Ftehimiet bilaterali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi dwar sentenzi u deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali, ir-responsabilità tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura għan-negozjar u l-konklużjoni ta" ftehimiet bilaterali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet settorjali u li jkopru l-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta" sentenzi u deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali, ir-responsabilità tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment, u l-liġi applikabbli fi kwistjonijiet marbuta mal-obbligi tal-manteniment (COM(2008)0894 – C6-0035/2009 – 2008/0266(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0894),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 61(c), 65, 67(2) u 67(5) tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0035/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0265/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 54 Proposta għal regolament Titolu
Proposta għal Regolament tal-Kunsill ta" […]
li jistabbilixxi proċedura għan-negozjar u l-konklużjoni ta" ftehimiet bilaterali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi
dwar kwistjonijiet settorjali u li jkopru
l-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta" sentenzi u deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali, ir-
responsabbiltà tal-ġenituri u l-
obbligi tal-manteniment, u l-liġi applikabbli fi kwistjonijiet marbuta mal-obbligi tal-manteniment
Proposta għal Regolament tal-Kunsill ta" […]
li jistabbilixxi proċedura għan-negozjar u l-konklużjoni ta" ftehimiet dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta" sentenzi u deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali, kwistjonijiet ta'
responsabbiltà tal-ġenituri u kwistjonijiet marbuta mal
-obbligi tal-manteniment, u l-liġi applikabbli fi kwistjonijiet marbuta mal-obbligi tal-manteniment
Emenda 55 Proposta għal regolament Premessa 1
(1) It-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn "il quddiem imsejjaħ it-Trattat KE") jipprovdi l-bażi legali għall-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili.
(1) It-Titolu IV tat-Tielet Parti
tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn "il quddiem imsejjaħ it-Trattat KE") jipprovdi l-bażi legali għall-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili.
Emenda 56 Proposta għal regolament Premessa 2
(2) Il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili bejn Stati Membri u pajjiżi terzi tradizzjonalment kienet irregolata minn ftehimiet bejn Stati Membri u pajjiżi terzi.
(2) Il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili bejn Stati Membri u pajjiżi terzi tradizzjonalment kienet irregolata minn ftehimiet bejn Stati Membri u pajjiżi terzi. Ftehimiet bħal dawn, li bħalhom hemm ħafna, spiss jixhdu rabtiet speċjali bejn Stat Membru u pajjiz terz partikulari u huma maħsuba biex jipprovdu qafas legali adegwat biex jintlaħqu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-partijiet ikkonċernati.
Emenda 57 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) L-Artikolu 307 tat-Trattat KE jirrekjedi t-tħassir ta"
kull inkompatibbiltà bejn l-acquis Komunitarju u l-ftehimiet internazzjonali konklużi minn Stati Membri u
pajjiżi terzi. Dan jista" jinvolvi l-ħtieġa għal negozjar mill-ġdid ta' dawn il-
ftehimiet.
(3) L-Artikolu 307 tat-Trattat KE jirrekjedi li Stati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jeliminaw
kull inkompatibbiltà bejn l-acquis Komunitarju u l-ftehimiet internazzjonali konklużi minn Stati Membri ma"
pajjiżi terzi. Dan jista" jinvolvi l-ħtieġa li
ftehimiet bħal dawn jerġgħu jiġu nnegozjati
.
Emenda 58 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Jista"
jkun hemm ukoll il-ħtieġa għall-konklużjoni ta" ftehimiet ġodda ma" pajjiżi terzi li jirregolaw l-
oqsma ta" ġustizzja ċivili li jaqgħu fl-ambitu tat-Titolu IV tat-Trattat KE.
(4) Sabiex jingħata qafas legali adegwat biex jintlaħqu l-ħtiġijiet speċifiċi ta" Stat Membru partikulari fir-relazzjonijiet tiegħu ma" ġajjiż terz, jista"
jkun hemm ukoll il-ħtieġa għall-konklużjoni ta" ftehimiet ġodda ma" pajjiżi terzi li fir-rigward ta"
oqsma ta" ġustizzja ċivili li jaqgħu fl-ambitu tat-Titolu IV tat-Tielet Parti
tat-Trattat KE.
