa u benessri ta" l-annimali mingħajr bl-ebda mod ma jkunu affettwati l-obbligazzjoni u r-responsabbiltà tagħhom li jirrispettaw dawk l-istandards .
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 19
(19)  L-amministrazzjoni ta' ammonti żgħar huwa kompitu ta' piż għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Biex jiġu evitati piżijiet amministrattivi żejda huwa xieraq li l-Istati Membri jastjenu milli jikkonċedu pagamenti diretti fejn il-pagament ikun aktar baxx mill-appoġġ medju Komunitarju għal ettaru wieħed jew inkella fejn iż-żona eliġibbli ta' l-istabbiliment agrikolu li għaliha qed jintalab l-appoġġ ikopri anqas minn ettaru wieħed. Għandha ssir dispożizzjoni speċjali għal dawk l-Istati Membri li l-istruttura tal-farm tagħhhom tvarja b'mod sinifikanti minn dik medja tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jingħataw id-diskrezzjoni li jagħżlu l-implimentazzjoni ta' waħda miż-żewġ kriterji billi jqisu l-partikolaritajiet ta' l-istrutturi ta' l-ekonomiji agrikoli tagħhom. Peress li ġew allokati d-drittijiet ta' pagamenti speċjali lil bdiewa b'hekk imsejħa stabbilimenti "bla artijiet", l-applikazzjoni tal-limitu bbażat fuq ettaru ikun mingħajr effett. Għaldaqstant bdiewa bħal dawn għandhom ikunu suġġetti għall-ammont medju minimu bbażat fuq l-appoġġ.
(19)  L-amministrazzjoni ta' ammonti żgħar huwa kompitu ta' piż għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux pagamenti diretti li jkun anqas minn livell minimu li għad irid jiġi stabbilit.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 21
(21)  Pagamenti pprovduti taħt skemi ta' appoġġ Komunitarji għandhom isiru, bis-sħiħ, mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali lill-benefiċjarji, mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis ipprovdut f'dan ir-Regolament, u fi żmien il-perjodi preskritti. Sabiex il-ġestjoni tal-pagamenti diretti tkun aktar flessibbli, l-Istati Membri għandhom jitħallew iħallsu pagamenti diretti mqassma f'żewġ ħlasijiet kull sena.
(21)  L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iħallsu l-pagamenti kollha previsti taħt skemi Komunitarji ta' appoġġ lill-benefiċjarji, mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis previst f'dan ir-Regolament, u fi żmien il-perjodi preskritti. Sabiex il-ġestjoni tal-pagamenti diretti tkun aktar flessibbli, l-Istati Membri għandhom jitħallew iħallsu pagamenti diretti mqassma f'żewġ ħlasijiet kull sena, sabiex minn naħa, fil-każ ta' dewmien, ikunu jistgħu jitħallsu l-interessi skont ir-rata fis-seħħ fis-suq u min-naħa l-oħra, skont il-bżonnijiet tas-settur, biex tingħatalhom ċertu flessibilità biex jiddeċiedu d-dati tal-ħlas.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 23
(23)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-politika agrikola komuni, l-iskemi komuni ta' l-appoġġ għandhom jiġu aġġornati għall-iżviluppi li jsiru, fejn meħtieġ fil-limiti ta' żmien qosra. Għaldaqstant, il-benefiċjarji ma jistgħux iserrħu fuq il-fatt li l-kundizzjonijiet għall-għajnuna mhux ser jinbidlu u għandhom ikunu ppreparati għal reviżjoni possibli ta" l-iskemi fid-dawl ta" l-iżviluppi ekonomiċi jew tal-qagħda tal-baġit.
imħassra
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 23 a (ġdida)
(23 a)  L-ewwel pilastru tal-Politika Agrikola Komuni għandu jinżamm fil-ġejjieni sabiex jiggarantixxi l-irwol ewlieni tal-bidwi bħala l-mutur tal-ekonomija f'diversi reġjuni rurali, bħala l-għassies tal-pajsaġġ u bħala garanti tal-istandards għoljin tas-sikurezza alimentari meħtieġa mill-UE.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 24
(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 stabbilixxa skema ta' pagament uniku li għaqqad id-diversi mekkaniżmi ta' appoġġ eżistenti f'skema unika ta' pagamenti diretti diżakkoppjati. L-esperjenza ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku turi li fiha ċerti elementi li jistgħu jiġu ssimplifikati għall-benefiċċju tal-bdiewa u l-amministrazzjonijiet. Barra minn hekk, peress li sadanittant ġiet implimentata l-iskema ta' pagament uniku mill-Istati Membri kollha li kienu mitluba jagħmlu hekk, għadd ta' dispożizzjonijiet marbutin ma' l-implimentazzjoni inizjali tagħha skadew u għalhekkk dawn għandhom jiġu adattati. F'dan il-kuntest, f'xi każijiet ġie osservat nuqqas sinifikanti fl-użu tad-drittijiet għall-pagamenti. Biex sitwazzjoni bħal din tiġi evitata u meta wieħed iqis li l-bdiewa diġà huma familjari mal-funzjonament ta' l-iskema ta' pagament uniku, il-perjodu stabbilit fil-bidu biex id-drittijiet għall-pagamenti mhux użati jerġgħu lura lir-riżerva nazzjonali għandu jonqos għal sentejn .
(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 stabbilixxa skema ta' pagament uniku li għaqqad id-diversi mekkaniżmi ta' appoġġ eżistenti f'skema unika ta' pagamenti diretti diżakkoppjati. L-esperjenza ta' l-applikazzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku turi li fiha ċerti elementi li jistgħu jiġu ssimplifikati għall-benefiċċju tal-bdiewa u l-amministrazzjonijiet. Barra minn hekk, peress li sadanittant ġiet implimentata l-iskema ta' pagament uniku mill-Istati Membri kollha li ntalbu jagħmlu hekk, għadd ta' dispożizzjonijiet marbutin ma' l-implimentazzjoni inizjali tagħha skadew u għalhekkk dawn għandhom jiġu adattati. F'dan il-kuntest, f'xi każijiet ġie osservat nuqqas sinifikanti fl-użu tad-drittijiet għall-pagamenti. Biex sitwazzjoni bħal din tiġi evitata, il-perjodu previst biex id-drittijiet għall-pagamenti mhux użati jerġgħu lura lir-riżerva nazzjonali għandu jiġi stabbilit għal tliet snin .
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 27
(27)  Is-serħan obbligatorju ta' l-artijiet li jinħadmu ġie introdott bħala mekkaniżmu għall-kontroll tal-provvista. L-iżviluppi fis-suq tas-settur ta' l-uċuħ tar-raba' kkultivati flimkien ma' l-introduzzjoni ta' għajnuniet diżakkoppjati l-ħtieġa għaż-żamma ta' dan l-istrument m'għadhiex iġġustifikata, u għaldaqstant għandu jitneħħa. Għandhom għalhekk jiġu attivati d-drittijiet għas-serħan ta' l-artijiet stabbiliti f'konformità ma' l-Artikoli 53 u 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward ta' l-ettari li jkunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà bħal ta' kwalunkwe dritt ieħor .
(27)  Is-serħan obbligatorju ta' l-artijiet li jinħadmu ġie introdott bħala mekkaniżmu għall-kontroll tal-provvista. Minħabba l-iżviluppi fis-suq tas-settur ta' l-uċuħ tar-raba' kkultivati flimkien ma' l-introduzzjoni ta' għajnuniet diżakkoppjati, il-ħtieġa għaż-żamma ta' dan l-istrument m'għadhiex iġġustifikata, u għaldaqstant għandu jitneħħa. Id-drittijiet għas-serħan ta' l-artijiet stabbiliti f'konformità ma' l-Artikoli 53 u 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom għalhekk isiru drittijiet normali
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 28
(28)  Wara l-integrazzjoni fl-iskema ta' pagament uniku ta' l-appoġġ tas-suq li qabel kien akkoppjat, il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti, f'dawk l-Istati Membri li ħadu l-għażla ta' implimentazzjoni storika, kien ibbażat fuq il-livell individwali ta' l-appoġġ tal-passat. Wara snin dejjem jiżdiedu minn meta ġiet introdotta l-iskema ta' pagament uniku u wara l-integrazzjoni sussegwenti ta' aktar setturi fl-iskema ta' pagament uniku, qed issir ħaġa dejjem aktar diffiċli biex tiġi ġġustifikata l-leġittimità tad-differenzi individwali sinifikanti fil-livell ta' l-appoġġ li huwa bbażat biss fuq l-appoġġ tal-passat. Għal din ir-raġuni l-Istati Membri li kienu għażlu l-implimentazzjoni storika għandhom taħt ċerti kundizzjonijiet jitħallew jirrevedu d-drittijiet għall-pagamenti allokati bil-għan li l-valur ta' l-unità tagħhom jiġi approssimat filwaqt li jkunu rispettati l-prinċipji ġenerali tal-leġiżlazzjoni komunitarja u l-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni. F'dan il-kuntest l-Istati Membri jistgħu iqisu l-ispeċifiċitajiet taż-żoni ġeografiċi meta jistabbilixxu l-valuri li joqorbu aktar. L-ibbilanċjar tad-drittijiet għall-pagamenti għandu jsir waqt perjodu ta' tranżizzjoni adegwat u fi ħdan firxa limitata ta' tnaqqis sabiex il-bdiewa jitħallew jadattaw b'mod raġonevoli għal-livelli varjabbli ta' appoġġ..
(28)  Wara l-integrazzjoni fl-iskema ta' pagament uniku ta' l-appoġġ tas-suq li qabel kien akkoppjat, il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti, f'dawk l-Istati Membri li ħadu l-għażla ta' implimentazzjoni storika, kien ibbażat fuq il-livell individwali ta' l-appoġġ tal-passat. Minħabba li qed jgħaddu dejjem aktar snin minn meta ġiet introdotta l-iskema ta' pagament uniku u wara l-integrazzjoni sussegwenti ta' aktar setturi fl-iskema ta' pagament uniku, qed issir ħaġa dejjem aktar diffiċli biex tiġi ġġustifikata l-leġittimità tad-differenzi individwali sinifikanti fil-livell ta' l-appoġġ li huwa bbażat biss fuq l-appoġġ tal-passat. Għal din ir-raġuni l-Istati Membri li kienu għażlu l-implimentazzjoni storika għandhom taħt ċerti kundizzjonijiet jitħallew jirrevedu d-drittijiet għall-pagamenti allokati bil-għan li l-valur ta' l-unità tagħhom jiġi approssimat filwaqt li jkunu rispettati l-prinċipji ġenerali tal-leġiżlazzjoni komunitarja u l-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni. F'dan il-kuntest l-Istati Membri jistgħu iqisu l-ispeċifiċitajiet taż-żoni ġeografiċi meta jistabbilixxu l-valuri li joqorbu aktar. Il-livellar tad-drittijiet għall-pagamenti għandu jsir waqt perjodu ta' tranżizzjoni adegwat skont ir-ritmu ta' implimentazzjoni magħżul minn kull Stat Membru u fi ħdan firxa limitata ta' tnaqqis sabiex il-bdiewa jitħallew jadattaw b'mod raġonevoli għal-livelli varjabbli ta' appoġġ.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 29(a) (ġdida)
(29 a)  Is-sistema ta" kundizzjonalità u/jew il-Politika Agrikola Komuni probabbilment se jkunu jeħtieġu aktar aġġustamenti fil-futur, peress li l-livell tal-pagamenti mhux dejjem jidher li hu proporzjonat ma" l-isforzi magħmula mill-bdiewa kkonċernati biex jirrispettaw ir-regoli, peress li l-pagamenti għadhom jiddependu ħafna fuq l-infiq storiku. Hu evidenti li l-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali hija partikolarment ta' piż għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem, u dan ma jidhirx fil-livell tal-pagamenti tagħhom. Madankollu, jekk il-prodotti importati għandhom jilħqu l-istess standards fir-rigward tal-benesseri ta" l-annimali, allura ma jkunx hemm il-bżonn li l-bdiewa jiġu kkumpensati għall-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam. Il-Kummissjoni għandha għalhekk taħdem għar-rikonoxximent ta' kwistjonijiet mhux kummerċjali bħall-kriterji tal-importazzjoni fi ħdan in-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 30
(30)  Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, filwaqt li jdaħħal l-iskema ta' pagament uniku diżakkoppjat jippermetti lill-Istati Membri jeskludu ċerti pagamenti minn dik l-iskema. Fl-istess ħin l-Artikolu 64(3) ta' dak ir-Regolament ipprovda għar-reviżjoni ta' l-għażliet li hemm ipprovduti fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu 5 tat-Titoli II, fir-rigward ta' żviluppi strutturali u tas-suq. Analiżi ta' l-esperjenza rilevanti turi li d-diżakkoppjar idaħħal flessibbiltà fl-għażla tal-produtturi, u jiffaċilita t-teħid tad-deċiżjoniet tagħhom dwar il-produzzjoni fuq il-bażi tal-gwadann u tar-reazzjoni fis-suq. Dan huwa l-każ partikolarment għall-uċuħ tar-raba' kkultivati, is-setturi tal-ħopps u taż-żrieragħ, kif ukoll sa ċertu punt, is-settur taċ-ċanga. Għaldaqstant, il-pagamenti parzjalment akkoppjati f'dawn is-setturi għandhom jiġu integrati fl-iskem ta' pagament uniku . Sabiex il-bdiewa fis-settur tal-laħam taċ-ċanga ikunu jistgħu jadattaw gradwalment għall-arranġamenti ta' appoġġ ġodda għandu jkun hemm provvediment għad-dħul f'fażijieti ta' l-integrazzjoni tal-primjum speċjali għall-annimali maskili u l-primjums għall-qatla. Peress li l-pagamenti parzjalment akkoppjati fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix iddaħħlu biss dan l-aħħar, u bħala miżura ta' tranżizzjoni biss, ma' hi meħtieġa l-ebda reviżjoni ta' tali skemi.
(30)  Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, filwaqt li jdaħħal l-iskema ta' pagament uniku diżakkoppjat jippermetti lill-Istati Membri jeskludu ċerti pagamenti minn dik l-iskema. Fl-istess ħin l-Artikolu 64(3) ta' dak ir-Regolament ippreveda r-reviżjoni ta' l-għażliet li hemm previsti fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu 5 tat-Titoli II, fir-rigward ta' żviluppi strutturali u tas-suq. Analiżi ta' l-esperjenza rilevanti turi li d-diżakkoppjar jista' jiggarantixxi flessibbiltà fl-għażla tal-produtturi, li kieku tiffaċilita t-teħid tad-deċiżjoniet tagħhom dwar il-produzzjoni fuq il-bażi tal-gwadann u tar-reazzjoni fis-suq. Għaldaqstant hu mixtieq li dawk l-Istati Membri li jiddeċiedu li jkomplu jiddiżakkoppjaw l-għajnuna jkunu awtorizzati jagħmlu dan. Peress li l-pagamenti parzjalment akkoppjati fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix iddaħħlu biss dan l-aħħar, u bħala miżura ta' tranżizzjoni biss, ma' hi meħtieġa l-ebda reviżjoni ta' tali skemi.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 31(a) (ġdida)
(31 a)  Hemm bżonn li jiġu adottati miżuri speċifiċi biex jgħinu lis-settur tan-nagħaġ, li sejjer lura attwalment. Għandhom jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-ġejjieni tas-setturi tan-nagħaġ u l-mogħoż fl-Ewropa .
________
1 Testi adottati ta' dik id-data, P6_TA(2008)0310.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 32
(32)  F'każijiet definiti b'mod ċar l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw sa 10% tal-limiti massimi tagħhom għall-għoti ta' l-appoġġ speċifiku. Tali appoġġ għandu jippermetti lill-Istati Membri jindirizzaw kwistjonijiet ambjentali u jtejbu l-kwalità u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli. Għandu jkun hemm disponibbli wkoll appoġġ speċifiku bħala protezzjoni kontra l-konsegwenzi tat-tneħħija tal-kwoti tal-ħalib u tad-diżakkoppjar ta' l-appoġġ f'setturi li huma partikolarment sensittivi. Minħabba l-importanza dejjem tikber tal-ġestjoni tar-riskji effettiva l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla li jikkontribwixxu finanzarjament għall-primjums li l-bdiewa jħallsu għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ kif ukoll għall-finanzjament tal-kumpens finanzjarju ta' xi telf ekonomiku minħabba każijiet ta' mard ta' l-annimali jew tal-pjanti. Bil-għan li jiġu rispettati l-obbligi internazzjonali tal-Komunità r-riżorsi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe miżura ta' appoġġ akkoppjat għandhom ikunu limitati fuq livell xieraq. Skond dan għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet applikabbli għall-kontributi finanzjarji għall-assigurazzjoni ta' l-uċuħ u l-kumpens relatat mal-mard ta' l-annimali jew tal-pjanti.
