Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività b'kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE (COM(2008)0636 – C6-0341/2008 – 2008/0192(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0636),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 141(3) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0341/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0258/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva
2009/.../KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività b'kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom u li tirrevoka d-Direttiva 86/613/KEE
tal-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 141(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1)
,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2)
,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3)
,
Billi:
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE ║ tal-11 ta' Diċembru 1986 ║ dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività, inkluża l-agrikoltura, b'kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom, u dwar il-protezzjoni ta' nisa li jaħdmu għal rashom waqt it-tqala u waqt li qegħdin irabbu t-tfal(4)
tiżgura l-applikazzjoni fl-Istati Membri tal-prinċipju ta" trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività b'kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom, jew li qed jikkontribwixxu fit-twettiq ta' attività bħal din. Safejn għandhom x'jaqsmu l-persuni li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi ta" għajnuna, id-Direttiva 86/613/KEE ma kinitx effettiva ħafna u l-ambitu tagħha għandu jitqies mill-ġdid, billi d-diskriminazzjoni fuq il-bażi ta" sess u l-fastidju jseħħu wkoll f'oqsma barra mix-xogħol bis-salarju. Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 86/613/KEE għandha tiġi sostitwita minn din id-Direttiva.
(2) Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjon tal-1 ta' Marzu 2006 intitolata "Il-pjan ta' rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010(5)
, il-Kummissjoni ħabbret li biex ittejjeb il-governanza għall-ugwaljanza bejn is-sessi, se tirrevedi l-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi li mhijiex inkluża fl-eżerċizzju ta" tfassil mill-ġdid tal-2005 maħsuba biex ikun hemm aġġornament, modernizzazzjoni u tfassil mill-ġdid fejn meħtieġ. Id-Direttiva 86/613/KEE ma kinitx inkluża fl-eżerċizzju ta" tfassil mill-ġdid.
(3) Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 u s-6 ta' Diċembru 2007,
"Rwoli bilanċjati tan-nisa u l-irġiel għall-impjiegi, it-tkabbir u l-koeżjoni soċjali'(6)
, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tqis il-bżonn li tirrevedi, jekk ikun meħtieġ, id-Direttiva ║86/613/KEE biex tiżgura d-drittijiet relatati mal-maternità u mal-paternità ta" persuni li jaħdmu għal rashom u tal-konjuġi li jgħinuhom.
(4) Il-Parlament Ewropew talab b'mod konsistenti lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Direttiva 86/613/KEE, b'mod partikolari biex isaħħaħil-protezzjoni tal-maternità tal-ħaddiema nisa indipendenti u ittejjeb
il-qagħda tal-konjuġi ta" għajnuna fl-agrikoltura, l-artiġjanat, il-kummerċ, l-intrapriża ta' daqs żgħir u medju u l-professjonijiet liberali
.
(5)Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Frar 1997 dwar is-sitwazzjoni tal-konjuġi ta' għajnuna u tal-ħaddiema nisa indipendenti(7), ippropona li, b'mod obbligatorju, il-konjuġi ta' għajnuna jiġu irreġistrati sabiex ma jibqgħux ħaddiema inviżibbli, u talab ukoll li jkun hemm l-obbligu li l-Istati Membri jippermettu lill-konjuġi ta' għajnuna l-affiljazzjoni fi skemi ta' assigurazzjoni tal-ħaddiema indipendenti li jkopru l-mard, l-invalidità u x-xjuħija.
(6) Fil-Komunikazzjoni tagħha ntitolata Aġenda Soċjali Mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-Seklu 21(8)
, il-Kummissjoni affermat il-ħtieġa li tieħu azzjoni dwar id-differenza bejn is-sessi fl-intraprenditorija kif ukoll biex ittejjeb ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja privata u professjonali.