Emenda 59 Proposta għal regolament Premessa 5
(5) Fl-Opinjoni tagħha 1/03 tas-7 ta" Frar 2006 dwar il-konvenzjoni ġdida ta" Lugano, l-ECJ
ikkonfermat li l-Komunità kisbet il-kompetenza esterna
esklussiva biex tinnegozja u
tikkonkludi ftehimiet
internazzjonali ma" pajjiżi terzi dwar għadd ta" suġġetti importanti msemmija fit-Titolu IV tat-Trattat KE. B'mod partikolari, l-Qorti kkonfermat li l-Komunità kisbet il-kompetenza esklussiva biex tikkonkludi ftehimiet internazzjonali ma' pajjiżi terzi,
dwar kwistjonijiet li jaffettwaw ir-regoli stabbiliti, fost l-oħrajn,
fir-Regolament (KE) Nru 44/2001 ("Brussell I"), partikolarment
dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.
(5) Fl-Opinjoni tagħha 1/03 tas-7 ta" Frar 2006 dwar il-konvenzjoni ġdida ta" Lugano, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej
ikkonfermat li l-Komunità kisbet il-kompetenza esklussiva biex tikkonkludi ftehima
internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta" Lugano
ma" pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet li jaffettwaw ir-regoli fir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000
dwar ġuriżdizzjoni u dwar ir-
rikonoxximent u l-
eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali1("Brussell I").
____________________ ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1.
Emenda 60 Proposta għal regolament Premessa 6
(6) Għalhekk
, skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE, huwa l-kompitu tal-Komunità li tikkonkludi tali
ftehimiet bejn il-Komunità u pajjiż terz, safejn dawn jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza Komunitarja
.
(6) Huwa l-kompitu tal-Komunità li tikkonkludi
, skont l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE, ftehimiet bejn il-Komunità u pajjiż terz, dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza esklussiva tal-Komunità
.
Emenda 61 Proposta għal regolament Premessa 7
(7) L-Artikolu 10 tat-Trattat KE jirrekjedi lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-kisba tar-responsabbaltajiet tal-Komunità u jastjenu minn kwalunkwe miżura li tista" tipperikola l-kisba tal-għanijiet tat-Trattat. Dan id-dmir ta' kooperazzjoni ġenwina
huwa ta' applikazzjoni ġenerali u ma jiddependix fuq jekk il-kompetenza tal-Komunità hijiex esklussiva jew le.
(7) L-Artikolu 10 tat-Trattat KE jirrekjedi lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-kisba tar-responsabbaltajiet tal-Komunità u jastjenu minn kwalunkwe miżura li tista" tipperikola l-kisba tal-għanijiet tat-Trattat. Dan id-dmir ta' kooperazzjoni leali
huwa ta' applikazzjoni ġenerali u ma jiddependix fuq jekk il-kompetenza tal-Komunità hijiex esklussiva jew le.
Emenda 62 Proposta għal regolament Premessa 8
(8)Hija meħtieġa valutazzjoni dwar jekk attwalment hemmx biżżejjed interess Komunitarju fir-rigward li l-ftehimiet bilaterali kollha, eżistenti jew proposti, bejn Stati Membri u pajjiżi terzi jinbidlu bi ftehimiet Komunitarji. Konsegwentement, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura b'żewġ għanijiet. L-ewwel wieħed huwa li l-Komunità tkun tista' tivvaluta jekk hemmx interess Komunitarju suffiċjenti fir-rigward tal-konklużjoni ta" ftehim bilaterali partikolari. It-tieni huwa li l-Istati Membri jiġu awtorizzati jikkonkludu l-ftehim inkwistjoni jekk ma hemm l-ebda interess Komunitarju attwali fir-rigward tal-konklużjoni ta' tali ftehim.
imħassra
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 9
(9) Għandha tiġi stabbilita proċedura trasparenti li tawtorizza lill-Istati
Membri biex jemendaw il-ftehimiet
eżistenti ma' pajjiżi terzi
jew li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet
ġodda f'ċirkostanzi eċċezzjonali,
partikolarment fejn il-Komunità nfisha ma indikatx l-intenzjoni tagħha li teżerċita l-kompetenzi esterni tagħha biex tikonkludil-
ftehim. Din il-proċedura hija bħala ħsara għall-kompetenza esklussiva tal-Komunità u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 300 u 307 tat-Trattat KE. Billi din hija deroga mir-regola li l-Komunità hija esklussivament kompetenti li tikkonkludi ftehimiet internazzjonali f'dawn il-kwistjonijiet, il-proċedura proposta
għandha titqies bħala miżura eċċezzjonali u tkun limitata fl-ambitu u fiż-żmien.