(32)  F'każijiet definiti b'mod ċar l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw sa 10% tal-limiti massimi tagħhom għall-għoti ta' l-appoġġ speċifiku. Tali appoġġ għandu jippermetti lill-Istati Membri jindirizzaw kwistjonijiet ambjentali u jtejbu l-kwalità u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli. Għandu jkun hemm disponibbli wkoll appoġġ speċifiku bħala protezzjoni kontra l-konsegwenzi tat-tneħħija tal-kwoti tal-ħalib u tad-diżakkoppjar ta' l-appoġġ f'setturi li huma partikolarment sensittivi. Bil-għan li jiġu rispettati l-obbligi internazzjonali tal-Komunità r-riżorsi li jistgħu jintużaw għal kwalunkwe miżura ta' appoġġ akkoppjat għandhom ikunu limitati fuq livell xieraq.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 32 a (ġdid)
(32 a)  Meta wieħed iqis l-importanza dejjem tikber ta' ġestjoni tar-riskji effettiva, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati biex jużaw proporzjon supplimentari massima ta' 5% tal-limiti massimi tagħhom sabiex jingħata appoġġ lill-bdiewa jew lil organizzazzjonijiet jew gruppi ta' produtturi fil-forma ta' kontributi finanzjarji għall-ispejjeż marbuta mal-primjums ta' assigurazzjoni u l-fondi reċiproċi.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 36
(36 ) Id-diżakkoppjar ta' l-appoġġ dirett u l-introduzzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku kienu jikkostitwixxu elementi essenzjali fil-proċess tar-riforma tal-politika agrikola komuni. Madankollu, matul is-sena 2003 għal diversi raġunijiet qamet il-ħtieġa għal talba ta' appoġġ speċifiku għal ċertu numru ta' uċuħ. L-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 flimkien ma' l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fis-suq tindika li skemi li fl-2003 tħallew barra mill-iskema ta' pagament uniku issa jistgħu jiġu integrati f'din l-iskema bil-għan tal-promozzjoni ta' agrikoltura aktar sostenibbli u orjentata għas-suq. Dan hu l-każ partikolarment għas-settur taż-żejt taż-żebbuġ, li fih ġie applikat akkoppjar marġinali biss Huwa l-każ ukoll għall-pagamenti tal-qamħ tad-durum, l-uċuħ ta' proteina, ir-ross, il-lamtu tal-patata, u l-ġewż, għaliex hawnhekk l-effettività dejjem tonqos tal-pagamenti akkoppjati li fadal, iżżid l-appoġġ għall-għażla tad-diżakkoppjar. Fil-każ tal-kittien huwa xieraq ukoll li jitneħħa l-appoġġ għall-ipproċessar u li l-ammonti rilevanti jiġu integrati fl-iskema ta' pagament uniku. Fir-rigward tar-ross, l-għalf imnixxef, il-lamtu tal-patata u l-kittien għandu jiġi pprovdut perjodu ta' tranżizzjoni biex jiġi żgurat it-trasferiment tagħhom lejn appoġġ diżakkoppjat kemm jista' jkun mingħajr l-ebda xkiel. Fir-rigward tal-ġewż, l-Istati Membri għandhom jitħallew ikomplu jħallsu s-sehem nazzjonali ta' l-għajnuna b'mod akkoppjat sabiex jipproteġu kontra l-effetti tad-diżakkoppjar.
(36)  Id-diżakkoppjar ta' l-appoġġ dirett u l-introduzzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku kienu jikkostitwixxu elementi essenzjali fil-proċess tar-riforma tal-politika agrikola komuni. Madankollu, matul is-sena 2003 għal diversi raġunijiet qamet il-ħtieġa għal talba ta' appoġġ speċifiku għal ċertu numru ta' uċuħ. L-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 flimkien ma' l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fis-suq tindika li skemi li fl-2003 tħallew barra mill-iskema ta' pagament uniku issa jkunu jistgħu jiġu integrati f'din l-iskema, skont l-għażla tal-Istati Membri, bil-għan tal-promozzjoni ta' agrikoltura aktar sostenibbli u orjentata għas-suq. Dan hu l-każ partikolarment għas-settur taż-żejt taż-żebbuġ, li fih ġie applikat akkoppjar marġinali biss. Huwa l-każ ukoll għall-pagamenti tal-qamħ tad-durum, ir-ross, il-lamtu tal-patata, u l-ġewż, għaliex hawnhekk l-effettività dejjem tonqos tal-pagamenti akkoppjati li fadal, iżżid l-appoġġ għall-għażla tad-diżakkoppjar. Fir-rigward tar-ross, l-għalf imnixxef, il-lamtu tal-patata u l-kittien għandu jiġi pprovdut perjodu ta' tranżizzjoni biex jiġi żgurat it-trasferiment tagħhom lejn appoġġ diżakkoppjat kemm jista' jkun mingħajr l-ebda xkiel. Fir-rigward tal-ġewż, l-Istati Membri għandhom jitħallew ikomplu jħallsu s-sehem nazzjonali ta' l-għajnuna b'mod akkoppjat sabiex jipproteġu kontra l-effetti tad-diżakkoppjar.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 37
(37)  Bħala riżultat ta' l-integrazzjoni ta' l-iskemi ġodda fl-iskema ta' pagament uniku, għandha ssir dispożizzjoni għall-kalkolu tal-livell ġdid ta' l-appoġġ ta' dħul individwali taħt dik l-iskema. Fil-każ tal-ġewż, il-lamtu tal-patata, il-kittien u l-għalf imnixxef , it-tali żieda għandha tingħata abbażi ta' l-appoġġ li jkunu rċevew il-bdiewa fis-snin l-aktar reċenti. Madankollu, fil-każ ta' l-integrazzjoni tal-pagamenti li s'issa kienu parzjalment esklużi mill-iskema ta' pagament uniku, l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla li jużaw il-perjodi ta' referenza oriġinali.
(37)  Bħala riżultat ta' l-integrazzjoni ta' l-iskemi ġodda fl-iskema ta' pagament uniku, għandha ssir dispożizzjoni għall-kalkolu tal-livell ġdid ta' l-appoġġ ta' dħul individwali taħt dik l-iskema. Fil-każ tal-ġewż, il-lamtu tal-patata u l-kittien , it-tali żieda għandha tingħata abbażi ta' l-appoġġ jew tal-kwoti ta' produzzjoni li jkunu ngħataw lill-bdiewa fis-snin l-aktar reċenti. Madankollu, fil-każ ta' l-integrazzjoni tal-pagamenti li s'issa kienu parzjalment esklużi mill-iskema ta' pagament uniku, l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla li jużaw il-perjodi ta' referenza oriġinali.
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 38
(38)  Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi appoġġ speċifiku għall-uċuħ ta' enerġija bil-għan li jservi ta' għajnuna għas-settur biex dan jiżviluppa. Minħabba żviluppi reċenti fis-settur tal-bijoenerġija u, b'mod partikolari, minħabba d-domanda qawwija għal prodotti bħal dawn fis-swieq internazzjonali u l-introduzzjoni ta' miri obbligatorji fir-rigward tas-sehem tal-bijoenerġija tal-fjuwil totali sa l-2020 ma hemmx raġuni sinifikanti għall-għoti ta' appoġġ speċifiku għall-uċuħ ta' enerġija.
(38)  Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi appoġġ speċifiku għall-uċuħ ta' enerġija bil-għan li jservi ta' għajnuna għas-settur biex dan jiżviluppa. Minħabba żviluppi reċenti fis-settur tal-bijoenerġija u, b'mod partikolari, minħabba d-domanda qawwija għal prodotti bħal dawn fis-swieq internazzjonali u l-introduzzjoni ta' miri obbligatorji fir-rigward tas-sehem tal-bijoenerġija tal-fjuwil totali sa l-2020 ma hemmx raġuni sinifikanti għall-għoti ta' appoġġ akkopjat għall-uċuħ ta' enerġija. L-ammonti relevanti għandhom, għalhekk, fil-futur jiġu ttrasferiti għall-iskema ta' appoġġ uniku.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 - punt d
d) skemi ta' appoġġ għall-bdiewa li jipproduċu r-ross, il-patata tal-lamtu, il-qoton, iz-zokkor, il-frott u l-ħaxix, il-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż u ċ-ċanga u l-vitella;
d) skemi ta' appoġġ għall-bdiewa li jipproduċu r-ross, l-uċuħ tal-proteini, il-patata tal-lamtu, il-qoton, iz-zokkor, il-frott u l-ħaxix, tat-tabakk, il-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż u ċ-ċanga u l-vitella;
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt a
a) "bidwi" tfisser persuna naturali jew legali, jew grupp ta' persuni naturali jew legali, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li l-ażjenda tiegħu tinsab f'territorju tal-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 299 tat-Trattat, u li jeżerċita attività agrikola;
a) "bidwi" tfisser persuna naturali jew legali, jew grupp ta' persuni naturali jew legali, hu x'inhu l-istatus legali mogħti lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li l-ażjenda tiegħu tinsab f'territorju tal-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 299 tat-Trattat, u li jeżerċita attività agrikola li tipprovdilu l-biċċa l-kbira tad-dħul tiegħu ;
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt a a (ġdid)
a a) "bidwi li jkun intitolat għall-pagamenti" tfisser bidwi li ġie allokat drittijiet għall-pagamenti, jew inkella li dawn ġew trasferiti lilu b'mod definittiv;
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu f a (ġdid)
f a) "reġjun" tfisser Stat Membru, reġjun ġo Stat Membru jew zona ġeografika ġo Stat Membru b'karatteristiċi speċifiċi u/jew żvantaġġi strutturali speċifiċi, skont l-għażla ta' l-Istat Membru kkonċernat;
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Bidwi li jirċievi pagamenti diretti għandu jirrispetta kundizzjonijiet amministrattivi statutorji elenkati fl-Anness II, u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbilita bl-Artikolu 6.
1.  Bidwi li jirċievi pagamenti diretti għandu jirrispetta l-kundizzjonijiet amministrattivi statutorji elenkati fl-Anness II, u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stabbilita bl-Artikolu 6, sakemm ma jkunx imprattiku u sproporzjonat li dan isir .
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)
1 a.  Kull bidwi li jirċievi pagamenti diretti hu marbut li jirrispetta r-regoli ta' sigurta' fuq il-post tax-xogħol u anke r-regoli kuntrattwali previsti mill-Istat Membru kkonċernat.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikoku 5 – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)
a a) sikurezza fuq il-post tax-xogħol,
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-art agrikola kollha, speċjalment art li m'għadhiex tintuża għall-skopijiet tal-produzzjoni, tinżamm f'kundizzjoni agrikola and ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, il-kundizzjonijiet minimi għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba fuq il-bażi tal-qafas stabbilit fl-Anness III, wara li jkunu tqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta' ż-żoni konċernati, inklużi l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi, sistemi tal-biedja eżistenti, użu ta" l-art, newba ta" l-uċuh tar-raba", prattiċi tal-biedja, u strutturi tal-farms.
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-art agrikola kollha, speċjalment art li m'għadhiex tintuża għall-skopijiet tal-produzzjoni, tinżamm f'kundizzjoni agrikola and ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, il-kundizzjonijiet minimi għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba waqt li jitqiesu t-temi previsti fl-Anness III u l-linji gwida tal-Kummissjoni u/jew standards oħra konsistenti man-natura proprja ta" l-industrija tal-biedja , il-karatteristiċi speċifiċi ta' ż-żoni konċernati, inklużi l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi, sistemi tal-biedja eżistenti, użu ta" l-art, newba ta" l-uċuħ tar-raba", prattiċi tal-biedja, u strutturi tal-farms. Dawn ir-rekwiżiti minimi huma adattati għal kull sitwazzjoni u jinżammu skont l-aħjar effettività tagħhom (rikonoxxuta mir-riċerka xjentifika u l-esperjenza applikata) mill-prospettiva agronomika u ambjentali.
It-tieni kolonna tal-Anness III tinkludi standards fakultattivi u l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu huma jekk jirrikorrux għalihom jew le. Barra minn hekk, il-miżuri li ttieħdu huma msejsa fuq il-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ u m'għandu jiżdied magħhom l-ebda obbligu supplimentari.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 6 a (ġdid)
Artikolu 6 a
Punti bonus
Kull Stat Membru għandu l-libertà li jimplimenta kundizzjonalità "bonus" li tagħti punti "bonus" lill-bdiewa għal azzjonijiet li javvantaġġjaw lill-bijodiversità implimentati apparti l-obbligi li jirriżultaw minn kundizzjonalitajiet agroambjentali tajbin. L-azzjonijiet eliġibbli taħt dawn il-punti għandhom ikunu definiti minn kull Stat Membru. Il-punti bonus jistgħu jintużaw sabiex jikkumpensaw għall-punti ta' penalità li jkunu nkisbu fil-qasam tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin imsemmija fl-Artikolu 6. Il-mekkaniżmi ta' kumpens se jkunu definiti mill-Istati Membri.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Article 6 b (ġdid)
Artikolu 6 b
Sigurtà tal-ikel
L-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti biex jagħtu l-prijorità lis-sigurtà tal-ikel nazzjonali u reġjonali, fil-kuntest ta' ġestjoni ekwilibrata u sostenibbli tal-art. Għal dan il-għan, minħabba li hu mbassar li se jkun hemm użu akbar tal-materja prima agrikola għall-produzzjoni tal-enerġija, għandhom iwettqu analiżi tas-sigurtà tal-ikel sabiex tiġi eskluża kull theddida għall-provvista.
Emendi 186, 229 u 39
Proposta għal regolament
Artikolu 7, paragrafu 1
1.  L-ammonti kollha ta' pagamenti diretti li ser jingħataw lil bidwi f'sena kalendarja partikolari għandhom jiġu mnaqqsa għal kull sena sa l-2012 bil-perċentwali li ġejjin:
1.  L-ammonti kollha ta' pagamenti diretti li ser jingħataw lil bidwi f'sena kalendarja partikolari u li jaqbżu l-EUR 10 000 għandhom jitnaqqsu għal kull sena sa l-2012 kif ġej :
(a)  2009: 7% ,
(a)  2009: 6% ,
(b)  2010: 9%,
(b)  2010: 6% ,
(c)  2011: 11%,
(c)  2011: 7% ,
(d)  2012: 13% .
(d)  2012: 7% .
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)
L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li kull żieda tal-modulazzjoni obbligatorja tkun akkumpanjata minn tnaqqis tal-modulazzjoni fakultattiva.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
2.  It-tnaqqis msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżdied:
2.  It-tnaqqis msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiżdied:
a) b'3 punti perċentwali għall-ammonti bejn EUR 200 000 u 199,999 ,
a) b'punt perċentwali għall-ammonti bejn EUR 100 000 u EUR 199 999 ,
b) b'6 punti perċentwali għall-ammonti bejn EUR 200 000 u 299 999 ,
b) b'2 punti perċentwali għall-ammonti bejn EUR 200 000 u EUR 299 999 ,
c) b' 9 punti perċentwali għall-ammonti ta' EUR 300 000 jew aktar.
c) b'3 punti perċentwali għall-ammonti ta' EUR 300 000 jew aktar.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Id-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 japplikaw biss għall-pagamenti kompletament integrati fl-iskema ta' pagament uniku.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
3.  Il-paragafi 1 u 2 ma japplikawx għall-pagamenti diretti mogħtija lill-bdiewa fid-dipartimenti barranin Franċiżi, fl-Ażores u l-Madeira, fil-Gżejjer Kanarji u Eġej.
3.  Il-paragafi 1 u 2 ma japplikawx għall-pagamenti diretti mogħtija lill-bdiewa fid-dipartimenti barranin Franċiżi, fl-Ażores u l-Madeira, fil-Gżejjer Kanarji, fil-Gżejjer Jonji u fil-Gżejjer Eġej.
Emenda 211
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għal kooperattivi u għal entitajiet legali oħra li jkunu magħmula minn diversi bdiewa li jkunu qed jirċievu l-pagament dirett, u li jiffokaw is-sussidji biex iqassmuhom bejn il-membri. Din id-deroga m'għandhiex tapplika għal benefiċjarji li jirċievu EUR 100,000 jew iktar, li jkunu membri ta' entitajiet ta' dan it-tip.
Emenda 240
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3 b (ġdid)
3b.  Jista' jiġi deċiż li ma jiġix applikat il-paragrafu 2 jekk entità li tiġbor fiha bdiewa li jibbenefikaw minn ħlas uniku tirċievi biss jew tikkanalizza l-allowances, biex imbagħad tqassamhom bis-sħiħ bejn il-membri tagħha.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, l-ammonti totali nett ta' pagamenti diretti li jistgħu jingħataw lil Stat Membru fir-rigward ta' sena kalendarja wara l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 ma għandhomx ikunu ogħla mil-limiti massimi nett stipulati fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament. Fejn hu neċessarju, biex jirrispettaw il-limiti massimi mniżżla fl-Anness IV, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għal tnaqqis lineari ta" pagamenti diretti.
