Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0022(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0203/2009

Testi mressqa :

A6-0203/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 06/05/2009 - 4.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0350

Testi adottati
PDF 68kDOC 32k
L-Erbgħa, 6 ta' Mejju 2009 - Strasburgu Verżjoni finali
Taħsir ta' direttiva u ta' 11-il Deċiżjoni li skadew fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd *
P6_TA(2009)0350A6-0203/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tħassar d-Direttiva 83/515/KEE u 11-il Deċiżjoni li skadew fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2009)0088 – C6-0094/2009 – 2009/0022(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0088),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u 300(2) u (3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0094/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 43, paragrafu 1, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0203/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Frar 2011Avviż legali