(9) Rigward ftehimiet ma" pajjiżi terzi dwar oqsma partikolari ta" ġustizzja ċivili li huma kompetenza esklusiva tal-Komunità għandha tiġi stabbilita proċedura trasparenti u koerenti
li tawtorizza lill-Istat Membru
biex jemenda ftehima eżistenti jew li jinnegozja u jikkonkludi ftehima
ġodda,
partikolarment fejn il-Komunità nfisha ma indikatx l-intenzjoni tagħha li teżerċita l-kompetenzi esterni tagħha biex tikkonkludi
ftehim permezz ta" mandat għall-nnegozjar diġà eżistenti jew permezz ta" mandat għall-innegozjar propost.
Din il-proċedura hija bħala ħsara għall-kompetenza esklussiva tal-Komunità u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 300 u 307 tat-Trattat KE. Hija
għandha titqies bħala miżura eċċezzjonali u tkun limitata fl-ambitu u fiż-żmien.
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 9 a (ġdida)
(9a)Dan ir-Regolament m'għandux japplika jekk il-Komunità tkun diġa kkonkludiet ftehim mal-pajjiż terz jew il-pajjiżi terzi dwar l-istess suġġett. Żewġ ftehimiet għandhom ikunu meqjusa li jikkonċernaw l-istess suġġett biss jekk u minħabba li huma jirregolaw fil-kontenut l-istess suġġett legali speċifiku. Dispożizzjonijiet li jinkludu biss intenzjoni ġenerali dwar koperazzjoni f'oqsma bħal dawn, m'għandhomx jitqiesu li jikkonċernaw l-istess suġġett.
Emenda 65 Proposta għal regolament Premessa 9 b (ġdida)
(9b)Ċerti ftehimiet reġjonali msemmija f'atti legali Komunitarji eżistenti għandhom jiġu koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 9 c (ġdida)
(9c)Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi prijoritajiet bil-għan li tiżviluppa r-relazzjonijiet esterni tal-Komunità fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fil-liġi ċivili u kummerċjali, skont il-linji gwida li l-Kunsill jista' jadotta fil-ġejjieni.
Emenda 66 Proposta għal regolament Premessa 10
(10)Ir-Regolament preżenti għandu jkun limitat għal ftehimiet li jikkonċernaw relatati mal-oqsma tal-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoximent u l-eżekuzzjoni ta" sentenzi u deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali, il-kwistjonijiet ta" responsabbiltà tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment u l-liġi applikabbli fi kwistjonijeit dwar l-obbligi tal-manteniment.
imħassra
Emenda 67 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Sabiex jiġi żgurat li l-ftehim propost
minn Stat Membru ma jwassalx biex id-dritt Komunitarju jsir mingħajr effett u jimmina
l-iffunzjonar xieraq tas-sistema stabbilita mir-regoli tagħha, l-awtorizzazzjoni hija meħtieġa kemm biex jinbdew jew biex jissoktaw in-negozjati u biex jiġi konkluż
ftehim. Dan se jippermetti
lill-Kummissjoni li tivvalita
l-impatt mistenni tal-eżitu (possibbli)
tan-negozjati fuq id-dritt Komunitarju
. Fil-każi relevanti, il-Kummissjoni tista" tipproponi linji gwida għan-negozjati jew titlob li l-ftehimiet proposti jinkludu klawsoli partikolari.
(11) Sabiex jiġi żgurat li l-ftehim previst
minn Stat Membru ma jwassalx biex id-dritt Komunitarju jsir mingħajr effett u ma jimminax
l-iffunzjonar xieraq tas-sistema stabbilita mir-regoli tagħha, kif ukoll biex jiġi żgurat li ma jimminax il-politika ta" relazzjonijiet esterni tal-Komunità kif deċiż mill-Komunità, l-Istat Membru kkonċernat huwa meħtieġ jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li tinkiseb awtorizzazzjoni biex jinfetħu negozjati dwar
ftehim kif ukoll biex jiġi konkluż ftehim
. Tali notifika għandha ssir permezz ta" ittra jew b'mezz elettroniku. Din għandu jkun fiha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha relevanti li jippermettu
lill-Kummissjoni li tivvaluta
l-impatt mistenni fuq il-liġi Komunitarja
tal-eżitu tan-negozjati.
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 11 a (ġdida)
(11a)Għandha ssir evalwazzjoni dwar jekk hemmx interess Komunitarju suffiċjenti fil-konklużjoni ta" ftehim bilaterali bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat jew, fejn ikun xieraq, jekk hemmx interess Komunitarju suffiċjenti fis-sostituzzjoni ta" ftehim bilaterali eżistenti bejn Stat Membru u pajjiż terz bi ftehim Komunitarju.