1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, l-ammonti totali nett ta' pagamenti diretti li jistgħu jingħataw lil Stat Membru fir-rigward ta' sena kalendarja wara l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 378/2007 ma għandhomx ikunu ogħla mil-limiti massimi nett stipulati fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament. Fejn hu neċessarju, biex jirrispettaw il-limiti massimi mniżżla fl-Anness IV, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għal tnaqqis lineari tal-ammonti ta" pagamenti diretti li japplika għalihom it-tnaqqis fil-modulazzjoni .
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  F'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 128(2), il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-limiti massimi stabbiliti fl-Anness IV sabiex jiġu meqjusa:
2.  F'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 128(2), il-Kummissjoni, kull sena, għandha teżamina l-limiti massimi stabbiliti fl-Anness IV sabiex jiġu meqjusa:
a) il-modifikazzjonijiet fl-ammonti massimi li jistgħu jingħataw f'konformità mal-pagamenti diretti,
a) il-modifikazzjonijiet fl-ammonti massimi li jistgħu jingħataw f'konformità mal-pagamenti diretti,
b) il-modifikazzjonijiet fil-modulazzjoni volontarja msemmija fir-Regolament (KE) Nru 378/2007,
c) tibdiliet strutturali fl-azjendi.
c) tibdiliet strutturali fl-azjendi,
u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew b'dan.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  L-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-tnaqqis ipprovdut fl-Artikolu 7, ġewwa kwalunkwe Stat Membru minbarra fl-Istati Membri l-ġodda, għandhom ikunu disponibbli bħala appoġġ Komunitarju addizzjonali għal miżuri ta' l-ipprogrammar rurali ffinanzjat taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin
1.  L-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-tnaqqis ipprovdut fl-Artikolu 7, ġewwa kwalunkwe Stat Membru minbarra fl-Istati Membri l-ġodda, għandhom ikunu disponibbli għal appoġġ Komunitarju għal miżuri ta' l-ipprogrammarta' l-iżvilupp rurali ffinanzjat taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
1.   L-Artikolu 7 għandu japplika biss għal bdiewa fi Stat Membru ġdid fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari sakemm il-livell ta' pagamenti diretti applikabbli f'dak l-Istat Membru u għal dik is-sena kalendarja taħt l-Artikolu 110 ma jkunx taħt il-livell fl-Istati Membri minbarra fl-Istati Membri l-ġodda, filwaqt li jitqies kull tnaqqis applikat skond l-Artikolu 7(1).
1.  Il-modulazzjoni mhix obbligatorja għall-Istati Membri l-ġodda sal-mument meta jkunu rċevew il-pagamenti diretti kompluti.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4
4.   Kwalunkwe kumplament ta' l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7(1) u (2) għandhom jiġu allokati lill-Istat Membru fejn ġew iġġenerati l-ammonti korrispondenti, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 128(2). Dawn għandhom jintużaw skond l-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.
4.   Kwalunkwe kumplament ta' l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7(1) u (2) għandhom jiġu allokati lill-Istat Membru fejn ġew iġġenerati l-ammonti korrispondenti, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 128(2).
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – titolu
Sistema konsultattiva għall-farms
Sistema ta' konsulenza u riċerka agrikola
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
2.  L-attività konsultatttiva għandha talanqas tkopri l-kundizzjonijiet amministrattivi statutorji u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fil-Kapitolu I.
2.  L-attività ta' konsulenza u ta' riċerka għandha talanqas tkopri l-kundizzjonijiet amministrattivi statutorji u l-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin msemmija fil-Kapitolu I u d-diffużjoni tal-modi ta' produzzjoni li jrendu qliegħ, li huma ekoloġikament sostenibbli, u li jaħlu inqas riżorsi naturali u spejjeż ta' produzzjoni (enerġija, inputs, eċċ.) .
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
2 . L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-bdiewa li jirċievu aktar minn EUR 15 000 f'pagamenti diretti kull sena .
2.  L-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti li l-bdiewa kollha jkunu jistgħu jieħdu sehem fuq bażi volontarja f'din l-iskema ta' konsulenza.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Dan id-dejtabejż għandu, b'mod partikolari, permezz ta" l-awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru, jippermetti konsultazzjoni diretta u immedjata, tad-dejta relatata mas-snin kalendarji jew tas-suq mis-sena 2000 "il quddiem.
Dan id-dejtabejż għandu, b'mod partikolari, permezz ta" l-awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru, jippermetti konsultazzjoni diretta u immedjata, tad-dejta relatata mas-snin kalendarji jew tas-suq mis-sena 2000 "il quddiem jew, għall-Istati Membri l-ġodda, mill-ewwel sena wara l-adeżjoni tagħhom għal mal-Unjoni.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna biex jivverifikaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-għajnuna.
1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi fuq l-applikazzjonijiet għall-għajnuna biex jivverifikaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-għajnuna. Dawn il-kontrolli amministrattivi m'għandomx ikunu iebsin iżżejjed għall-bdiewa, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mal-ispejjeż u l-formalitajiet amministrattivi.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fil-post biex jivverifikaw jekk il-bidwi hux konformi ma' l-obbligi msemmija fil-Kapitolu 1.
1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli fil-post biex jivverifikaw jekk il-bidwi hux konformi ma' l-obbligi msemmija fil-Kapitolu 1. Dawn il-kontrolli għandhom isiru waqt perjodu ta' mhux aktar minn ġurnata għal kull intrapriża u m'għandhomx ikunu iebsin wisq għall-bidwi.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mis-sistemi eżistenti tagħhom ta" l-amministrazzjoni u l-kontroll biex jiżguraw il-konformità mal-kundizzjonjiet amministrattivi statutorji u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fil-Kapitolu 1.
2.  L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mis-sistemi eżistenti tagħhom ta" l-amministrazzjoni u l-kontroll biex jiżguraw il-konformità mal-kundizzjonjiet amministrattivi statutorji u l-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin msemmija fil-Kapitolu 1. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jillimitaw in-numru ta" entitajiet ta" kontroll u n-numru ta" persuni mqabbda biex jagħmlu l-kontrolli fuq il-post f'farm partikolari.
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  L-Istati Membri jistgħu jirrikorru għal sistemi ta' kontroll u ta' ġestjoni privati sakemm dawn ikunu ġew uffiċjalment akkreditati mill-awtoritajiet nazzjonali.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 b (ġdid)
2b.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprogrammaw il-kontrolli b'tali mod li l-intrapriżi agrikoli jkunu jistgħu jiġu kkontrollati aħjar waqt ċertu perjodu tas-sena, minħabba raġunijiet staġjunali, jiġu effettivament ikkontrollat f'dak il-mument. Madankollu, jekk l-entità ta' kontroll ma tkunx setgħet tikkontrolla punt ta' ġestjoni regolamentari partikulari, jew parti minnu, jew il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin waqt kontroll fuq il-post, minħabba fatturi staġjunali, għandu jitqies li dawn ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet ġew rispettati.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
L-ewwel subparagrafu għandu japplika ukoll fejn in-nuqqas ta' konformità fil-kwistjoni jkun ir-riżultat ta' att jew nuqqas marbut direttament ma' dik il-persuna lil min jew minn ġiet ittrasferita l-art agrikola.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika ukoll fejn in-nuqqas ta' konformità fil-kwistjoni jkun ir-riżultat ta' att jew nuqqas marbut direttament ma' dik il-persuna lil min jew minn ġiet ittrasferita l-art agrikola, sakemm il-persuna li tkun responsabbli tan-nuqqas ta' konformità ma tkunx preżentat ukoll talba għall-appoġġ għas-sena kkonċernata. F'dan l-aħħar każ, is-sanzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi applikata għall-ammonti tal-pagamenti diretti li għandhom jingħataw lil persuna li wettqet in-nuqqas ta' konformità.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu "trasferiment" tfisser kull tip ta' transazzjoni li permezz tagħha l-art agrikola tieqaf milli tkun għad-dispożizzjoni ta' dak li qed jittrasferixxi.
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu "trasferiment" tfisser kull tip ta' transazzjoni li permezz tagħha l-art agrikola tieqaf milli tkun għad-dispożizzjoni ta' dak li qed jittrasferixxi bl-eċċezzjoni tat-tip ta' tranżazzjonijiet li l-operatur ikkonċernat ma jkunx jista' jwaqqaf .
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jiddisponi mill-għażla stipulata fl-ewwel subparagrafu, fis-sena ta' wara l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex tiżgura li l-bidwi jirrimedja s-sejbiet tan-nuqqas ta' konformità kkonċernati . Il-konklużjoni u l-azzjoni ta" rimedju li għandhom jittieħdu għandhom jiġu notifikati lill-bidwi.
Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jiddisponi mill-għażla stipulata fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-bidwi dwar is-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità misjuba , u dan tal-aħħar għandu, min-naħa tiegħu, jinnotifika l-miżuri mittieħda biex tissolva l-problema. Bil-għan li jiġu kkontrollati l-miżuri li jkun ħa l-bidwi, l-awtorità kompetenti għandha tqis dawn l-intrapriżi meta tkun qed twettaq l-analiżi tar-riskji għall-kontrolli fuq il-post għas-sena ta' wara.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 26 a (ġdid)
Artikolu 26 a
Reviżjoni
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007, u mbagħad kull għaxar snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tas-sistema tal-kundizzjonalità, jekk ikun hemm bżonn flimkien ma' proposti xierqa, speċifikament biex:
– tiġi emendata l-lista tar-rekwiżiti legali fil-qasam ta' ġestjoni li jidhru fl-Anness III,
– tiġi simplifikata, derogolamentata u mtejba l-leġiżlazzjoni taħt il-lista ta' rekwiżiti fil-qasam ta' ġestjoni, waqt li tingħata attenzjoni partikulari lil-leġiżlazzjoni dwar in-nitrati,
– jiġu simplifikati, mtejba u armonizzati s-sistemi ta' kontroll fuq il-post, waqt li jitqiesu l-possibilitajiet offruti mill-iżvilupp ta' indikaturi u l-kontrolli tax-xkiel, il-kontrolli li diġà saru taħt l-iskemi ta' ċertifikazzjoni privati, il-kontrolli li diġà saru taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta r-rekwiżiti fil-qasam ta' ġestjoni, u t-teknoloġija ta' informazzjoni u komunikazzjoni.
Ir-rapporti għandhom jinkludu wkoll stima tal-ispejjeż totali tal-kontroll fil-qafas tal-kundizzjonalità tas-sena ta' qabel ma jkun ġie ppublikat ir-rapport.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu pagamenti diretti lil bidiwi f'waħda minn dawn il-każijiet li ġejjin :
1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux pagamenti diretti li jkunu anqas minn livell minimu li għad irid jiġi stabbilit.
a) fejn l-ammont totali ta' pagamenti diretti ikklejmjat jew li għandu jingħata f'sena kalendarja partikolari ma jaqbiżx EUR 250, jew
b) fejn il-medda eliġibbli ta' l-azjenda li għaliha qed jiġu kklejmjati jew li għandhom jingħataw il-pagamenti diretti ma taqbiżx ettaru wieħed. Madankollu, Ċipru jista jistipula medda eliġibbli minima ta' 0.3 ettari u Malta ta' 0.1 ettari.
Madankollu, bdiewa li għandhom drittijiet speċjali kif imsemmija fl-Artikolu 45(1) għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjoni msemmija fil-punt (a).
L-ammonti li eventwalment jiġu ffrankati minħabba l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu għandhom jibqgħu fir-riżerva nazzjonali tal-Istat Membru minn fejn ikunu oriġinaw.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu b'mod oġġettiv u mhux diskriminatorju li ma jagħtux pagamenti fi ħdan it-tifsira tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat diretti lil kumpaniji jew ditti li l-kompiti tal-kumpanija prinċipali tagħhom ma jinvolvux l-eżerċitar ta' attività agrikola .
2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu b'mod oġġettiv u mhux diskriminatorju li ma jagħtux pagamenti diretti skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat lil kumpaniji jew ditti li l-kompiti tal-kumpanija prinċipali tagħhom ma jinvolvux il-produzzjoni, it-trobbija jew il-kultivazzjoni ta" prodotti agrikoli, fosthom il-ħsad, il-ħlib, it-trobbija u ż-żamma ta" bhejjem għal skopijiet agrikoli .
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2
2.  Il-pagamenti għandhom isiru darbtejn fis-sena fil-perjodu bejn l-1 ta' Diċembru sat-30 ta' Ġunju tas-sena kalendarja ta' wara.
2.  Il-pagamenti għandhom isiru darbtejn fis-sena fil-perjodu bejn l-1 ta' Diċembru sat-30 ta' Ġunju tas-sena kalendarja ta' wara u għandhom jinkudu l-ħlas ta' interessi bir-rata fis-seħħ fis-suq fuq is-somma dovuta mit-30 ta' Ġunju tas-sena kalendarja ta' wara.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Fil-każ li l-pagament isir tard minħabba tilwim mal-awtorità kompetenti li jispiċċa jintrebaħ mill-bidwi, dan għandu jitħallas bl-interessi fis-seħħ fis-suq.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 3
3.  Pagamenti taħt l-iskemi ta' appoġġ imniżżla fl-Anness I ma għandomx jingħataw qabel ma jiġu ffinalizzati l-kontrolli fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' l-eliġibbiltà, li jitwettqu mill-Istat Membru skond l-Artikolu 22.
3.  L-ebda pagament m'għandu jsir fir-rigward ta' talba taħt l-iskemi ta' appoġġ imniżżla fl-Anness I qabel ma jiġu ffinalizzati l-kontrolli fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' l-eliġibbiltà ta' din it-talba , li għandhom jitwettqu mill-Istat Membru skond l-Artikolu 22.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid)
Madankollu, jekk il-pagamenti jsiru bħala avvanz jew f'żewġ partijiet, l-ewwel ammont għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tar-riżultati tal-kontrolli amministrattivi u tal-kontrolli fuq il-post li jkunu disponibbli fid-data tal-pagament u sa livell tali li l-ammont definittiv tal-pagament ma jkunx anqas mill-ammont tal-ewwel parti.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 33
Artikolu 33
imħassar
Review
L-iskemi ta' appoġġ elenkati fl-Anness I għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal reviżjoni possibbli fi kwalunkwe waqt fid-dawl ta' l-iżviluppi ekonomiċi u l-qagħda tal-baġit.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2
2.  Għall-iskopijiet ta" dan it-titolu, bdiewa li għandhom drittijiet għall-pagament għandu jfisser bdiewa li ġew allokati drittijiet għall-pagament, jew dawn ġew trasferiti lilhom definittivament.
imħassar
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Id-drittijiet għas-serħan ta' l-artijiet stabbiliti f'konformità ma' l-Artikoli 53 u 63(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom isiru drittijiet skont dan ir-Regolament
