Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0488 – C6-0334/2008 – 2008/0155(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0488),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 26, 87 sa 89, 132 u segwenti u 308 tat-Trattat KE, skont liema l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0334/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 – Metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1)
,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0510/2008),
A. billi, skont il-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta msemmija għandha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr xi bidla fis-sustanza tagħhom,
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif ġiet adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.