Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2332(ACI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0278/2009

Testi mressqa :

A6-0278/2009

Dibattiti :

PV 06/05/2009 - 2
CRE 06/05/2009 - 2

Votazzjonijiet :

PV 06/05/2009 - 4.7

Testi adottati :

P6_TA(2009)0354

Testi adottati
PDF 156kDOC 92k
L-Erbgħa, 6 ta' Mejju 2009 - Strasburgu Verżjoni finali
Emendi għall-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006
P6_TA(2009)0354A6-0278/2009
Riżoluzzjoni
 Anness
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta emendata għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali (2007-2013) (COM(2009)0171 – C6-0508/2008 – 2008/2332(ACI))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0171),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1) (Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006), u b'mod partikulari l-Punti 21, 22 u 23 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta" Marzu 2009 dwar ir-Reviżjoni ta" Nofs iż-Żmien tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013(2) u tal-10 ta" Marzu 2009 dwar il-Linji Gwida għall-proċedura tal-baġit tal-2010(3) ,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tat-Trijalogu li sar fit-2 ta" April 2009,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0278/2009),

1.  Japprova l-konklużjonijiet tat-Trijalogu tat-2 ta" April 2009;

2.  Jenfasizza li l-ftehima li ntlaħqet dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali hija r-riżultat tal-koperazzjoni interistituzzjonali li saret b'suċċess bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja u ekonomika li għaddejjin minnha l-Istati Membri, permezz tal-promozzjoni tas-solidarjetà fil-qasam tar-riżorsi tal-enerġija u permezz tal-iżvilupp li sar għall-broadband fiż-żoni rurali kif ukoll l-appoġġ għas-settur agrikolu;

3.  Ifakkar li b'din il-ftehima l-Parlament, fil-kapaċità doppja tiegħu ta' awtorità leġiżlattiva u baġitarja, ipproteġa l-prijoritajiet eżistenti tiegħu, kif għamel matul il-proċedura baġitarja tal-2008 meta ntlaħqet ftehima dwar il-finanzjament tal-Galileo;

4.  Jaqbel mal-kompromess politiku li jipprevedi mekkaniżmu ta" kumpens ippjanat għall-proċedura baġitarja tal-2010, kif ukoll - imma jekk ikun meħtieġ biss - għall-proċedura baġitarja tal-2011; ifakkar li, kif iddikjarat fid-Dikjarazzjoni Konġunta adottata mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni waqt it-Trijalogu tat-2 ta" April 2009, il-mekkaniżmu ta' kumpens ikun mingħajr ħsara għall-pakketti finanzjarji tal-programmi kodeċiżi u l-proċedura baġitarja annwali u se jkun iffinanzjat billi jintużaw il-mezzi baġitarji kollha li huma previsti fil-qafas legali baġitarju;

5.  Itenni li d-defiċits u l-ammonti li baqgħu mhux utilizzati għad mhumiex solvuti minn dak li rriżulta min-negozjati tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 u li dawn id-defiċits għandhom ikunu indirizzati fir-reviżjoni ta" nofs iż-żmien tal-2008-2009, kif previst fid-Dikjarazzjoni 3 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006, kif ukoll huma u għaddejjin il-proċeduri baġitarji annwali, jekk possibbli permezz ta" aktar flessibilità u fi kwalunkwe każ bil-mezzi kollha previsti mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006; ifakkar, kif iddikjarat mill-Parlament fid-dikjarazzjoni unilaterali tiegħu waqt it-Trilogu tat-2 ta" April 2009, li l-Kummissjoni, fil-proċedura ta' reviżjoni ta' nofs iż-żmien għandha tinkludi l-prinċipji mniżżla fir-Riżoluzzjoni tiegħu adottata fil-25 ta' Marzu 2009;

6.  Javża kontra l-użu regolari tal-marġini taħt l-intestatura 2 biex jiġu ffinanzjati intestaturi oħrajn, peress li dan jista' jipperikola l-interessi tas-settur agrikulturali, fid-dawl tat-tnaqqis mhux mistenni fil-prezzijiet tas-suq;

7.  Jisgħobbih li l-ftehima mal-Kunsill intlaħqet biss xahrejn qabel ma ntemmet il-leġiżlatura, b'mod li tħalla anqas spazju għan-negozjati, u jiddispjaċih ukoll li din il-ħaġa qiegħdet lill-istituzzjonijiet taħt pressjoni, anke jekk fil-klima tas-soltu ta" koperazzjoni leali;

8.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma" din ir-riżoluzzjoni;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

