Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, biex jingħata qies ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (13104/2007 COM(2007)0404 – C6-0383/2008 – 2007/0137(AVC))
(Proċedura ta' kunsens)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0404),
– wara li kkunsidra t-test tal-Kunsill 13104/2007),
– wara li kkunsidra t-talba għall-kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, u l-Artikolu 310 tat-Trattat KE (C6-0383/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 75, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0458/2008),
1. Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Renju tal-Marokk.