Għal dan il-għan, l-Istati Membri kollha għandhom jiġu infurmati dwar kull notifika li tirċievi l-Kummissjoni rigward ftehim propost minn Stat Membru partikolari, sabiex ikollhom il-possibilità juru l-interess tagħhom li jingħaqdu ma" inizjattiva tal-Istat Membru li jagħmel in-notifika. Jekk, minn dan l-iskambju ta" informazzjoni, jirriżulta interess Komunitarju, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-proposta ta" mandat għal negozjar bil-ħsieb ta" konklużjoni ta" ftehim bejn il-Komunità u l-pajjiż terz ikkonċernat.
Emenda 69 Proposta għal regolament Premessa 11 b (ġdida)
(11b)Jekk il-Kummissjoni titlob għal informazzjoni addizzjonali minn Stat Membru b'konnessjoni mal-evalwazzjoni dwar jekk dak l-Istat Membru għandux jiġi awtorizzat jiftaħ negozjati ma" pajjiż terz jew ma" pajjiżi terzi, talba bħal din m'għandhiex teffettwa t-tul tal-perjodu li fih il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni ta" dak l-Istat Membru biex jiftaħ tali negozjati.
Emenda 70 Proposta għal regolament Premessa 11 c (ġdida)
(11c)Meta tawtorizza l-ftuħ ta" negozjati formali, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tkun kapaċi tipproponi linji gwida ta" negozjati jew titlob għall-inklużjoni ta" klawsoli partikolari fil-ftehim propost. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bis-sħiħ tul l-istadji differenti tan-negozjati fir-rigward ta" kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta" applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandu jkollha l-possibilità li tipparteċipa bħala osservatur fir-rigward ta' dawk il-materji.
Emenda 48 Proposta għal regolament Premessa 11 d (ġdida)
(11d)Meta jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jidħlu f'negozjati ma' pajjiż terz, l-Istati Membri jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar elementi li huma ta' relevanza għall-evalwazzjoni li trid tagħmel. Awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni u kull linji gwida possibbli dwar in-negozjati jew, skont il-każ, rifjut mill-Kummissjoni, għandhom jikkonċernaw biss kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.
Emenda 49 Proposta għal regolament Premessa 11 e (ġdida)
(11e)Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom ikunu infurmati dwar kull notifika lill-Kummissjoni rigward ftehimiet proposti jew innegozjati kif ukoll dwar kull deċiżjoni motivata mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament. Madankollu, tali informazzjoni għandha tkun konformi għalkollox ma' kull rekwiżit applikabbli rigward il-kunfidenzjalità.
Emenda 73 Proposta għal regolament Premessa 11 f (ġdida)
(11f)Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li kull informazzjoni identifikata bħala kunfidenzjali tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 Mejju 2001 dwar aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni1.
___________________________ 1 ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
Emenda 74 Proposta għal regolament Premessa 11 g (ġdida)
(11g)F'sitwazzjonijiet fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-evalwazzjonijiet tagħha, ikollha l-intenzjoni li ma tawtorizzax il-ftuħ ta' negozjati formali jew il-konklużjoni ta' ftehim negozjat, il-Kummissjoni għandha, qabel ma tagħti d-deċiżjoni motivata tagħha, toħroġ opinjoni lill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta" konklużjoni ta" ftehim negozjat, l-opinjoni għandha tiġi indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Emenda 75 Proposta għal regolament Premessa 12
(12) Sabiex jiġi żgurat li l-ftehim ma jkunx ta' tfixkil għall-implimentazzjoni tal-politika esterna tal-komunità dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, il-ftehim għandu jipprovdi għad-denunzja tiegħu, meta jiġi konkluż
ftehim Komunitarju mal-istess
pajjiż terz dwar l-istess suġġetti
.
(12) Sabiex jiġi żgurat li l-ftehim innegozjat
ma jkunx ta' tfixkil għall-implimentazzjoni tal-politika esterna tal-komunità dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, il-ftehim għandu jipprovdi jew
għad-denunzja tiegħu parzjalment jew kompletament fil-każ ta"
ftehim bejn il-Komunità jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u l-istess
pajjiż terz dwar l-istess suġġett jew għas-sostituzzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet relevanti bid-dispożizzjonijiet ta" tali ftehim sussegwenti
.