(7) Diġà hemm għadd ta" strumenti legali eżistenti għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali li jkopru l-attivitajiet ta" persuni li jaħdmu għal rashom, b'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1978
dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju ta" trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta" sigurtà soċjali(9)
u d-Direttiva 2006/54/KE
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006
dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta" impjieg u xogħol (tfassil mill-ġdid)(10)
. Din id-Direttiva għaldaqstant ma għandhiex tapplika għall-oqsma li diġà huma koperti minn direttivi oħra.
(8)Din i
d-Direttiva għandha tapplika għal persuni li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi ta" għajnuna, billi t-tnejn jieħdu sehem fl-attivitajiet tan-negozju.
(9)Ik-konjuġi ta" għajnuna għandhom jingħataw status professjonali definit b'mod ċar u d-drittijiet tagħhom għandhom jiġu stabbiliti.
(10) Id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kwistjonijiet koperti minn Direttivi oħra li jimplimentaw il-prinċipju ta" trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, partikolarment id-Direttiva 2004/113/KE tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi(11)
. B'mod partikolari, l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/113/KE dwar l-assigurazzjoni u servizzi finanzjarji relatati jibqa" applikabbli.
(11) Biex tkun evitata d-diskriminazzjoni fuq bażi ta" sess, din id-Direttiva għandha tapplika kemm għad-diskriminazzjoni diretta kif ukoll għal dik indiretta. Il-fastidju u l-fastidju sesswali għandhom jitqiesu bħala diskriminazzjoni u għalhekk għandhom jiġu pprojbiti.
(12) L-Istati Membri jistgħu, skont l-Artikolu 141(4) tat-Trattat, iżommu jew jadottaw miżuri li jipprovdu għal vantaġġi speċifiċi, biex jagħmluha aktar faċli għas-sess li mhuwiex rappreżentat biżżejjed biex jinvolvi ruħu f'attivitajiet professjonali jew biex jevitaw jew jikkumpensaw għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali tagħhom. Bħala prinċipju, dawn
il-miżuri, f'forma ta' azzjonijiet pożittivi,
maħsuba biex jiksbu l-ugwaljanza fil-prattika ma għandhomx jitqiesu li qed jiksru l-prinċipju legali ta" trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel.
(13) Fil-qasam tax-xogħol ta' min jaħdem għal rasu, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali tfisser li ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni b'rabta mat-twaqqif, il-ġestjoni,
it-tagħmir jew l-estensjoni ta" negozju jew kull forma oħra ta" attività ta" persuni li jaħdmu għal rashom.
(14) Jeħtieġ li jkun żgurat li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bbażata fuq l-istat konjugali jew tal-familja fir-rigward tal-kundizzjonijiet għat-twaqqif ta' kumpanija bejn il-konjuġi jew l-imsieħba għall-ħajja bejn il-konviventi
fejn dawn ikunu rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali. Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, it-termini 'stat konjugali' u 'negozju tal-familja' għandhom jiġu interpretati fid-dawl tar-rikonoxximent mogħti lill-konvivenzi fis-sentenzi rilevanti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja
.
(15) Fid-dawl tal-kontribuzzjoni tagħhom għan-negozju tal-familja, il-konjuġi ta" għajnuna għandhom ikunu intitolati ▌, li jibbenefikaw għall-inqas mill-istess livell ta" ħarsien bħal persuni li jaħdmu għal rashom, taħt l-istess kundizzjonijiet applikabbli għal persuni li jaħdmu għal rashom, ▌. L-Istati Membri għandhom ikunu mitluba jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jagħmlu din l-għażla possibbli. F'kull każ, il-livell ta" ħarsien ▌ tal-konjuġi ta" għajnuna għandu
jkun proporzjonali għar-rata ta" parteċipazzjoni tagħhom
fl-attivitajiet tal-ħaddiem indipendenti fin-negozju
tal-familja.
