Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0233(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0126/2009

Testi mressqa :

A6-0126/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 02/04/2009 - 9.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0205

Testi adottati
PDF 71kDOC 33k
Il-Ħamis, 2 t'April 2009 - Brussell Verżjoni finali
Statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri ***II
P6_TA(2009)0205A6-0126/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 (15248/2/2008 – C6-0065/2009 – 2007/0233(COD))

Proċedura ta' kodeċiżjoni - it-tieni qari

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (15248/2/2008 – C6-0065/2009),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0653),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat dwar il-Kummerċ Internazzjonali (A6–0126/2009),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif suppost,u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi Adottati tat-23 ta' Settembru 2008, P6_TA(2008)0414.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Diċembru 2009Avviż legali