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 1
Id-drittijiet għall-pagament għal kull ettaru ma għandhomx jiġu mmodifikati għajr jekk ipprovvdut xorta oħra.
1.  Id-drittijiet għall-pagament għal kull ettaru ma għandhomx jiġu mmodifikati għajr jekk ipprovvdut xorta oħra.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 37 – paragrafu 2
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 128(2) ta" dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistipula regoli dettaljati għall-modifika tad-drittijiet għall-pagament, b'mod partikolari f'każ ta" frazzjonijiet tad-drittijiet.
2.  Jekk il-bidwi li ngħata pagament dirett fil-perjodu ta" referenza jbiddel l-istatus legali jew id-denominazzjoni tiegħu matul dak il-perijodu jew sa mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru tas-sena ta" qabel is-sena ta" l-applikazzjoni ta" l-iskema tal-pagament uniku, għandu jkollu aċċess għall-iskema tal-pagament uniku taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-bidwi li oriġinarjament kien qed imexxi l-intrapriża.
3.  Jekk iseħħu xi amalgamazzjonijiet matul il-perijodu ta" referenza jew sa mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru tas-sena ta" qabel is-sena ta" applikazzjoni ta" l-iskema tal-pagament uniku, il-bidwi li qed imexxi l-intrapriża l-ġdida għandu jkollu aċċess għall-iskema tal-pagament uniku taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-bdiewa li kienu qed imexxu l-intrapriżi oriġinali.
Jekk iseħħu xi diviżjonijiet matul il-perjodu ta" referenza jew sa mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru tas-sena ta" qabel is-sena ta" applikazzjoni ta" l-iskema tal-pagament uniku, il-bdiewa li qed imexxu l-intrapriżi għandu jkollhom aċċess għall-pro rata fl-iskema tal-pagament uniku taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-bdiewa li kienu qed imexxu l-intrapriżi oriġinali.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)
Jekk, fi tmiem sena baġitarja partikulari jiġi stabbilit li, fi Stat Membru, id-drittijiet għall-pagamenti kollha mħallsa jkunu anqas mil-limiti nazzjonali previsti fl-Anness VIII, id-differenza tiġi allokata għar-riżerva nazzjonali
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jagħtu, skond il-prijorità u l-kriterji oġġettivi, drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li jibdew l-attività agrikola tagħhom u b'tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn l-bdiewa u li jevitaw tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni.
2.  L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jagħtu, skond il-kriterji oġġettivi, drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li jeżerċitaw attività agrikola , u b'tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn l-bdiewa u li jevitaw tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità b'mod partikulari lill-bdiewa ġodda, lill-bdiewa ta' anqas minn 35 sena u lill-intrapriżi tal-familji jew lil bdiewa oħra prijoritarji.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 3
3.  L-Istati Membri li ma japplikawx l-Artikolu 68(1) jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jistabbilixxu, skond kriterji oġġettivi u b'mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitaw tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni, drittijiet għall-pagament lill-bdiewa f'żoni suġġetti għar-ristrutturar u/jew programmi ta" żvilupp relatati ma" forma jew oħra ta" intervent pubbliku biex ikun evitat l-abbandun ta" art u/jew biex jikkumpensaw żvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f'dawk iż-żoni.
3.  L-Istati Membri, mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament fl-2009, jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jistabbilixxu, skond kriterji oġġettivi u b'mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitaw tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni, drittijiet għal pagament, u anke miżuri ta' appoġġ, lill-bdiewa f'żoni suġġetti għar-ristrutturar u/jew programmi ta" żvilupp relatati ma" forma jew oħra ta" intervent pubbliku, għas-setturi f'diffikultà kkonċentrati fiż-żoni l-aktar żvantaġġjati bħas-setturi tan-nagħaġ u l-mogħoż, biex ikun evitat l-abbandun ta" art u tal-produzzjoni u/jew biex jikkumpensaw żvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f'dawk iż-żoni.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 42 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  L-Istati Membri jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jagħtu d-drittijiet għall-pagament lill-bdiewa li jkunu kkonkludew kontratti ta' natura partikulari, regolati mill-Istati Membri.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 43
Kwalunkwe dritt għall-pagament li ma kienx attivat għal perjodu ta" sentejn għandu jiġi allokat lir-riżerva nazzjonali, ħlief fil-każ ta" force majeure u ċirkustanzi eċċezzjonali skond it-tifsira ta" l-Artikolu 36(1).
Kwalunkwe dritt għall-pagament li ma kienx attivat għal perjodu ta" tliet snin għandu jiġi allokat lir-riżerva nazzjonali, ħlief fil-każ ta" force majeure u ċirkustanzi eċċezzjonali skond it-tifsira ta" l-Artikolu 36(1). Fl-użu ta" dawn il-fondi għandha tingħata prijorità lill-iffaċilitar tal-aċċess taż-żgħażagħ għall-attività agrikola bl-għan li jkun żgurat it-trasferiment minn ġenerazzjoni għall-oħra.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 2
2.  Drittijiet għall-pagament jistgħu jiġu trasferiti permezz ta" bejgħ jew kwalunkwe trasferiment definittiv ieħor bl-art jew mingħajrha. B'kuntrast, kera jew tipi ta" tranżazzjonijiet simili għandhom jiġu permessi biss jekk id-drittijiet għall-pagament li ġew trasferiti huma akkumpanjati mit-trasferiment ta" għadd ekwivalenti ta" ettari eliġibbli.
imħassar
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 44 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 a (ġdid)
F'każi ta' dan it-tip, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li l-kirjiet jew kull tranżazzjoni simili m'għandhiex tiġi permessa sakemm it-trasferiment tad-drittijiet għall-pagament ma jkunx akkumpanjat mit-trasferiment ta' numru ekwivalenti ta' ettari eliġibbli għall-appoġġ.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  B'deroga mill-Artikolu 35(1) bidwi li għandu drittijiet speċjali għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membri biex jidderoga mir-rekwiżit li jattiva drittijiet b'għadd ekwivalenti ta" ettari eliġibbli sakemm iżomm talanqas 50% ta" l-attività agrikola li kellu fis-snin kalendarji 2000, 2001 u 2002 espressa f'unitajiet ta" bhejjem (LU).
2.  B'deroga mill-Artikolu 35(1) bidwi li għandu drittijiet speċjali għandu jkun awtorizzat mill-Istat Membri biex jidderoga mir-rekwiżit li jattiva drittijiet b'għadd ekwivalenti ta" ettari eliġibbli sakemm iżomm talanqas 50% ta" l-attività agrikola li kellu fis-snin kalendarji 2000, 2001 u 2002 espressa f'unitajiet ta" bhejjem (LU). Għar-Rumanija u l-Bulgarija, is-snin kalendarji kkonċernati huma s-snin 2006, 2007 u 2008.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)
Minkejja dan, tista' tapplika għall-Istati Membri li għadhom ma introduċewx l-iskema ta' pagament uniku imma li għandhom l-intenzjoni li jintroduċuha.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 3
3.  F'każ ta" trasferiment tad-drittijiet speċjali, dak li jittrasferixxi ma għandux jibbenifika mid-deroga tal-paragrafu 2 ħlief f" każ ta" wirt jew wirt antiċipat.
3.  F'każ ta" trasferiment tad-drittijiet speċjali, dak li jittrasferixxi għandu jibbenifika mid-deroga tal-paragrafu 2, sakemm ikunu ġew trasferiti d-drittijiet kollha għall-pagament li jirriżultaw mid-deroga u sakemm ma jkunx każ ta" wirt jew wirt antiċipat jew ma jkollux l-art meħtieġa biex jattiva dawn id-drittijiet
Emenda 85, 86, 87, u 88
Proposta għal regolament
Artikolu 46
F'każijiet ġustifikati biżżejjed, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sa mhux aktar tard mill-1 ta" Awwissu 2009, u billi jaġixxu skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità, li mill-2010 jimxu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbilit skond il-Kapitolu I sa IV tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għal dan il-għan id-drittijiet għall-pagament jistgħu jsiru suġġetti għal modifiki progressivi skond talanqas tliet stadji annwali stabbiliti minn qabel u kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
1.  F'każijiet ġustifikati biżżejjed, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, billi jaġixxu skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità, li mill-2010 jimxu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbilit skond il-Kapitolu I sa IV tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għal dan il-għan, id-drittijiet għall-pagament jistgħu jsiru suġġetti għal modifiki progressivi skond kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
Fl-ebda stadju annwali msemmija, ma għandu t-tnaqqis tal-valur ta" kwalunkwe dritt għall-pagament ikun aktar minn 50% tad-differenza bejn il-valur inizjali tiegħu u dak applikabbli ma' l-implimentazzjoni ta' l-istadju annwali ta' l-aħħar .
It-tnaqqis tal-valur ta" kwalunkwe dritt għall-pagament m'għandux ikun aktar minn 50% tad-differenza bejn il-valur inizjali tiegħu u dak finali .
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw is-subparagrafi preċedenti fil-livell ġeografiku xieraq li għandu jiġi determinat skond kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom u/jew il-potenzjal agrikolu reġjonali.
2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw ir-reviżjoni għad-drittijiet ta' pagament fil-livell ġeografiku xieraq li għandu jiġi determinat skond kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom, il-potenzjal agrikolu reġjonali u/jew l-iżvantaġġi strutturali speċifiċi ta' żona ġeografika partikulari .
Fl-inħawi li huma suġġetti għal rekwiżiti ta' użu kollettiv jew għal kuntratti oħra ta' ġestjoni kollettiva tal-art, hemm il-possibilità li jerġa' jiġi definit il-valur tad-drittijiet ta' pagament fuq il-bażi tal-art tal-farm, bil-kundizzjoni li jiġu rispettati l-parametri tal-piż massimu fuq l-ambjent.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1.  Stat Membru li introduċa l-iskema ta" pagament uniku skond il-Kapitoli 1 sa 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jista" jiddeċiedi, sa mhux aktar tard mill-1 ta" Awwissu 2009 , li japplika l-iskema ta" pagament uniku mill-2010 fil-livell reġjonali skond il-kundizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima.
1.  Stat Membru li introduċa l-iskema ta" pagament uniku skond il-Kapitoli 1 sa 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jista" jiddeċiedi, sa mhux aktar tard mill-1 ta" Awwissu ta' kull sena , li japplika l-iskema ta" pagament uniku mis-sena ta' wara fil-livell reġjonali skond il-kundizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 47 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom u/jew il-potenzjali agrikolu reġjonali.
2.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom, il-potenzjali agrikolu reġjonali u/jew in-nuqqasijiet strutturali speċifiċi ta' zona ġeografika partikulari .
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 1
1.  F'każijiet iġġustifikati biżżejjed, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaqsmu mhux aktar minn 50% tal-limitu massimu reġjonali stabbilit fl-Artikolu 47 bejn il-bdiewa kollha li għandhom l-azjendi tagħhom fir-reġjun ikkonċernat, inklużi dawk li ma għandhomx drittijiet għall-pagament.
1.  F'każijiet iġġustifikati biżżejjed, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jaqsmu mhux aktar minn 50% tal-limitu massimu reġjonali stabbilit fl-Artikolu 47 bejn il-bdiewa kollha li għandhom l-azjendi tagħhom fir-reġjun ikkonċernat, inklużi dawk li m'għandhomx drittijiet għall-pagament. L-art użata hija l-art iddikkjarata mill-bidwi fil-15 ta' Mejju 2008.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 48 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu kriterji oħrajn definiti b'mod ċar bħalma hija l-kwalità tal-produttur jew tax-xogħol agrikolu u/jew rurali sabiex jiżguraw il-konsitenza fit-territorju, id-diversità u d-dinamiżmu tal-ambjent rurali, kif ukoll iż-żamma tal-mudelli tradizzjonali ta' produzzjoni mhux marbuta mal-art.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 1
1.  F'każijiet ġustifikati biżżejjed, l-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 48 ta' dan ir-Regolament jistgħu jiddeċiedu, sa mhux aktar tard mill-1 ta" Awwissu 2009, u billi jaġixxu skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità, li mill-2010 jimxu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbilit f'din it-Taqsima jew skont il-Kapitolu 5, Taqsima 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għal dan il-għan id-drittijiet għall-pagament jistgħu jsiru suġġetti għal modifiki progressivi skont talanqas żewġ stadji annwali stabbiliti minn qabel u kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
1.  F'każijiet ġustifikati biżżejjed, l-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 48 ta' dan ir-Regolament jistgħu jiddeċiedu, sa mhux aktar tard mill-1 ta" Awwissu 2009, u billi jaġixxu skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità, li mill-2010 jimxu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbilit f'din it-Taqsima jew skont il-Kapitolu 5, Taqsima 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Għal dan il-għan id-drittijiet għall-pagament jistgħu jsiru suġġetti għal modifiki progressivi skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  F'każijiet iġġustifikati biżżejjed, l-Istati Membri li jkunu introduċew l-iskema unika ta" pagament skont il-Kapitolu 5, Taqsima 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistgħu jiddeċiedu, sa mhux aktar tard mill-1 ta" Awwissu 2009, u billi jaġixxu skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità, li mill-2010 jimxu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbilit f'dik it-taqsima billi dawn id-drittijiet għall-pagament jiġu suġġetti għal modifiki progressivi skont talanqas tliet stadji annwali stabbiliti minn qabel u kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
2.  F'każijiet iġġustifikati biżżejjed, l-Istati Membri li jkunu introduċew l-iskema unika ta" pagament skont il-Kapitolu 5, Taqsima 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistgħu jiddeċiedu, sa mhux aktar tard mill-1 ta" Awwissu 2009, u billi jaġixxu skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità, li mill-2010 jimxu lejn approssimazzjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagament stabbilit f'dik it-taqsima billi dawn id-drittijiet għall-pagament jiġu suġġetti għal modifiki progressivi skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 3
3.  Fl-ebda stadju annwali msemmija fil-paragrafi 1 u 2, ma għandu t-tnaqqis tal-valur ta" kwalunkwe dritt għall-pagament ikun aktar minn 50% tad-differenza bejn il-valur inizjali tiegħu u dak applikabbli mal-implimentazzjoni tal-istadju annwali tal-aħħar .
3.  It-tnaqqis tal-valur ta" kwalunkwe dritt għall-pagament previst fil-paragrafi 1 u 2 m'għanudux ikun aktar minn 50% tad-differenza bejn il-valur inizjali tiegħu u l-valur finali tiegħu.