(16) Il-vulnerabbiltà ekonomika u fiżika ta" persuni li jaħdmu għal rashom li jkunu qed jistennew tarbija u tal-konjuġi ta" għajnuna tagħmilha neċessarja għalihom li jingħataw id-dritt għal lif ta" maternità, li parti minnu għandu jitqies obbligatorju. L-Istati Membri jibqgħu kompetenti li jistabbilixxu l-livell ta" kontribuzzjonijiet u l-arranġamenti kollha li jikkonċernaw il-benefiċċji u l-ħlasijiet, sakemm ikunu mħarsa l-preskrizzjonijiet minimali ta" din id-Direttiva. Biex titqies il-qagħda speċifika tal-persuni li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi ta" għajnuna, dawn għandhom jingħataw l-aħħar għażla dwar jekk iridux jibbenefikaw jew le mil-lif ta" maternità.
(17) Biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta" attivitajiet ta" persuni li jaħdmu għal rashom, in-nisa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi ta" għajnuna għandhom ikunu kapaċi jagħżlu, kemm jista" jkun, bejn allowance finanzjarja u sostituzzjoni temporanja matul il-lif ta" maternità.
(18) It-titjib fl-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta" għajnuna soċjali, b'mod partikolari permezz ta" inċentivi mtejba, amministrazzjoni u valutazzjoni aħjar u l-prijoritizzazzjoni ta" programmi ta" nfiq, sar ta" importanza kruċjali biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja għat-tul tal-mudelli soċjali Ewropej. ▌
(19
) Il-persuni li kienu soġġetti għal diskriminazzjoni fuq bażi ta" sess għandu jkollhom mezzi xierqa ta" ħarsien legali. Biex jingħata ħarsien aktar effettiv, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra għandhom jingħataw is-setgħa li jinvolvu ruħhom fi proċedimenti, kif jiddeċiedu l-Istati Membri, jew f'isem jew b'sostenn għal kull vittima, bla ħsara għar-regoli nazzjonali ta' proċedura dwar rappreżentazzjoni u difiża quddiem il-qrati.
(20
) Il-ħarsien tal-ħaddiema indipendenti u tal-konjuġi ta' għajnuna
kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta" sess għandu jissaħħaħ permezz tal-eżistenza ta" korp ▌ f'kull Stat Membru b'kompetenza li janalizzaw il-problemi involuti, jistudjaw is-soluzzjonijiet possibbli u jagħtu għajnuna prattika lill-vittmi. ▌
(21
) Billi l-objettivi tal-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri li jkun żgurat livell għoli komuni ta" ħarsien mid-diskriminazzjoni fl-Istati Membri kollha, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta" sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju ta" proporzjonalità, kif ġie stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas biex jidħol fis-seħħ fl-Istati Membri l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività li fiha jaħdmu għal rashom, jew li tikkontribwixxi għall-eżerċizzju ta" tali attività, fir-rigward ta' dawk l-aspetti mhux koperti mid-Direttivi 2006/54/KE u 79/7/KEE.
2. Din id-Direttiva tkopri l-persuni li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi ta" għajnuna.
3. L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal oġġetti u servizzi u fil-provvista tagħhom tibqa' koperta mid-Direttiva 2004/113/KE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
║ Għall-għanijiet ta" din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
"persuni li jaħdmu għal rashom': il-persuni kollha li jeżerċitaw attività bi qligħ għalihom stess, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, inklużi bdiewa il-
membri tal-professjonijiet liberali l-artiġjani, il-kummerċjanti u fil-kuntest tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju
;
(b)
"konjuġi ta" għajnuna': il-konjuġi jew, l-imsieħba għall-ħajja jew il-persuni li jaħdmu għal rashom, meta jkunu rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali, li ma jkunux impjegati jew imsieħba fin-negozju, fejn huma abitwalment, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali, jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-persuna li taħdem għal rasha u jwettqu l-istess ħidmiet jew ħidmiet anċillari;
(c)
"diskriminazzjoni diretta': fejn persuna waħda tiġi ttrattata b'mod inqas favorevoli minħabba raġunijiet ta" sess milli hija, kienet jew tkun ittrattata persuna oħra f'sitwazzjoni komparabbli;
(d)
"diskriminazzjoni indiretta': fejn dispożizzjoni, kriterju jew prattika li tidher newtrali tqiegħed persuni ta" sess wieħed fi żvantaġġ partikolari meta mqabbla ma" persuni tas-sess l-ieħor, sakemm tali dispożizzjoni, kriterju jew prattika ma tkunx objettivament iġġustifikata minn għan leġittimu u l-mezzi biex jintlaħaq dak il-għan huma xierqa u meħtieġa;
(e)
"fastidju': fejn isseħħ imġiba mhix mixtieqa li għandha x'taqsam mas-sess ta" persuna bl-għan jew bl-effett li jmur kontra d-dinjità ta" dik il-persuna, u li jinħoloq ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv;
(f)
"fastidju sesswali': meta titwettaq kull forma ta" mġiba verbali, mhux verbali jew fiżika mhux mixtieqa ta" natura sesswali, bl-għan jew bl-effett li jmur kontra d-dinjità ta" persuna, b'mod partikolari meta jinħoloq ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv.