Emenda 76 Proposta għal regolament Premessa 13
(13) Huwa meħtieġ li
jiġu previsti miżuri tranżitorji li jkopru sitwazzjonijiet fejn, meta r-Regolament jidħol fis-seħħ, l-Istati Membru jkunu
fil-proċess ta' negozjati
ma' pajjiż terz jew ikunu kkonkludew in-
negozjati iżda jkunu għadhom ma tawx
il-kunsens tagħhom
li jintrabtu
bil-ftehim.
(13) Għandhom
jiġu previsti miżuri tranżitorji li jkopru sitwazzjonijiet fejn, meta r-Regolament jidħol fis-seħħ, l-Istat Membru jkun
fil-proċess ta' negozjati ma' pajjiż terz jew ikun ikkonkluda n-
negozjati iżda jkun għadu ma tax
il-kunsens tiegħu
li jintrabat
bil-ftehim.
Emenda 77 Proposta għal regolament Premessa 13 a (ġdida)
(13a)Sabiex jiġi żgurat li nġabret biżżejjed esperjenza dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tressaq ir-rapport tagħha mhux aktar kmieni minn 8 snin wara l-adozzjoni tiegħu. Fir-rapport tagħha, filwaqt li teżerċita l-prerogattivi tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonferma n-natura temporanja ta' dan ir-Regolament jew teżamina jekk dan ir-Regolament għandux jiġi sostitwit permezz ta" regolament ieħor li jkopri l-istess kwistjonijiet jew li jinkludi wkoll kwistjonijiet oħra li jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità u rregolati minn strumenti Komunitarji oħra.
Emenda 78 Proposta għal regolament Premessa 13 b (ġdida)
(13b)Jekk ir-rapport li għandu jiġi sottomess mill-Kummissjoni jikkonferma n-natura temporanja ta' dan ir-Regolament, Stat Membru għandu xorta, wara t-tressiq tar-rapport, ikun jista" jinnotifika lill-Kummissjoni dwar negozjati li jinsabu għaddejjin jew li diġà tħabbru, bil-ħsieb li tinkiseb awtorizzazzjoni biex jinfetħu n-negozjati formali.
Emenda 79 Proposta għal regolament Premessa 14
(14)Il-miżuri meħtieġa sabiex dan ir-Regolament ikun implimentat għandhom jiġu adottati f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.
imħassar
Emenda 80 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat, dan ir-Regolament m'għandux imur lil hinn minn dak li hu meħtieġ fil-kisba tal-għan tiegħu.
(15) Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE
, dan ir-Regolament m'għandux imur lil hinn minn dak li hu meħtieġ fil-kisba tal-għan tiegħu.
Emenda 81 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Ir-Renju Unit u l-Irlanda,
skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-unjoni
Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, qegħdin
jipparteċipaw fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni tar-Regolamenti koperti minn dan ir-Regolament jew aċettaw ir-Regolamenti ta" qabel wara l-adozzjoni tagħhom
.
(16) Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni
Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda wrew ix-xewqa tagħhom li
jipparteċipaw fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni tar-Regolamenti koperti minn dan ir-Regolament.
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura li tawtorizza lil Stat Membru biex jemenda ftehim bilaterali
eżistenti bejnd ak l-Istat Membru u pajjiż terz,
jew li jinnegozja jew jikkonkludi ftehim bilaterali
ġdid suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li ġejjin.
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċedura li tawtorizza lil Stat Membru biex jemenda ftehim eżistenti,
jew li jinnegozja jew jikkonkludi ftehim ġdid suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li ġejjin.
Din il-proċedura hija bla ħsara għall-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha.
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2
2. Ir-Regolament għandu japplika għal ftehimiet bilaterali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi
dwar kwistjonijiet settorjali u li jkopru l-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta" sentenzi u deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali, ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment, u l-liġi applikabbli fi kwistjonijiet marbuta mal-obbligi tal-manteniment
2. Ir-Regolament għandu japplika għal ftehimiet dwar kwistjonijiet li huma, totalment jew parzjalment, fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 2201/20031 u r-Regolament (KE) Nru 4/20092, sakemm dawn il-kwistjonijiet jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità
.
____________________________ 1Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1).
____________________________ ²Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-koperazzjoni f'materji relatati ma" obbligi ta" manteniment (ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1).
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Dan ir-Regolament m'għandux japplika jekk il-Komunità tkun diġa kkonkludiet ftehim mal-pajjiż terz jew il-pajjiżi terzi fuq l-istess suġġett.
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1
1. Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament, it-terminu "ftehim" għandu jinftiehem bħala li
jfisser ftehim bilaterali bejn Stat Membru u pajjiż terz.