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw is-subparagrafi 1, 2 u 3 fil-livell ġeografiku xieraq li għandu jiġi determinat skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-istruttura istituzzjonali u/jew amministrattiva tagħhom jew il-potenzjal agrikolu reġjonali.
4.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw ir-reviżjoni għad-drittijiet ta' pagament fil-livell ġeografiku xieraq li għandu jiġi determinat skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji bħall-istruttura istituzzjonali jew amministrattiva tagħhom, il-potenzjal agrikolu reġjonali u/jew in-nuqqasijiet strutturali speċifiċi ta' zona ġeografika partikulari .
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Kwalunkwe Stat Membru li eskluda l-pagamenti għan-ngħaġ u l-mogħoż u ċ-ċanga mill-iskema ta" pagament uniku skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jista" jiddeċiedi sal-1 ta" Awwissu 2009 li jkompli japplika l-iskema ta" pagament uniku mill-2010 skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima u b'konformità mad-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistipulaw l-parti tal-komponent tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom li se tintuża għal pagamenti addizzjonali għal bdiewa skont l-Artikolu 55(1) ta" dan ir-Regolament b'rata aktar baxxa minn dik deċiża skont l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.
1.  Kwalunkwe Stat Membru li eskluda l-pagamenti għan-ngħaġ u l-mogħoż u ċ-ċanga mill-iskema ta" pagament uniku skont il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu japplika l-iskema ta" pagament uniku mill-2010 b'konformità mad-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  Skont l-għażla magħmula minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 128(2), għandha tiffissa limitu massimu għal kull wieħed mill-pagamenti diretti msemmija rispettivament, fl-Artikoli 54, 55, u 56 .
2.  Skont l-għażla magħmula minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 128(2), għandha tiffissa limitu massimu għal kull wieħed mill-pagamenti diretti msemmija rispettivament, fl-Artikoli 54 u 55.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
Dan il-limitu massimu għandu jkun ugwali għall-komponent ta" kull tip ta" pagament dirett fil-limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41, immultiplikat bil-perċentwali ta" tnaqqis applikati mill-Istati Membri skont l-Artikoli 54, 55, u 56 .
Dan il-limitu massimu għandu jkun ugwali għall-komponent ta" kull tip ta" pagament dirett fil-limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41, immultiplikat bil-perċentwali ta" tnaqqis applikati mill-Istati Membri skont l-Artikoli 54 u 55.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  L-Istati Membri li skont l-Artikolu 68(2)(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 żammew parti mill-komponent jew il-komponent kollu tal-limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 ta" dan ir-Regolament li jikkorrispondi għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmija fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jagħmlu, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lil bdiewa.
1.  L-Istati Membri li skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 żammew parti mill-komponent jew il-komponent kollu tal-limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 ta" dan ir-Regolament li jikkorrispondi għall-primjum tal-baqar li jreddgħu jew għall-primjum speċjali msemmija fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jagħmlu, fuq bażi annwali, pagament addizzjonali lil bdiewa.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 56 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet kollha skont l-Artikoli 53 sa 56 bi qbil mal-istituzzjonijiet rappreżentattivi tal-awtoritajiet reġjonali tagħhom, u fuq il-bażi ta' studju tal-impatt rigward l-effetti ta' dawn id-deċiżjonijiet fil-livell reġjonali.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 3
3.  Matul l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku, l-Istati Membri ġodda jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali bil-għan li jallokaw drittijiet għall-pagament, skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji u b'tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitaw tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni, lill-bdiewa f'setturi speċifiċi li jsibu ruħhom f'sitwazzjoni speċjali b'riżultat tat-tranżizzjoni għall-iskema ta' pagament uniku.
3.  Matul l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku, l-Istati Membri ġodda jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali bil-għan li jallokaw drittijiet għall-pagament, skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji u b'tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitaw tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni, lill-bdiewa f'setturi speċifiċi li jsibu ruħhom f'sitwazzjoni speċjali b'riżultat tat-tranżizzjoni għall-iskema ta' pagament uniku. L-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità b'mod partikulari lill-bdiewa ġodda, bdiewa żgħażagħ u intrapriżi familjari jew lil bdiewa oħra prijoritarji.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 59 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri ġodda jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jallokaw, skont kriterji oġġettivi u b'tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitaw tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni, drittijiet lill-bdiewa f'żoni suġġetti għar-ristrutturar u/jew programmi ta" żvilupp relatati ma" forma jew oħra ta" intervent pubbliku biex ikun evitat l-abbandun ta" art u/jew biex jikkumpensaw żvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f'dawk iż-żoni.
5.  L-Istati Membri ġodda jistgħu jużaw ir-riżerva nazzjonali biex jallokaw, skont kriterji oġġettivi u b'tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jevitaw tagħwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni, drittijiet lill-bdiewa f'żoni suġġetti għar-ristrutturar u/jew programmi ta" żvilupp relatati ma" forma jew oħra ta" intervent pubbliku biex ikun evitat l-abbandun ta" art u/jew biex jikkumpensaw żvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f'dawk iż-żoni. L-Istati Membri jistgħu jagħtu prijorità b'mod partikulari lill-bdiewa ġodda, bdiewa żgħażagħ u intrapriżi familjari jew lil bdiewa oħra prijoritarji.
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 63 – paragrafu 3
3.  Ħlief fil-każ ta' 'force majeure' jew ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 40(4), bidwi jista' jitrasferixxi d-drittijiet tiegħu għall-pagament mingħajr art biss wara li uża, fis-sens tal-Artikolu 36, mill-inqas 80 % tad-drittijiet tiegħu għall-pagament matul mill-inqas sena kalendarja waħda jew, wara li volontarjament ċeda lir-riżerva nazzjonali d-drittijiet għall-pagament kollha li ma użax fl-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku.
3.  Ħlief fil-każ ta' 'force majeure' jew ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 40(4), bidwi jista' jitrasferixxi d-drittijiet tiegħu għall-pagament mingħajr art biss wara li uża, fis-sens tal-Artikolu 36, mill-inqas 70 % tad-drittijiet tiegħu għall-pagament matul mill-inqas sena kalendarja waħda jew, wara li volontarjament ċeda lir-riżerva nazzjonali d-drittijiet għall-pagament kollha li ma użax fl-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku.
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 64, subparagrafu -1 (ġdid)
Mill-2010, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jagħmlu dan jistgħu jiddiżakkoppjaw l-għajnuna speċifika maħsuba għall-produtturi tar-ross, pjanti ta' proteini, għalf imnixxef u l-ġewż.
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 64
Sa mill-2010, l-Istati Membri għandhom jintegraw l-appoġġ disponibbli taħt skemi ta" appoġġ akkoppjat imsemmija fil-punti I, II u III tal-Anness X fl-iskema ta" pagament uniku skont ir-regoli stipulati f'dan il-Kapitolu.
Sa mill-2010, l-Istati Membri jistgħu jintegraw l-appoġġ disponibbli taħt skemi ta" appoġġ akkoppjat imsemmija fil-punti I, II u III tal-Anness X fl-iskema ta" pagament uniku skont ir-regoli stipulati f'dan il-Kapitolu.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 1
1.  L-ammonti msemmija fl-Anness XI li kienu disponibbli għal appoġġ akkoppjat taħt l-iskemi msemmija fil-punt I tal-Anness X għandhom jitqassmu mill-Istati Membri fost il-bdiewa fis-setturi konċernati skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji waqt li jitqies, b'mod partikolari, l-appoġġ li dawk il-bdiewa rċivew, direttament jew indirettament, taħt l-iskema rilevanti ta' appoġġ matul sena jew aktar tal-perjodu 2005 sal-2008 .
1.  L-ammonti msemmija fl-Anness XI li kienu disponibbli għal appoġġ akkoppjat taħt l-iskemi msemmija fil-punt I tal-Anness X għandhom jitqassmu mill-Istati Membri prinċipalment fost il-bdiewa fis-setturi kkonċernati skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji waqt li jitqies, b'mod partikolari, l-appoġġ li dawk il-bdiewa rċivew, direttament jew indirettament, taħt l-iskemi jew il-kwoti ta' produzzjoni rilevanti ta' appoġġ matul sena jew aktar tal-perjodu 2005 sal-2011 .
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  F'ċirkostanzi ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jaqsmu l-ammonti msemmija fl-ewwel paragrafu, kompletament jew parzjalment u skont kriterji oġġettivi, bejn il-bdiewa kollha li l-impriżi agrikulturali tagħhom jinsabu fir-reġjun ikkonċernat.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 65 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  L-Istati Membri għandhom iżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament li għandhom l-bdiewa konċernati abbażi tal-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1.
2.  L-Istati Membri jistgħu jżidu l-valur tad-drittijiet għall-pagament li għandhom l-bdiewa kkonċernati abbażi tal-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1.
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 66 – paragrafu 1
L-ammonti li kienu disponibbli għall-appoġġ akkoppjat taħt l-iskemi msemmija fil-punt II tal-Anness X għandhom jitqassmu mill-Istati Membri fost il-bdiewa fis-setturi kkonċernati bi proporzjon mal-appoġġ li dawk il-bdiewa rċivew taħt l-iskemi ta" appoġġ rilevanti matul il-perjodu 2000 sal-2002. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jagħżlu perjodu aktar riċenti rapreżentattiv skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
L-ammonti li kienu disponibbli għall-appoġġ akkoppjat taħt l-iskemi msemmija fil-punt II tal-Anness X għandhom jitqassmu mill-Istati Membri prinċipalment fost il-bdiewa fis-setturi kkonċernati bi proporzjon mal-appoġġ li dawk il-bdiewa rċivew taħt l-iskemi ta" appoġġ rilevanti matul il-perjodu 2000 sal-2002. L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jagħżlu perjodu aktar riċenti rappreżentattiv skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Kapitolu 5 - Titolu
APPOĠĠ SPEĊIFIKU
PAGAMENTI TA' APPOĠĠ SPEĊIFIKU
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – titolu
Regoli ġenerali
Pagamenti addizjonali
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-iktar tard l-1 ta' Jannar 2010, u mbagħad mill-1 ta' Ottubru 2011 sal-1 ta' Jannar 2012, li mill-2010 u/jew mill-2012, jagħmlu użu minn massimu ta' 15% tal-limiti nazzjonali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 41, sabiex jirċievu appoġġ għall-bdiewa.
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sa mhux aktar tard mill-1 ta" Awwissu 2009 , li mill-2010 jużaw sa 10% tal-limiti massimi nazzjonali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 41 biex jappoġġaw lil bdiewa:
1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, skont il-paragrafu -1 , li jużaw sa 10% tal-limiti massimi nazzjonali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 41 biex jagħtu appoġġ integrat lill-bdiewa jew lil organizzazzjonijiet jew grupp ta' produtturi għall-promozzjoni ta' forom ta' produzzjoni sostenibbli :
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt a, punt i
i) tipi speċifiċi ta" biedja li huma importanti għall-ħarsien u t-titjib tal-ambjent,
i) tipi speċifiċi ta" biedja li huma importanti għall-ħarsien u t-titjib tal-ambjent, tal-klima, tal-bijodiversità u l-kwalità tal-ilma, b'mod partikulari l-biedja organika u t-trobbija f'mergħat ,
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 68 - paragrafu 1 - punt a - punt iii
iii) titjib fil-kummerċjalizzazzjoni ta" prodotti agrikoli;
iii) titjib fil-kummerċjalizzazzjoni, b'mod partikulari l-kummerċjalizzazzjoni reġjonali, u fil-kompetittività ta" prodotti agrikoli
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1 – punt b
b) biex jindirizzaw żvantaġġi speċifiċi li jaffettwaw bdiewa fis-setturi tal-ħalib, ċanga, laħam tan-ngħaġ u l-mogħoż u ross f'żoni vulnerabbli ekonomikament jew sensittivi ambjentalment,
b) biex jindirizzaw żvantaġġi speċifiċi li jaffettwaw lill-bdiewa fis-setturi tal-ħalib u tar-ross f'żoni vulnerabbli ekonomikament jew sensittivi ambjentalment, u lill-produtturi tal-laħam taċ-ċanga, tan-nagħaġ u tal-mogħoż,
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 68(1)(c)
c) f'żoni suġġetti għar-ristrutturar u/jew programmi ta" żvilupp sabiex jevitaw l-abbandun tal-art u/jew sabiex jindirizzaw żvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f'dawk iż-żoni,
c) f'żoni suġġetti għar-ristrutturar u/jew programmi ta" żvilupp sabiex jevitaw l-abbandun tal-art u/jew sabiex jindirizzaw żvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f'dawk iż-żoni, b'mod partikolari għandha tingħata l-prijorità lill-impriżi ġodda, lill-bdiewa żgħażagħ, lill-impriżi agrikultutrali familjari u lil prijoritajiet agrikulturali oħrajn, partikolarment lill-membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi jew ta' koperattiva agrikola,
Emenda 120 u 191
Proposta għal regolament
Artikolu 68 - paragrafu 1 - punt (d)
d) fil-forma ta" kontribuzzjonijiet għal primjums ta" assigurazzjoni ta" uċuħ tar-raba" skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 69,
imħassar
Emenda 121 u 191
Proposta għal regolament
Artikoku 68 – paragrafu 1 – punt e
e) fondi mutwi għal mard tal-annimali u l-pjanti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 70.
imħassar
Emenda 122
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, għal kull sena ta' wara, skont il-paragrafu -1, jużaw mis-sena kalendarja li jmiss mhux aktar minn 5% tal-limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41, biex jagħtu appoġġ lill-bdiewa jew lil organizzazzjonijiet jew gruppi ta' produtturi fil-forma ta':
a) kontribuzzjonijiet għall-primjums ta' assigurazzjoni bi qbil mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 69, jew
b) kontribuzzjonijiet għal fondi reċiproċi bi qbil mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 70.
Emenda 123
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 3
3.  Appoġġ għal miżuri msemmija fil-paragrafu 1(b) jista" jingħata biss:
3.  Appoġġ għal miżuri msemmija fil-paragrafu 1(b) jista" jingħata biss sabiex ikunu jistgħu jinżammu l-livelli tal-impjieg u ta' produzzjoni attwali.
a) ma" l-implimentazzjoni sħiħa tal-iskema ta' pagament uniku fis-settur ikkonċernat skont l-Artikoli 54, 55 u 71.
