Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0201(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0128/2009

Testi mressqa :

A6-0128/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 02/04/2009 - 9.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0197

Testi adottati
PDF 79kDOC 37k
Il-Ħamis, 2 t'April 2009 - Brussel Verżjoni finali
L-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni ***I
P6_TA(2009)0197A6-0128/2009
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 808/2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (COM(2008)0677 – C6-0381/2008 – 2008/0201(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0677),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0381/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom(1)

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0128/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 808/2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni
P6_TC1-COD(2008)0201

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru 1006./2009.)

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Diċembru 2009Avviż legali