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "ftehima" għandu jfisser
:
(a)
ftehima bilaterali bejn Stat Membru u pajjiż terz;
(b) il-ftehimiet reġjonali msemmija fl-Artikolu 59(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, bla ħsara għall-Artikoli 59(2)(c) u 59(3) ta" dan ir-Regolament u fl-Artikolu 69(3) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009.
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "Stat Membru" għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru minbarra d-
Danimarka.
2. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "Stat Membru" għandha tfisser l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tad-
Danimarka.
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1
1. Fejn Stat Membru bi ħsiebu jiftaħ negozjati ma" pajjiż terz
biex jemenda ftehim eżistenti jew biex jikkonkludi ftehim ġdid li jaqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu bil-miktub
.
1. Fejn Stat Membru bi ħsiebu jiftaħ negozjati biex jemenda ftehim eżistenti jew biex jikkonkludi ftehim ġdid li jaqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar bil-miktub
l-intenzjoni tiegħu fl-aktar mument bikri possibbli qabel il-ftuħ ikkontemplat tan-negozjati formali.
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2
2. In-notifika għandha tinkludi kopja tal-ftehim eżistenti, l-abbozz tal-ftehim jew l-abbozz tal-proposta mill-pajjiż terz ikkonċernat, jekk dawn ikunu disponibbli
, u kwalunkwe dokumentazzjoni relevanti oħra. L-Istat Membru għandu jiddeskrivi l-għanijiet
tan-negozjati u għandu jispeċifika l-kwistjonijiet li se jkunu indirizzati, jew id-dispożizzjonijiet tal-ftehim eżistenti li se jkunu emendati, u għandu
jipprovdi kwalunkwe informazzjoni relevanti
oħra.
2. In-notifika għandha tinkludi, kif xieraq
, kopja tal-ftehim eżistenti, l-abbozz tal-ftehim jew l-abbozz tal-proposta mill-pajjiż terz ikkonċernat, jekk dawn ikunu disponibbli, u kwalunkwe dokumentazzjoni relevanti oħra. L-Istat Membru għandu jiddeskrivi t-tema
tan-negozjati u għandu jispeċifika l-kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati fil-ftehima kkontemplata
, jew id-dispożizzjonjiet tal-ftehim eżistenti li għandhom jiġu emendati. L-Istat Membru jista'
jipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali
oħra.
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3
3.In-notifika għandha ssir mill-inqas tliet xhur qabel ma jkunu skedati li jibdew in-negozjati formali mal-pajjiż terz ikkonċernat.
imħassra
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1
1. Wara n-notifika, l-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni dwar
jekk l-Istat Membru jistax jissokta
n-negozjati mal-pajjiż terz ikkonċernat
. Jekk il-Komunità diġà kkonkludiet kwalunkwe ftehim dwar l-istess suġġetti mal-pajjiż terz ikkonċernat, l-applikazzjoni titwarrab awtomatikament mill-Kummissjoni.
1. Mal-wasla tan-
notifika, il-Kummissjoni għandha tivvaluta
jekk l-Istat Membru jistax jibda
negozjati formali
.
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. Jekk il-Komunità tkun għadha ma kkonkludietx ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat
, il-Kummissjoni għandha twettaq l-ewwel verifika ta' valutazzjoni dwar jekk il-ftehim Komunitarju relevanti mal-pajjiż terz ikkonċernat hux mistenni fil-ġejjieni qarib
. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni tista" tagħti l-approvazzjoni tagħha, sakemm jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin
:
2. Il-Kummissjoni għandha, meta tagħmel din il-valutazzjoni
, l-ewwel tivverifika jekk ikunx hemm xi mandat ta' negozjazzjoni
relevanti bil-għan li jinkiseb
ftehim komunitarju ma' pajjiż terz jew pajjiżi terzi
kkonċernati speċifikatament ikkontemplati fl-24 xahar li jkunu ġejjin.
Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk jiġux sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin
:
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
(a) l-Istat Membru kkonċernat jkun wera li għandu
interess speċifiku fir-rigward tal-konklużjoni tal-ftehim settorjali bilaterali mal-pajjiż terz, partikolarment b'rabta mal-eżistenza ta"
rabtiet ekonomiċi, ġeografiċi, kulturali jew
storiċi bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz; kif ukoll:
(a) l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda l-informazzjoni b'mod li jkollu
interess speċifiku fir-rigward tal-konklużjoni tal-ftehim minħabba
rabtiet ekonomiċi, ġeografiċi, kulturali, storiċi, soċjali jew politiċi
bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz ikkonċernat
;
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
(b) il-Kummissjoni tiddeċiedi li
l-ftehim propost iħalli impatt limitat fuq l-applikazzjoni uniformi u konsistenti tar-regoli Komunitarji fis-seħħ u fuq
l-iffunzjonar xieraq tas-sistema stabbilita minn dawk
ir-regoli.