b) sal-punt meħtieġ biex jinħoloq inċentiv biex jinżammu l-livelli attwali tal-produzzjoni.
Emenda 124
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 4
4.  Appoġġ skont il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (e) għandu jkun limitat għal 2.5% tal-limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 , l-Istati Membri jistgħu jistipulaw sottolimiti massimi għal kull miżura.
4.  Appoġġ skont il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għandu jkun limitat għal perċentwali konformi mad-deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) .1 . L-Istati Membri jistgħu jistipulaw sottolimiti għal kull miżura.
_________
1 ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1.
Emenda 125
Proposta għal regolament
Artikolu 68 –paragrafu 5 – punt (a)
a) fil-paragrafu 1(a) u (d) għandu jkun fil-forma ta" pagamenti addizzjonali annwali,
a) fil-paragrafu 1(a) u 1a (a) għandu jkun fil-forma ta" pagamenti addizzjonali annwali,
Emenda 126
Proposta għal regolament
Artikolu 68 - paragrafu 5 - punt (d)
d) fil-paragrafu 1(e) għandu jkun fil-forma ta" pagamenti kumpensatorji kif speċfikat fl-Artikolu 70.
d) fil-paragrafu 1a(b) għandu jkun fil-forma ta" pagamenti kumpensatorji kif speċfikat fl-Artikolu 70.
Emenda 127
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 6
6.  It-trasferiment ta" drittijiet għall-pagament b'valuri ta" unità miżjuda u ta" drittijiet għall-pagament addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5(c) jitħalla jsir biss jekk id-drittijiet trasferiti jkunu akkumpanjati bit-trasferiment ta' għadd ekwivalenti ta' ettari.
imħassar
Emenda 128
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 7
7.  Appoġġ għal miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konsistenti ma' miżuri u politiki oħra Komunitarji.
7.  Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 128(2), għandha tiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-għotja tal-appoġġ imsemmi f'din it-Taqsima, b'mod partikolari, bil-għan li tiżgura konsistenza ma" miżuri u politiki Komunitarji oħrajn u biex tevita kumulazzjoni ta" appoġġ .
Emenda 129
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 7 a (ġdid)
7a.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kull sena dwar il-miżuri ppjanati u għandhom jippubblikaw il-metodi u l-kriterji użati għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet, l-ismijiet tal-benefiċjarji u l-ammonti allokati lilhom.
Emenda 130
Proposta għal regolament
Artikolu 68 –paragrafu 8 – punt (a)
a) fil-paragrafi 1(a), (b), (c) u (d) billi jipproċedu għal tnaqqis lineari tad-drittijiet allokati lil bdiewa u/jew mir-riżerva nazzjonali,
a) fil-paragrafi 1(a), (b) u (c), u fil-paragrafu 1a(a) , billi jipproċedu għal tnaqqis lineari tad-drittijiet allokati lil bdiewa u/jew mir-riżerva nazzjonali,
Emenda 131
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 8 – punt b
b) fil-paragrafu 1(e) billi jipproċedu, jekk ikun neċessarju, għal tnaqqis lineari ta" wieħed jew bosta mill-pagamenti li jridu jsiru lill-benefiċċjarji tal-pagamenti rilevanti skont dan it-Titolu u skont il-limiti massimi stipulati fil-paragrafi 1 u 3 .
b) fil-paragrafu 1a (b) , billi jipproċedu, jekk ikun neċessarju, għal tnaqqis lineari ta" wieħed jew bosta mill-pagamenti li jridu jsiru lill-benefiċjarji tal-pagamenti rilevanti skont dan it-Titolu.
Emenda 132
Proposta għal regolament
Artikolu 68 – paragrafu 9
9.  Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 128(2), għandha tiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-għotja tal-appoġġ imsemmi f'din it-Taqsima, b'mod partikolari, bil-għan li tiżgura konsistenza ma" miżuri u politiki Komunitarji oħrajn u biex tevita kumulazzjoni ta" appoġġ.
imħassar
Emenda 133
Proposta għal regolament
Artikolu 69 – titolu
Assigurazzjoni tal-uċuħ
Assigurazzjoni
Emenda 134
Proposta għal regolament
Artikolu 69 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu kontribuzzjonijiet finanzjarji għal primjums għall-assigurazzjoni tal-uċuħ kontra telf ikkawżat b'avvenimenti klimatiċi ħżiena.
1.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu kontribuzzjonijiet finanzjarji għal primjums għall-assigurazzjoni, meta jkunu ttieħdu l-miżuri prekawzjonali rilevanti kontra r-riskji magħrufa, imfassla bħala kumpens għal:
a) telf ikkawżat b" avvenimenti klimatiċi ta' ħsara li jistgħu jiġu assimilati ma' diżastri naturali ;
b) telf ieħor kkawżat minn avvenimenti klimatiċi;
c) telf ekonomiku kkawżat minn mard ta' annimali jew pjanti jew impestazzjonijiet minn annimali jew insetti li jagħmlu l-ħsara.
Kull Stat Membru jew reġjun għandu jfassal studji speċifiċi biex tiġi prodotta data statistika jew attwarja komparattiva.
Emenda 135
Proposta għal regolament
Artikolu 69 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)
Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, 'telf ekonomiku" tfisser kwalunkwe spiża addizzjonali mġarrba minn bidwi bħala riżultat ta" miżuri eċċezzjonali meħuda mill-bidwi bil-għan li jnaqqas il-provvista fuq is-suq ikkonċernat jew kwalunkwe telf sostanzjali fil-produzzjoni. Spejjeż li għalihom jista" jingħata kumpens skont dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn u dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta" kwalunkwe miżura oħra veterinarja u tas-saħħa jew fitosanitarja m'għandhomx jitqiesu bħala telf ekonomiku.
Emenda 136
Proposta għal regolament
Artikolu 69(2) u (3)
2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija lil kull bidwi għandha tkun stipulata għal 60% tal-primjum tal-assigurazzjoni li jrid jitħallas . L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-kontribuzzjoni finanzjarja għal 70% meta titqies is-sitwazzjoni klimatika jew is-sitwazzjoni tas-settur ikkonċernat.
2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun stipulata għal 60% tal-primjum tal-assigurazzjoni pagabbli individwalment jew - jekk ikun xieraq - kollettivament, f'każi meta l-kuntratt ta' assigurazzjoni jkun sar minn organizzazzjoni ta' produtturi. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-kontribuzzjoni finanzjarja għal 70% meta titqies is-sitwazzjoni klimatika jew is-sitwazzjoni tas-settur ikkonċernat.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont tal-primjums li huma eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja billi japplikaw limiti massimi xierqa.
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammont tal-primjums li huma eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja billi japplikaw limiti massimi xierqa.
3.  L-assigurazzjoni tal-uċuħ għandha tkun koperta biss meta l-avveniment klimatiku avvers kien rikonoxxut formalment bħala dan mill-awtorità kopetenti tal-Istat Membru konċernat .
Emenda 137
Proposta għal regolament
Artikolu 69 – paragrafu 5
5.  Kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas direttament lill-bidwi kkonċernat.
5.  Kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas direttament lill-bidwi kkonċernat jew, meta jkun xieraq, lill-organizzazzjoni ta' produtturi li għamlet il-kuntratt fuq il-bażi tan-numru ta' membri tagħha .
Emenda 138
Proposta għal regolament
Artikolu 69 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
6.  In-nefqa tal-Istati Membri għall-għotja ta" kontribuzzjonijiet finanzjarji għandha tkun ikkofinanzjata mill-Komunità mill-fondi msemmija fl-Artikolu 68(1) b'rata ta" 40% tal-ammonti eliġibbli ta" primjums ta" assigurazzjoni stipulati skont il-paragrafu 2 ta" dan l-Artikolu.
6.  In-nefqa tal-Istati Membri għall-għotja ta" kontribuzzjonijiet finanzjarji għandha tkun ikkofinanzjata mill-Komunità mill-fondi msemmija fl-Artikolu 68(1a) b'rata ta" 50 % tal-ammonti eliġibbli ta" primjums ta" assigurazzjoni stipulati skont il-paragrafu 2 ta" dan l-Artikolu.
Fil-każ tal-Istati Membri l-ġodda, madankollu, ir-rata msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiżdied għal 70%.
Emenda 139
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – titolu
Fondi mutwi għall-mard tal-annimali u l-pjanti
Fondi reċiproċi
Emenda 140
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kumpens finanzjarju li jitħallas lil bdiewa għal telf ekonomiku kkawżat minn epidemija ta" mard tal-annimali jew pjanti permezz ta" kontribuzzjonijiet għal fondi mutwi.
1.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal kumpens finanzjarju li jitħallas lil bdiewa għal telf ekonomiku kkawżat minn diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew it-tfaqqigħ ta" mard tal-annimali jew pjanti permezz ta" kontribuzzjonijiet għal fondi reċiproċi, meta jkunu ttieħdu l-miżuri prekawzjonali relevanti kollha . Fondi ta' dan it-tip jistgħu jitmexxew minn organizzazzjonijiet ta' produtturi u/jew organizzazzjonijiet intersettorjali skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 122 u 123 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Dawn il-fondi jistgħu ikunu kumplimentari għal skemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tal-bdiewa.
Emendi 141 u 205
Proposta għal regolament
Artikolu 70 –paragrafu 2 – punt (a)
a) 'fond mutwu ' tfisser sistema akkreditata mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali għall-bdiewa affiljati biex jassiguraw lilhom infushom, billi tagħti pagamenti kumpensatorji lil dawn il-bdiewa effettwati minn telf ekonomiku kkawżat minn epidemija ta" mard tal-annimali jew pjanti;
a) 'fondi reċiproċi ' tfisser sistema akkreditata mill-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali u Ewropea għall-bdiewa affiljati biex jassiguraw lilhom infushom, billi tagħti pagamenti kumpensatorji lil dawn il-bdiewa effettwati minn telf ekonomiku lill-impriżi agrikulturi tagħhom b'riżultat ta" diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi jew epidemija ta" mard tal-annimali jew pjanti fil-kwarantina jew għal bdiewa affiljati biex jassiguraw rwieħhom, billi jagħtu pagamenti ta' kumpens lil bdiewa affettwati minn telf dirett ikkawżat minn tifqigħat ta' mard tal-pjanti jew tal-annimali fil-kwarantina ;
Emenda 142
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 2 – punt b
b) 'telf ekonomiku" tfisser kwalunkwe spiża addizzjonali mġarrba minn bidwi bħala riżultat ta" miżuri eċċezzjonali meħuda mill-bidwi bil-għan li jnaqqas il-provvista fuq is-suq konċernat jew kwalunkwe telf sostanzjali fil-produzzjoni. Spejjeż li għalihom jista" jingħata kumpens skont dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn u dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta" kwalunkwe miżura oħra veterinarja u tas-saħħa jew fitosanitarja ma għandhomx jitqiesu bħala telf ekonomiku.
b) 'telf ekonomiku" tfisser kwalunkwe spiża addizzjonali mġarrba minn bidwi bħala riżultat ta" miżuri eċċezzjonali meħuda mill-bidwi bil-għan li jnaqqas il-provvista fuq is-suq konċernat, l-ispejjeż dovuti għal kampanja ta' titqib urġenti jew kwalunkwe telf sostanzjali fil-produzzjoni. Spejjeż li għalihom jista" jingħata kumpens skont dispożizzjonijiet Komunitarji oħrajn u dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta" kwalunkwe miżura oħra veterinarja u tas-saħħa jew fitosanitarja ma għandhomx jitqiesu bħala telf ekonomiku;
Emenda 143
Proposta għal regolament
Artikolu 70 - paragrafu 2 - punt b a (ġdid)
b a) "avveniment klimatiku avvers" ifisser kundizzjonijiet klimatiċi li jistgħu jiġu assimilati ma" diżastru naturali, bħal ġlata, silġ, borra, xita, in-nirien forestali jew nixfa u li jeqirdu aktar minn 30% tal-medja tal-produzzjoni annwali ta" bidwi partikolari fil-perjodu ta" tliet snin preċedenti jew medja ta" tliet snin bbażata fuq il-perjodu ta" ħames snin preċedenti, eskluż l-ogħla ammont u l-iktar wieħed baxx;
Emenda 144
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 2 – punt (b b) (ġdid)
b b) 'miżuri prekawzjonali relevanti" tfisser miżuri għall-ottimizzazzjoni tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti.
Emendi 206 u 145
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
3.  Il-fondi mutwi għandhom iħallsu kumpens finanzjarju direttament lill-bdiewa affiljati li huma effettwati mit-telf ekonomiku.
3.  Il-fondi reċiproċi għandhom iħallsu kumpens finanzjarju direttament lill-bdiewa affiljati li huma effettwati mit-telf ekonomiku jew dirett, sakemm ikunu ħadu l-miżuri prekawzjonali relevanti .
Emenda 146
Proposta għal regolament
Artikolu 70 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
6.  In-nefqa tal-Istati Membri fuq il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandha tkun ikkofinanzjata mill-Komunità mill-fondi msemmija fl-Artikolu 68(1) b'rata ta' 40% tal-ammonti eliġibbli taħt il-paragrafu 4.
6.  In-nefqa tal-Istati Membri fuq il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandha tkun ikkofinanzjata mill-Komunità mill-fondi msemmija fl-Artikolu 68(1a) b'rata ta' 50% tal-ammonti eliġibbli taħt il-paragrafu 4.
Fil-każ tal-Istati Membri l-ġodda, madankollu, ir-rata msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiżdied għal 70%.
Emenda 147
Proposta għal regolament
Artikolu 70a (ġdid)
Artikolu 70a
Għajnuna speċifika għall-produtturi tal-ħalib
1.  Meta, għal sena finanzjarja partikolari, skont il-previżjonijiet tal-ispejjeż imwettqa bi qbil mas-sistema ta' twissija msemmi fir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, ikun għad fadal fit-taqsima 2 tal-qafas finanzjarju marġni ta' mill-inqas EUR 600 000 000, dan l-ammont, imnaqqas b'dan il-marġni, għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-għajnuna speċifika għall-produtturi tal-ħalib.
2.  Il-Kummissjoni, flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit għas-sena finanzjarja kkonċernata, għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-evalwazzjoni intermedja tagħha fil-qasam tal-għajnuna speċifika għall-produtturi tal-ħalib.
3.  L-għajnuna speċifika għall-produtturi tal-ħalib tista' tingħata għat-tipi ta' miżuri li ġejjin:
a) appoġġ speċifiku skont l-Artikolu 68(1b);
b) miżuri skont l-Artikolu 20 u l-Artikolu 36(a), tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, sakemm dawn ikunu jservu direttament bħala għajnuna għall-impriżi agrikoli.
4.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-abbozz preliminari tal-baġit u bi qbil mal-paragrafu 2, l-iktar tard sal-15 ta' Ottubru tas-sena kkonċernata, dwar in-natura tal-miżuri li jkunu se jiġu applikati skont il-paragrafu 3.
5.  It-tqassim tal-fondi dedikati għall-għajnuna speċifika għall-produtturi tal-ħalib fid-diversi Stati Membri għandu jsir skont il-kwantitajiet ta' referenza ta' kull Stat Membru bi qbil mal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib 1 .
_______
1 ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123.
Emenda 148
Proposta għal regolament
Artikolu 71
Għas-snin 2009, 2010, u 2011 għandha tingħata għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu ross, li jaqa" taħt il-kodiċI tan-NM 1006 10 taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima.
Għandha tingħata għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu ross, li jaqa" taħt il-kodiċi tan-NM 1006 10 taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'din it-Taqsima.
Emenda 149
Proposta għal regolament
Artikolu 72 – paragrafu 2 – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