  10 Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) Testi adottati, P6_TA(2009)0174.
(3) Testi adottati, P6_TA(2009)0095 u 0096.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Mejju 2009

li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali (2007-2013)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod(1) , u b'mod partikulari l-Punti 21, 22, l-ewwel u t-tieni paragrafi, u 23 tagħha,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)  Fil-laqgħa tat-trilogu tat-2 ta' April 2009 l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar l-iffinanzjar, fil-qafas tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku għall-modernizzazzjoni tal-infrastrutturi u s-solidarjetà fl-enerġija, ta' proġetti fil-qasam tal-enerġija u l-internet broadband, kif ukoll għat-tisħiħ tal-operazzjonijiet relatati mal-"isfidi ġodda" ddefiniti fil-kuntest tal-valutazzjoni tar-riforma ta" nofs iż-żmien tal-2003 tal-Politika Agrikola Komuni ("Il-Kontroll tas-Saħħa"). L-iffinanzjar jeħtieġ, bħala l-ewwel pass, li ssir reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007 - 2013 skont il-Punti 21, 22 u 23 tal-Ftehima Interistituzzjonali, sabiex l-ogħla limitu għas-sena 2009 għall-approprijazzjonijiet għall-impenji taħt is-sotto-intestatura 1a jitgħolla b'ammont ta' EUR 2 000 000 000 bil-prezzijiet attwali.

(2)  Iż-żieda fl-ogħla limitu tas-sotto-intestatura 1a se tkun ibbilanċjata totalment bit-tnaqqis tal-ogħla limitu għall-approprijazzjonjiet għall-impenji taħt l-intestatura 2 għas-sena 2009 bl-ammont ta" EUR 2,000,000,000.

(3)  Sabiex tinżamm relazzjoni xierqa bejn l-impenji u l-ħlasijiet, il-limiti massimi annwali għall- approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet ser jiġu aġġustati. L-aġġustament ser ikun newtrali.

(4)  L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod għalhekk għandha tiġi emendata(2) ,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdani

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod huwa ssostitwit bl-Anness ta" din id-Deċiżjoni

Magħmul fi Strasburgu fis-6 ta' Mejju 2009,

Għall-Parlament Ewropew Għall–Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) Għal dak il-għan, iċ-ċifri li jirriżultaw mill-ftehima msemmija hawn fuq huma maqluba għall-prezzijiet tal-2004.


QAFAS FINANZJARJU 2007-2013 RIVEDUT GĦAL PJAN EWROPEW TA' RKUPRU EKONOMIKU (PREZZIJIET KOSTANTI 2004)

(miljuni ta' EUR - prezzijiet kostanti 2004)

STANZIAMENTI D'IMPEGNO

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

2007-2013

1. Tkabbir Sostenibbli

50 865

53 262

55 883

54 860

55 400

56 866

58 256

385 392

1a Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

8 404

9 595

12 021

11 000

11 306

12 122

12 914

77 362

1b Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi

42 461

43 667

43 862

43 860

44 094

44 744

45 342

308 030

2. Preservazzjoni u Mmaniġġjar tar-Riżorsi Naturali

51 962

54 685

52 205

53 379

52 528

51 901

51 284

367 944

li minnhom: nfiq marbut mas-suq u ħlasijiet diretti

43 120

42 697

42 279

41 864

41 453

41 047

40 645

293 05

3. Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 199

1 258

1 380

1 503

1 645

1 797

1 988

10 770

3a Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

600

690

790

910

1 050

1 200

1.390

6 630

3b Ċittadinanza

599

568

590

593

595

597

598

4 140

4. L-UE bħala attur globali

6 199

6 469

6 739

7 009

7 339

7 679

8 029

49 463

5. Amministrazzjoni (1)

6 633

6 818

6 973

7 111

7 255

7 400

7 610

49 800

6. Kumpensi

419

191

190

800

APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN TOTALI

117 277

122 683

123 370

123 862

124 167

125 643

127 167

864 169

bħala persentaġġ tal-GNI

1,08%

1,09%

1,07%

1,05%

1,03%

1,02%

1,01%

1,048%

APPROPRJAZZJONIJIET TA' ĦLAS TOTALI

115 142

119 805

110 439

119 126

116 552

120 145

119 391

820 600

bħala persentaġġ tal-GNI

1,06%

1,06%

0,96%

1,01%

0,97%

0,98%

0,95%

1,00%

Marġni disponibbli

0,18%

0,18%

0,28%

0,23%

0,27%

0,26%

0,29%

0,24%

Limitu Massimu ta' Riżorsi Proprji bħala persentaġġ tal-GNII

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

1,24%

(1) In-nefqa għall-pensjonijiet inkluża fil-limitu massimu għal din l-intestatura hija kkalkulata b'mod nett wara li jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tal-istaff għall-iskema rilevanti, fil-limitu ta' EUR 500 miljun bil-prezzijiet tal-2004 għall-perjodu 2007-2013.

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' Frar 2011Avviż legali