(b) fuq il-bażi tal-informazzjoni trażmessa mill-Istat Membru,
il-ftehim propost jidher li ma jrendix il-liġi Komunitarju ineffettiva u jidher li ma jimminax
l-iffunzjonar xieraq tas-sistema stabbilita mir-
regoli tagħha
; u
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)
(ba) il-ftehima proposta ma tikkawżax dannu għall-objettiv u għall-fini tal-politika Komunitarja dwar ir-relazzjonijiet esterni hekk kif deċiża mill-Komunità.
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Jekk l-informazzjoni trażmessa mill-Istat Membru ma tkunx biżżejjed għall-finijiet li ssir l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni addizzjonali.
1. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li m'hemm l-ebda ostaklu għall-
ftehim fid-dawl tal-
kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4, hija tista"
tawtorizza lil Stat Membru biex jiftaħ in-negozjati mal-pajjiż terz ikkonċernat
. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tista" tipproponi linji gwida għan-negozjati u tista"
titlob li jiġu inklużi partikolari fil-ftehim propost
.
1. Jekk il-ftehim propost jissodisfa l-
kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni għandha
tawtorizza lill-I
stat Membru jiftaħ negozjati formali
dwar il-ftehima. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tista" tipproponi linji gwida għan-negozjati u tista"
titlob li jiġu inklużi partikolari fil-ftehim ikkontemplat
.
2. Il-ftehim għandu jipprovdi għall-
klawsola dwar id-denunzja fl-eeventwalità li
l-Komunità tikkonkludi ftehim mal-
istess pajjiż terz dwar l-istess suġġett.
2. Il-ftehim għandu jkun fih
klawsola li tiddisponu għal waħda minn dawn it-tnejn:
(a)
denunzja sħiħa jew parzjali tal-ftehimai
fl-eventwalità ta' ftehima sussegwenti bejn il-Komunità jew
il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u
l-istess pajjiż terz jew pajjiżi terzi
dwar l-istess suġġett, jew
(b) rimpjazzament dirett tad-dispożizzjonijiet relevanti tal-ftehima b'dispożizzjonijiet ta' ftehima sussegwenti bejn il-Komunità jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiż terz jew pajjiżi terzi dwar l-istess suġġett.
Ir-rapport għandu jinkludi l-klawsola li ġejja: "(isem l-Istat Membru) se jiddenunzja l-ftehim meta l-Komunità Ewropea tikkonkludi ftehim ma" (isem il-pajjiż terz) dwar l-istess kwistjonijiet ta' ġustizzja ċivili kif irregolati mill-ftehim preżenti".
Il-klawsola msemmija fil-punt (a) tajjeb li jkollha d-diċitura skont
dan li ġej: "(isem l-Istat Membru) għandu
jiddenunzja dan il-
ftehim parzjalment jew bis-sħiħ
jekk u meta l-Komunità Ewropea jew il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha jikkonkludu
ftehima ma" (isem il-pajjiż terz jew pajjiżi terzi
) dwar l-istess kwistjonijiet ta' ġustizzja ċivili bħal dawk
irregolati minn din
il-ftehima".
Il-klawsola msemmija fil-punt (a) tajjeb li jkollha d-diċitura skont dan li gej: "Il-ftehima/dispożizzjonijiet (speċifika) m'għandhomx jibqgħu applikabbli mill-jum li fih tidħol fis-seħħ ftehima bejn il-Komunità Ewropea jew il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u (l-isem tal-pajjiż terz jew pajjiżi terzi) f'dak li għandu x'jaqsam mal-materji iggvernati mill-ftehima/dispożizzjonijiet".
Il-Kummissjoni għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien sitt xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 3.
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3
3.Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 4 skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2).
imħassar
Il-Kummissjoni għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien sitt xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 3.
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 5 a (ġdid)
Artikolu 5a
Rifjut ta" awtorizzazzjoni għall-ftuħ ta' negozjati formali
1.Jekk, fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tagħha skont l-Artikolu 4, il-Kummissjoni biħsiebha ma tawtorizzax il-ftuħ ta' negozjati formali dwar il-ftehima proposta, għandha tippreżenta opinjoni lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien 90 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 3.