EUR/ettaru

2009

2010 u 2011

Il-Bulgarija

345,255

172,627

Il-Greċja

561,00

280,5

Spanja

476,25

238,125

Franza

411,75

205,875

L-Italja

453,00

226,5

L-Ungerija

232,50

116,25

Il-Portugall

453,75

226,875

Ir-Rumanija

126,075

63,037

Emenda tal-Parlament

EUR/ettaru

2009 sa 2013

Il-Bulgarija

345,255

Il-Greċja

561,00

Spanja

476,25

Franza

411,75

L-Italja

453,00

L-Ungerija

232,50

Il-Portugall

453,75

Ir-Rumanija

126,075

Emenda 150
Proposta għal regolament
Taqsima 1 a (ġdida)
Taqsima 1 a
Inċentiv għall-uċuħ tal-proteina
l-Artikolu 95a
Ambitu
Tingħata għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu uċuħ tal-proteina skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din it-taqsima.
L-uċuħ tal-proteina jinkludu:
a) piżelli li jaqgħu taħt il-kodiċi NC 0713 10;
b) il-favetta li taqa' taħt il-kodiċi NC 0713 50;
c) il-lupin ħelu li jaqa' taħt il-kodiċi NC ex 1209 29 50.
Artikolu 74b
Il-kundizzjonijiet u l-ammonti tal-għajnuna
L-għajuna tammonta għal 55,57 EUR għal kull ettaru ta' wiċċ ta' proteina wara l-fażi ta' maturità lattika.
Madankollu, uċuħ li jitkabbru f'zoni li huma kompletament miżrugħa u li huma kkultivati skont standards lokali, imma li ma jilħqux l-istadju tal-ħruġ tal-fjuri minħabba kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali rikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna sakemm, sa dan l-istadju ta" tkabbir, iż-żoni in kwistjoni ma jintużawx għal xi skop ieħor.
Artikolu 74 c
Id-daqs tal-uċuħ
1.  Id-daqs massimu ġarantit tal-għajnuna huwa hawnhekk stabbilit li jkun ta' 1400000 ettaru
2.  Meta d-daqs tal-uċuħ li għalihom tintalab l-għajnuna jkun akbar mill-massimu garantit, id-daqs tal-uċuħ għal kull bidwi li għalihom tintalab l-għajnuna jitnaqqas b'mod proporzjonat għas-sena kkonċernata, skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 128 (2).
Emenda 151
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – punt a
a)  EUR 66.32 għas-snin tas-suq 2009/2010 u 2010/2011;
EUR 66.32 għas-snin ta" kummerċjalizzazzjoni 2009/2010, 2010/2011, 2011/2012 u 2012/2013 ;
Emenda 152
Proposta għal regolament
Artikolu 75 – punt (b)
b)  EUR 33.16 għas-snin tas-suq 2011/2012 u 2012/2013.
imħassar
Emenda 153
Proposta għal regolament
Taqsima 3 - Artikoli 77 - 81
It-taqsima 3 tiġi imħassra
Emenda 154
Proposta għal regolament
Artikolu 82 – paragrafu 2
L-għajnuna għandha tingħata għal massimu ta" ħames snin konsekuttivi mis-sena tas-suq li fiha l-limitu ta" 50% msemmi fil-paragrafu 1 kien intlaħaq iżda sa mhux aktar tard mis- sena tas-suq 2013/2014.
2.  L-għajnuna għandha tingħata għal sas -sena ta' kummerċjalizzazzjoni 2013/2014.
Emendi 187, 198 u 209
Proposta għal regolament
Taqsima 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taqsima 6 a

Għajnuna għat-tabakk

Artikolu 87a

Ambitu

Għas-snin ta' ħsad 2010, 2011 u 2012, tista' tingħata għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu tabakk mhux ipproċessat bil-kodiċi NC 2401, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-kapitolu.

Artikolu 87b

Il-kundizzjonijiet u l-ammissibilità għall-għoti ta' għajnuna

Għandha tingħata għajnuna lill-bdiewa li jkunu rċevew primjum skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tat-tabakk mhux ipproċessat 1 fis-snin kalendarji 2000, 2001 u 2002 u lill-bdiewa li jkunu kibsu kwoti ta' produzzjoni għat-tabakk waqt il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2005. Il-ħlas ta' għajnuna ta' dan it-tip għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) li t-tabakk jiġi minn zona ta' produzzjoni msemmija fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2848/98 tat-22 ta" Diċembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru No 2075/92 dwar l-iskema ta" premju, kwoti ta" produzzjoni u l-għajnuna speċifika li għandha tingħata lil gruppi ta" produtturi fis-settur tat-tabakk mhux maħdum 2 ;

(b) li jkunu ġew sodisfatti r-rekwiżiti ta' kwalità stipulati mir-Regolament (KE) Nru 2848/98;

(c) li l-weraq tat-tabakk jiġu pprovduti mill-produttur lill-ewwel intrapriża ta' proċessar fuq il-bażi ta' kuntratt ta' kultivazzjoni;

(d) li l-għajnuna tingħata b'tali mod li jiġi garantit trattament ugwali tal-bdiewa u/jew bi qbil ma' kriterji oġġettivi, bħal produtturi tat-tabakk li jkunu jinsabu f'reġjun tal-Objettiv I jew produzzjoni ta' varjetajiet ta' kwalità speċifikata.

Fl-aħħar tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku ibbażata fuq iż-żona taħt l-Artikolu 111, u fejn japplika l-Artikolu 108a, għandhom jingħataw kwoti ta' produzzjoni għat-tabakk, skond l-ewwel subparagrafu, sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-iskema ta' pagament uniku.

Artikolu 87 c

Ammonti

L-ammont massimu tal-għajnuna totali, li jinkludi wkoll l-ammonti li għandhom jiġu trasferiti lill-Fond Komunitarju għat-Tabakk imsemmi fl-Artikolu 87d, huwa stabbilit kif ġej:

2010-2012

(f'miljuni ta' Euro)

Il-Ġermanja

21 287

Spanja

70 599

Franza

48 217

Italja (ħlief il-Puglia)

189 366

Il-Portugall

8 468

2009-2012

(f'miljuni ta' Euro)

L-Ungerija

pm

Il-Bulgarija

pm

Ir-Rumanija

pm

Il-Polonja

pm

Artikolu 87d

Trasferiment lejn il-Fond Komunitarju għat-Tabakk

Ammont ekwivalenti għal 5% tal-għajnuna mogħtija skont din it-taqsima għas-snin ċivili mill-2010 sal-2012 għandu jintuża għall-finanzjament ta' azzjonijiet ta' informazzjoni fil-kuntest tal-Fond Komunitarju għat-Tabakk previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.

1 ĠU L 215, 30.7.1992, p. 70.

2 ĠU L 358, 31.12.1998, p. 17.

Emenda 155
Proposta għal regolament
Artikolu 90 – paragrafu 4
4.  L-ammont tal-primjum għal kull nagħġa għandu jkun ta' EUR 21. Madankollu għall-bdiewa li jikkumerċjalizzaw il-ħalib tan-ngħaġ jew il-prodotti bbażati fuq il-ħalib tan-ngħaġ il-primjum għal kull nagħġa għandu jkun EUR 6.8 .
4.  L-ammont tal-primjum għal kull nagħġa għandu jkun ta' EUR 21. Madankollu għall-bdiewa li jikkumerċjalizzaw il-ħalib tan-ngħaġ jew il-prodotti bbażati fuq il-ħalib tan-ngħaġ il-primjum għal kull nagħġa għandu jkun EUR 16.8.
Emenda 156
Proposta għal regolament
Artikolu 90 – paragrafu 5
5.  L-ammont tal-primjum għal kull mogħża għandu jkun ta' EUR 6.8 .
5.  L-ammont tal-primjum għal kull mogħża għandu jkun ta' EUR 16.8 .
Emenda 157
Proposta għal regolament
Artikolu 98 – punt a
a) "reġjun" tfisser Stat Membru jew reġjun fi Stat Membru, skont l-għażla tal-Istat Membru konċernat,
imħassar
Emenda 158
Proposta għal regolament
Artikolu 112 a (ġdid)
Artikolu 112a
Riżerva nazzjonali
1.  L-Istati Membri li japplikaw l-iskema ta' ħlas uniku joħolqu riżerva nazzjonali li jkun fiha d-differenza bejn il-limiti massimi ffissati fl-Anness VIIIa u l-valur totali tal-ħlasijiet diretti li jkunu twettqu realment matul is-sena kkonċernata.
2.  Huma jistgħu jagħmlu użu minn din ir-riżerva nazzjonali biex iwettqu ħlasijiet maħsuba għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 68, skont il-kriterji oġġettivi u b'mod li tiġi garantita l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-bdiewa u li jiġi evitat ksur tal-prinċipji tas-suq u kwalunkwe tgħawiġ tal-kompetizzjoni.
Emenda 160
Proposta għal regolament
Artikolu 113 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt (b a) (ġdid)
ba) kundizzjonijiet imsemmija fil-punt C tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013.
Emenda 161
Proposta għal regolament
Artikolu 123
Artikolu 123
imħassar
Trasferimenti finanzjarji għar-ristrutturar fir-reġjuni tal-koltivazzjoni tat-tabakk
Mis-sena tal-baġit 2011, ammont ta' EUR 484 miljun għandu jkun disponibbli skont programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali b'finanzjament mill-FAEŻR, bħala appoġġ Komunitarju addizzjonali għal miżuri f'reġjuni li jipproduċu t-tabakk, għal dawk l-Istati Membri li fihom il-produtturi tat-tabakk ikunu rċevew l-għajnuna skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2075/92 fis-snin 2000, 2001 u 2002.
Emenda 162
Proposta għal regolament
Artikolu 129 (t)
t) rigward il-qoton, regoli dettaljati dwar:
imħassar
i) il-kalkolu tat-tnaqqis tal-għajnuna pprovduta fl-Artikolu 80(3);
l-organizzazzjonijiet intersettorjali approvati, b'mod partikolari il-finanzjament u sistema ta' kontroll u sanzjonijiet.
Emenda 163
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 132 - punt 1 - punt (b)
Regolament (KE) Nru 378/2007
Artikolu 1(5)
5.  Ir-rati ta' modulazzjoni applikabbli għal bidwi jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru XXX/2008 (dan ir-Regolament) bit-tnaqqis ta' 5 punti perċentwali għandhom jitnaqqsu mir-rata tal-modulazzjoni volontarja applikata mill-Istati Membri b'applikazzjoni tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Sew il-perċentwal li għandu jitnaqqas kif ukoll ir-rata finali tal-modulazzjoni vovlontarja għandhom ikunu ugwali għal jew aktar minn 0.
5.  Ir-rati ta' modulazzjoniapplikabbli għal bidwi jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru XXX/2008 (dan ir-Regolament) bit-tnaqqis ta' 5 punti perċentwali għandhom jitnaqqsu mir-rata tal-modulazzjoni volontarja applikata mill-Istati Membri b'applikazzjoni tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Sew il-perċentwal li għandu jitnaqqas kif ukoll ir-rata finali tal-modulazzjoni vovlontarja għandhom ikunu ugwali għal jew aktar minn 0. Madankollu, l-ebda adattament ma jista' jwassal għal tnaqqis globali tal-fondi tal-Feader li jkunu diġà ngħataw lil programmi ta' żvilupp rurali, hekk kif turi d-deċiżjoni formali tal-Kummissjoni li approvathom.
Emenda 164
Proposta għal regolament
Artikolu 133 a (ġdid)
Artikolu 133a
Studju tal-ispejjeż tal-kundizzjonalita'
Il-Kummissjoni għandha twettaq studju sabiex tevalwa l-ispejjeż reali għall-bdiewa, dovuti għar-rispett tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fl-oqsma ambjentali, tal-benessri tal-annimali u tas-sikurezza tal-ikel, meta din tmur lil hinn mir-regoli applikabbli għall-prodotti importati. Leġiżlazzjoni bħal din tinkludi, inter alia, ir-regolamenti u d-direttivi mniżżla fl-Anness II li fuqhom hija msejsa s-sistema ta' kundizzjonalità, kif ukoll l-istandards definiti bħala ''l-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba'' fl-Anness III, li huma wkoll parti minn din is-sistema.
L-istudju tal-Kummissjoni għandu jevalwa l-ispiża tal-konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq fl-Istati Membri kollha. Din l-ispiża tista' tvarja bejn l-Istati Membri, saħansitra bejn ir-reġjuni, skont id-differenzi tagħhom mil-lat klimatiku, ġeoloġiku, ekonomiku u soċjali, kif ukoll fil-livell tal-karatteristiċi ta' produzzjoni tagħhom.
Emenda 165
Proposta għal regolament
Anness I – linja 3 – kolonna 2
Titolu IV, Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003
Titolu IV, Kapitolu 1, Taqsima 1a ta' dan ir-Regolament
Emenda 166
Proposta għal regolament
Anness II – punt A – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

4.