Artikolu 3
Kumpaniji tal-familja
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bbażata fuq l-istat konjugali jew tal-familja fir-rigward tal-kundizzjonijiet għat-twaqqif ta' kumpanija bejn il-konjuġi jew il-konviventi fejn dawn ikunu rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali. Il-kumpaniji kollha li huma stabbiliti b'mod konġunt minn konjuġi jew konviventi fejn dawn huma rikonuxxuti mil-liġi nazzjonali għandhom jiġu rikonoxxuti bħala 'negozji tal-familja'. Ir-rikonoxximent tal-konvivenzi għandu jkun ibbażat fuq is-sentenzi rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 4
Il-prinċipju ta" trattament ugwali
1. Il-prinċipju ta" trattament ugwali jfisser li ma għandu jkun hemm assolutament l-ebda diskriminazzjoni fuq bażi ta" sess, kemm direttament kif ukoll indirettament, b'referenza b'mod partikolari għall-istat konjugali jew tal-familja, b'mod partikolari b'rabta mat-twaqqif, il-ġestjoni,
it-tagħmir jew l-estensjoni ta" negozju jew it-tnedija jew l-estensjoni ta" kull forma oħra ta" attività ta" persuni li jaħdmu għal rashom.
2. Il-fastidju u l-fastidju sesswali għandhom jitqiesu bħala diskriminazzjoni fuq bażi ta" sess u għalhekk għandhom jiġi pprojbiti. Ir-rifjut ta" tali mġiba minn persuna jew is-sottomissjoni tagħha ma jistgħux jintużaw bħala bażi għal deċiżjoni li tolqot lil dik il-persuna.
3. L-istruzzjoni biex tiddiskrimina kontra persuni fuq bażi ta" sess għandha titqies bħala diskriminazzjoni.
Artikolu 5
Azzjoni pożittiva
Bl-għan li tiġi żgurata ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn l-irġiel u n-nisa, il-prinċipju ta" trattament ugwali ma għandux iżomm lil xi Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri speċifiċi biex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaġġi marbuta mas-sess li pereżempju jkollhom l-għan li jippromwovu l-attività intraprenditorjali tan-nisa
.
Artikolu 6
Twaqqif ta" kumpanija
Bla ħsara għall-kundizzjonijiet speċifiċi għal aċċess għal ċerti attivitajiet li japplikaw ugwalment għaż-żewġ sessi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet għat-twaqqif ta' kumpanija bejn il-konjuġi bejnil-konviventi
, jew l-imsieħba għall-ħajja, meta jkunu rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali, mhumiex aktar restrittivi mill-kundizzjonijiet għat-twaqqif ta' kumpanija ma" persuni oħra.
Artikolu 7
Ħarsien soċjali għall-konjuġi ta" għajnuna
u l-imsieħba għall-ħajja
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konjuġi ta" għajnuna u l-imsieħba għall-ħajja
▌ jibbenefikaw għall-inqas mill-istess livell ta" ħarsien bħal persuni li jaħdmu għal rashom taħt l-istess kundizzjonijiet applikabbli għal persuni li jaħdmu għal rashom. Jekk din l-estensjoni ta' benefiċċji ma tkunx obbligatorja skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru partikolari, għandha tingħata meta l-konjuġi ta" għajnuna u l-imsieħba għall-ħajja jitolbuha.
Dawn il-miżuri għandhom jiggarantixxu l-affiljazzjoni indipendenti tal-konjuġi ta' għajnuna fl-iskemi ta' sigurtà soċjali li jeżistu għall-ħaddiema indipendenti u li jkopru l-mard, l-invalidità u x-xjuħija, bil-kundizzjoni li dawn iħallsu l-istess miżati bħall-ħaddiema indipendenti, anke, jekk ikun hemm bżonn, billi tiġi prevista l-possibilità li jiġu kkalkulati l-miżati tagħhom fuq bażi ta' darba.
Il-miżati soċjali tal-konjuġi ta' għajnuna għandhom ikunu bla taxxa, inkwantu spejjeż ta' agrikoltura, u dan jgħodd ukoll għall-ħlas allokat għall-miżżewweġ, bil-kundizzjoni doppja li s-servizzi jkunu twettqu u li dan ikun ħlas normali għal servizzi tat-tip tagħhom.
Artikolu 8
Lif ta" maternità
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li n-nisa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi ta" għajnuna jistgħu, jkunu
intitolati għal-
lif ta" maternità adattat għall-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. Dan il-liv għandu jkollu tul tal-għażla tagħhom, bil-kundizzjoni li dan it-tul ma jkunx iktar minn dak previst
fid-Direttiva 92/85/KEE tal-Kunsill(12)
.
2. Biex ikun żgurat li l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif hu rikonoxxut f'dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jiżguraw li huma jirċievu allowance xierqa matul il-lif ta" maternità tagħhom.
3. L-allowance msemmija fil-paragrafu 2 għandha titqies xierqa jekk tiggarantixxi dħul għall-inqas ekwivalenti għal dak li l-persuna kkonċernata tirċievi f'każ li tieqaf temporanjament mill-attivitajiet tagħha għal raġunijiet marbuta mal-istat ta" saħħa tagħha jew, jekk mhux applikabbli, kull allowance ekwivalenti stabbilita mil-liġi nazzjonali, soġġetta għal kull limitu stabbilit skont il-liġi nazzjonali , limitu li ma jista' joħloq ebda diskriminazzjoni
.
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li n-nisa li jaħdmu għal rashom u l-konjuġi ta" għajnuna jkollhom aċċess ▌ għal servizzi li jfornu sostituzzjonijiet temporanji jew għal kull servizz soċjali nazzjonali flimkien mal-allowance
msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 9
Rikonoxximent tax-xogħol tal-konjuġi ta' għajnuna
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-impenn li jeżaminaw f'liema kundizzjonijiet ir-rikonoxximent tax-xogħol imwettaq mill-konjuġi ta' għajnuna jista' jiġi faċilitat, u fid-dawl ta' dan l-eżami, li jeżaminaw l-inizjattivi kollha adegwati bil-għan li jiffavorixxu dan ir-rikonoxximent.
Artikolu 10
Difiża ta" drittijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi effettivi
, inkluż, fejn l-Istati Membri jqisu li jkun xieraq, proċeduri ta" konċiljazzjoni, għall-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva huma disponibbli għall-persuni kollha li jqisu li ġarrbu xi telf jew ħsara minħabba li l-prinċipju ta" trattament ugwali ma ġiex applikat għalihom, anki wara li ntemmet ir-relazzjoni li fiha d-diskriminazzjoni hija allegata li saret.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta" din id-Direttiva jiġu osservati, jistgħu jidħlu, għan-nom jew b'sostenn ta" min jagħmel l-ilment, bl-approvazzjoni tiegħu jew tagħha, f'kull proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv stipulat għall-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bla ħsara għar-regoli nazzjonali dwar limiti ta" żmien biex issir azzjoni relatata mal-prinċipju ta" trattament ugwali.