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta" Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1)

Artikoli 4 u 5

Emenda

4.

Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta" Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament ( ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19)

Artikolu 6

Emenda 167
Proposta għal regolament
Anness II – punt A a (ġdid)

Emenda

A a

Sigurtà fuq il-post tax-xogħol

8a

Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex iħeġġu titjib fis-sikurezza u s-saħħa ta' ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L183, 29.6.1989, p.1).

Artikolu 6

8b

Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-esponiment għal sustanzi bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol, (is-seba' direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)(ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21)

Artikoli 3, 6, 8 u 9

8c

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta' Ġunju 1994 dwar il-kontroll uffiċjali ta' affarijiet tal-ikel (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 12).

8d

Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta' April 2004 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-esponiment għal sustanzi bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol, (is-sitt direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)(ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50)

Artikoli 3, u 4 sa 12

Emenda 168
Proposta għal regolament
Anness III - Kolonna 2 - titolu
Standards
Eżempji tl-esiġenzi rilevanti
Emenda 194
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness III - linja 4 - kolonna 2 - inċiż 2a ġdid
-  Fejn ikun xieraq, l-istabbiliment u/jew iż-żamma tal-ħabitats
Emenda 169
Proposta għal regolament
Anness III – linja 4 – kolonna 2 - inċiż 3
-  Żamma ta' elementi tal-pajsaġġ, inkluż, fejn dan ikun f'loku, hedges, għadajjar, trinek għall-ilma, siġar f'ringiela, fi gruppi jew iżolati, u l-marġni tal-għelieqi,
-  Żamma ta' elementi tal-pajsaġġ
Emenda 171
Proposta għal regolament
Anness III – linja 5 – kolonna 2 - inċiż 1
-  Stabbiliment ta' strixxi marġinali matul il-mogħdijiet tal-ilma
–  Stabbiliment ta' strixxi marġinali matul il-mogħdijiet tal-ilma bi qbil mal-leġiżlazzjoni rilevanti komuni dwar il-protezzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ
Emenda 172
Proposta għal regolament
ANNESS IV

Test propost mill-Kummissjoni

EUR miljuni

Sena Kalendarja

2009

2010

2011

2012

Il-Belġju

583,2

570,9

563,1

553,9

Ir-Repubblika Ċeka

773,0

Id-Danimarka

985,9

965,3

954,6

937,8

Il-Ġermanja

5 467,4

5 339,2

5 269,3

5 178,0

L-Estonja

88,9

L-Irlanda

1 283,1

1 264,0

1 247,1

1 230,0

Il-Greċja

2 567,3

2 365,5

2 348,9

2 324,1

Spanja

5 171,3

5 043,4

5 019,1

4 953,5

Franza

8 218,5

8 021,2

7 930,7

7 796,2

L-Italja

4 323,6

4 103,7

4 073,2

4 023,3

Ċipru

48,2

Il-Latvja

130,5

Il-Litwanja

337,9

Lussemburgu

35,2

34,5

34,0

33,4

L-Ungerija

1 150,9

Malta

4,6

Olanda

841,5

827,0

829,4

815,9

L-Awstrija

727,7

718,2

712,1

704,9

Il-Polonja

2 730,5

Il-Portugall

635,8

623,0

622,6

622,6

Is-Slovenja

129,4

Is-Slovakkja

335,9

Il-Finlandja

550,0

541,2

536,0

529,8

L-Iżvezja

731,7

719,9

710,6

699,8

Ir-Renju Unit

3 373,0

3 340,4

3 335,8

3 334,9

Emenda

EUR miljuni

Sena Kalendarja

2009

2010

2011

2012

Il-Belġju

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Ir-Repubblika Ċeka

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Id-Danimarka

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Ġermanja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-Estonja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-Irlanda

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Greċja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Spanja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Franza

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-Italja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Ċipru

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Latvja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Litwanja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Lussemburgu

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-Ungerija

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Malta

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Olanda

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-Awstrija

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Polonja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Portugall

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Is-Slovenja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Is-Slovakkja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Finlandja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-Iżvezja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Ir-Renju Unit

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Emenda 173
Proposta għal regolament
ANNESS VIII - tabelli 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 1

(EUR 1 000)

Stat Membru

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016 u s-snin ta' wara

Il-Belġju

614 179

611 901

613 281

613 281

614 661

614 661

614 661

614 661

Id-Danimarka

1 030 478

1 031 321

1 043 421

1 043 421

1 048 999

1 048 999

1 048 999

1 048 999

Il-Ġermanja

5 770 254

5 781 666

5 826 537

5 826 537

5 848 330

5 848 330

5 848 330

5 848 330

L-Irlanda

1 342 268

1 340 737

1 340 869

1 340 869

1 340 869

1 340 869

1 340 869

1 340 869

Il-Greċja

2 367 713

2 209 591

2 210 829

2 216 533

2 216 533

2 216 533

2 216 533

2 216 533

Spanja

4 838 512

5 070 413

5 114 250

5 139 246

5 139 316

5 139 316

5 139 316

5 139 316

Franza

8 404 502

8 444 468

8 500 503

8 504 425

8 518 804

8 518 804

8 518 804

8 518 804

L-Italja

4 143 175

4 277 633

4 320 238

4 369 974

4 369 974

4 369 974

4 369 974

4 369 974

Lussemburgu

37 051

37 084

37 084

37 084

37 084

37 084

37 084

37 084

Olanda

853 090

853 169

886 966

886 966

904 272

904 272

904 272

904 272

L-Awstrija

745 561

747 298

750 019

750 019

751 616

751 616

751 616

751 616

Il-Portugall

589 723

600 296

600 370

605 967

605 972

605 972

605 972

605 972

Il-Finlandja

566 801

565 823

568 799

568 799

570 583

570 583

570 583

570 583

L-Iżvezja

763 082

765 229

768 853

768 853

770 916

770 916

770 916

770 916

Ir-Renju Unit

3 985 834

3 986 361

3 987 844

3 987 844

3 987 849

3 987 849

3 987 849

3 987 849

Tabella 2*

(EUR 1 000)

Stat Membru

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016 u s-snin ta' wara

Il-Bulgarija

287 399

328 997

409 587

490 705

571 467

652 228

732 986

813 746

Ir-Repubblika Ċeka

559 622

647 080

735 801

821 779

909 164

909 164

909 164

909 164

L-Estonja

60 500

70 769

80 910

91 034

101 171

101 171

101 171

101 171

Ċipru

31 670

38 845

43 730

48 615

53 499

53 499

53 499

53 499

Il-Latvja

90 016

104 025

118 258

132 193

146 355

146 355

146 355

146 355

Il-Litwanja

230 560

268 746

305 964

342 881

380 064

380 064

380 064

380 064

L-Ungerija

807 366

935 912

1 064 312

1 191 526

1 318 542

1 318 542

1 318 542

1 318 542

Malta

3 434

3 851

4 268

4 685

5 102

5 102

5 102

5 102

Il-Polonja

1 877 107

2 164 285

2 456 894

2 742 771

3 033 549

3 033 549

3 033 549

3 033 549

Ir-Rumanija

623 399

713 207

891 072

1 068 953

1 246 821

1 424 684

1 602 550

1 780 414

Is-Slovenja

87 942

102 047

116 077

130 107

144 236

144 236

144 236

144 236

Is-Slovakkja

240 014

277 779

314 692

351 377

388 191

388 191

388 191

388 191

* Il-limiti massimi kkalkolati bil-qies tal-iskeda ta' żidiet inkrementali pprovduta skont l-Artikolu 110 .

Emenda

Tabella 1

(EUR 1 000)

Stat Membru

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016 u s-snin ta' wara

Il-Belġju

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Id-Danimarka

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Ġermanja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-Irlanda

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Greċja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Spanja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Franza

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-Italja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Lussemburgu

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Olanda

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-Awstrija

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Portugall

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Finlandja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-Iżvezja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Ir-Renju Unit

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Tabella 2

(EUR 1 000)

Stat Membru

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016 u s-snin ta' wara

Il-Bulgarija

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Ir-Repubblika Ċeka

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-Estonja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Ċipru

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Latvja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Litwanja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

L-Ungerija

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Malta

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Il-Polonja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Ir-Rumanija

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Is-Slovenja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Is-Slovakkja

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Emenda 174
Proposta għal regolament
Anness X – parti I – inċiż 2
  Mill-2010, il-primjum għall-uċuħ tal-proteini previst fit-Titolu IV, Kapitolu 2, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.
imħassar
Emenda 175
Proposta għal regolament
Anness X – parti I – inċiż 3
-  Mill-2010 'l quddiem, il-pagament speċifiku għar-ross ipprovdut fil-Kapitolu III tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u s-Sezzjoni 1 tal-Kapitolu 1 tat-titolu IV ta' dan ir-Regolament, skont l-iskeda ta' żmien ippprovduta bl-Artikolu 72(2) ta' dan ir-Regolament;
-  Mill-2013 'il quddiem, il-pagament speċifiku għar-ross ipprovdut fil-Kapitolu III tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u s-Sezzjoni 1 tal-Kapitolu 1 tat-titolu IV ta' dan ir-Regolament, skont l-iskeda ta' żmien ippprovduta bl-Artikolu 72(2) ta' dan ir-Regolament;
Emenda 176
Proposta għal regolament
Anness X – parti I – inċiż 5
-  Mill-2011 'il quddiem l-għajnuna għall-ipproċessar tal-għalf imnixxef ipprovduta fis-Subsezzjoni I tas-Sezzjoni I tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;
imħassar
Emenda 177
Proposta għal regolament
Anness X – parti I – inċiż 6
-  Mill-2011 'il quddiem l-għajnuna għall-ipproċessar tal-kittien imkabbar għall-fibri ipprovduta fis-Subsezzjoni II tas-Sezzjoni I tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, skont l-iskeda ta' żmien ippprovduta f'dik is-subsezzjoni;
-  Mill-2013 'il quddiem l-għajnuna għall-ipproċessar tal-kittien imkabbar għall-fibri ipprovduta fis-Subsezzjoni II tas-Sezzjoni I tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, skont l-iskeda ta' żmien ippprovduta f'dik is-subsezzjoni;
Emenda 178
Proposta għal regolament
Anness X – parti I – inċiż 7
-  Mill-2011 'il quddiem l-għajnuna għal-lamtu tal-patata pprovduta fl-Artikolu [95a] tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u, skont l-iskeda ta' żmien tal-Artikolu 75 ta' dan ir-Regolament, l-għajnuna għall-patata tal-lamtu pprovduta f'dak l-Artikolu.
-  Mill-2013 'il quddiem l-għajnuna għal-lamtu tal-patata pprovduta fl-Artikolu [95a] tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u, skont l-iskeda ta' żmien tal-Artikolu 75 ta' dan ir-Regolament, l-għajnuna għall-patata tal-lamtu pprovduta f'dak l-Artikolu.
Emenda 179
Proposta għal regolament
Anness X - Parti Ia (ġdida)
I a.
Mill-2010, fejn Stat Membru ma jeħux id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 64 ta' dan ir-Regolament:
– il-primjum għall-uċuħ tal-proteini previst fit-Titolu IV, Kapitolu 2, tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;
- l-għajnuna speċifika għar-ross ipprovdut fil-Kapitolu III tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u s-Sezzjoni 1 tal-Kapitolu 1 tat-titolu IV ta' dan ir-Regolament, skont l-iskeda ta' żmien ippprovduta bl-Artikolu 72(2) ta' dan ir-Regolament;
- l-għajnuna għall-ipproċessar tal-għalf imnixxef ipprovduta fis-Sottotaqsima I tat-Taqsima I tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Emenda 180
Proposta għal regolament
Annexe XI – Tabella "Għalf niexef"
Tabella ''Għalf niexef'' imħassra
Emenda 181
Proposta għal regolament
Annexe XI – tabella "Uċuħ tal-Proteini''
Tabella ''Uċuħ tal-Proteini'' imħassra
Emenda 182
Proposta għal regolament
Anness XI – tabella "Ross"
Kolonna 2010
imħassra
Kolonna 2011
Kolonna 2012
Emenda 183
Proposta għal regolament
Anness XI – tabella "Kittien ta' fibri twal"
Kolonna 2011
imħassra
Kolonna 2012
Emenda 184
Proposta għal regolament
Anness XI – tabella "Għajnuna għall-ipproċessar tal-lamtu tal-patata"
Kolonna 2011
imħassra
Kolonna 2012
Emenda 185
Proposta għal regolament
Anness XI – tabella "Għajnuna għall-ipproċessar tal-lamtu tal-patata(SEE aBOVE) mill-kultivaturi"
Kolonna 2011
imħassra
Kolonna 2012
Aġġornata l-aħħar: 31 t'Awissu 2009Avviż legali