Artikolu 11
Kumpens jew riparazzjoni
L-Istati Membri għandhom jintroduċu tali miżuri fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom li huma meħtieġa biex jiġi żgurat kumpens jew riparazzjoni reali u effettiva, kif l-Istati Membri hekk jiddeterminaw, għat-telf u l-ħsara mġarrba minn persuna b'riżultat ta" diskriminazzjoni skont it-tifsira ta" din id-Direttiva, b'mod li tali kumpens jew riparazzjoni tkun dissważiva u proporzjonali għat-telf jew ħsara mġarrba. Tali kumpens jew riparazzjoni ma għandhiex tkun limitata minn limitu superjuri ffissat minn qabel.
Artikolu 12
Korpi għall-ugwaljanza
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru u jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għal korp għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u s-sostenn ta' trattament ugwali tal-persuni kollha mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess. Dan il-korp jista'
jifforma parti minn aġenziji b'responsabbiltà fuq livell nazzjonali għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem jew is-salvagwardja tad-drittijiet tal-individwi, jew għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" trattament ugwali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp imsemmi
fil-paragrafu 1 ikollu bħala missjoni li
:
(a)
l-għoti ta" għajnuna indipendenti lill-vittmi ta" diskriminazzjoni biex iressqu l-ilmenti ta" diskriminazzjoni tagħhom, bla ħsara għad-drittijiet tal-vittmi u tal-assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra msemmija fl-Artikolu 10
(2);
(b)
it-twettiq ta" stħarriġ indipendenti dwar id-diskriminazzjoni;
(
ċ) il-pubblikazzjoni ta' rapporti indipendenti u t-tfassil ta" rakkomandazzjonijiet dwar kull kwistjoni relatata ma' din id-diskriminazzjoni;
(d)
li, fil-livell adegwat, ikun hemm skambju ta' informazzjoni disponibbli ma' korpi Ewropej omologi, bħall-Istitut Ewropew tal-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa.
Artikolu 13
Integrazzjoni fid-diversi politiki tal-kwistjonijiet rigward l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa
L-Istati Membri għandhom iqisu b'mod attiv l-għan tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa matul it-twettiq tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi, kif ukoll tal-politiki u l-attivitajiet fl-oqsma msemmija f'din id-Direttiva.
Artikolu 14
Tixrid ta" tagħrif
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti li huma diġà fis-seħħ, jinġiebu permezz tal-mezzi kollha xierqa inkluż l-internet,
għall-attenzjoni tal-persuni kkonċernati fit-territorju kollu tagħhom.
Artikolu 15
Livell ta" ħarsien
L-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tikkostitwixxi raġuni għal tnaqqis fil-livell ta" ħarsien kontra d-diskriminazzjoni diġà applikat mill-Istati Membri fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.
Artikolu 16
Rapporti
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-tagħrif kollu disponibbli dwar l-applikazzjoni ta" din id-Direttiva lill-Kummissjoni sa ...(13)
.
Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fil-qosor biex jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa ║
...(14)
+ Fejn xieraq, dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti biex tiġi emendata din id-Direttiva.
2. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati.
Artikolu 17
Eżami mill-ġdid
Sa ...(15)
++, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, jekk ikun hemm bżonn, tipproponi kull modifika li tqis neċessarja.
Artikolu 18
Implimentazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ...(16)
║ Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta" korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. Jekk id-diffikultajiet
partikolari, jiġġustifikaw dan
, ║ il-
perjodu previst fil-paragrafu 1║
] biex jikkonformaw ma' din id-Direttivajista' jiġi estiż sa ...(17)
+.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 19
Preskrizzjonijiet minimi
L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli għall-ħarsien tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa minn dawk previsti f'din id-Direttiva.
Artikolu 20
Revoka
B'effett minn ...+║, id-Direttiva 86/613/KEE għandha tiġi revokata.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil
-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 22
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.