2.Fi żmien 30 jum mill-preżentazzjoni tal-opinjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet miegħu bl-għan li tinstab soluzzjoni.
3.Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jitlobx lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet miegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 130 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 3.
4.Fil-każ ta' diskussjonijiet li qegħdin iseħħu fit-tifsira tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 30 jum mill-konklużjoni tad-diskussjonijiet.
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 6
Il-Kummissjoni tista" tipparteċipa fin-negozjati bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz bħala osservatur. Jekk il-Kummissjoni ma tipparteċipax bħala osservatur, hija għandha tiġi mgħarrfa dwar il-progress u r-riżultati matul l-istadji differenti tan-negozjati.
Il-Kummissjoni tista" tipparteċipa fin-negozjati bejn l-Istat Membru u l-pajjiż terz bħala osservatur, sakemm il-kwistjonijiet fl-ambitu tar-Regolament huma kkonċernati.
Jekk il-Kummissjoni ma tipparteċipax bħala osservatur, hija għandha tiġi mgħarrfa dwar il-progress u r-riżultati matul l-istadji differenti tan-negozjati.
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1
1. Qabel jinizjala l-ftehim
, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar
l-eżitu tan-negozjati u għandu
jibgħat it-test tal-ftehim lill-Kummissjoni
.
1. Qabel ma tiġi ffirmata l-ftehima nnegozjata
, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika l-eżitu tan-negozjati lill-Kummissjoni
u jibgħat it-test tal-ftehima.
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2
2. Wara n-notifika l-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni dwar jekk il-ftehim innegozjat hux konformi mal-valutazzjoni inizjali. Fit-twettiq ta" din il-valutazzjoni ulterjuri l-Kummissjoni għandha teżamina jekk il-ftehim propost jinkludix ir-rekwiżiti li saru mill-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tal-inklużjoni tal-klawsoli msemmija fl-Artikolu 5(1) u jekk il-konklużjoni tal-ftehim propost iwassalsx biex id-dritt Komunitarju jispiċċa mingħajr effett u jimmina l-iffunzjonar xieraq tas-sistema stabbilita mir-regoli tagħha.
2. Meta l-Kummissjoni tirċievi din in-notifika, hi għandha tevalwa jekk il-ftehima nnegozjata:
(b) tissodisfax il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2)(ba), sakemm ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali ġodda fir-rigward ta" dik il-kondizzjoni; kif ukoll
(c) tissodisfax ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 5(2).
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3
3.Jekk il-Kummissjoni tkun tal-fehma li n-negozjati rriżultaw fi ftehim li ma jissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru m'għandux jingħata l-awtorizzazzjoni li jikkonkludi l-ftehim.
imħassar
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4
4. Jekk il-Kummissjoni tkun tal-fehma li n-negozjati
rriżultaw fi ftehim li jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru jista"
jingħata l-awtorizzazzjoni li
jikkonkludi l-ftehim.
4. Jekk in-negozjati
rriżultaw fi ftehim li jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru għandu
jingħata l-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni sabiex
jikkonkludi l-ftehim.
Emenda 105 Proposta għal regolament
5.Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(3).
Il-Kummissjoni għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien sitt xhur
mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1.
5. Il-Kummissjoni għandha tagħti d-deċiżjoni motivata
tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 90 jum
mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1.
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 7 a (ġdid)
Artikolu 7a
Rifjut tal-awtorizzazzjoni sabiex tkun konkluża l-ftehima
1.Jekk, fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tagħha skont l-Artikolu 7(2), il-Kummissjoni biħsiebha ma tawtorizzax il-konklużjoni tal-ftehima nnegozjata, għandha tippreżenta opinjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 90 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 7(1).
2.Fi żmien 30 jum mill-preżentazzjoni tal-opinjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet miegħu bl-għan li tinstab soluzzjoni.
3.Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jitlobx lill-Kummissjoni biex tibda diskussjonijiet miegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 130 jum mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 7.
4.Fil-każ ta' diskussjonijiet li qegħdin iseħħu fit-tifsira tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tagħti deċiżjoni motivata dwar l-applikazzjoni tal-Istat Membru fi żmien 30 jum mill-konklużjoni tad-diskussjonijiet.
5.Il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien 30 jum minn meta tittieħed id-deċiżjoni.
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 8
Artikolu 8
imħassar
Proċedura ta' Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.
2.Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura konsultattiva stipulata fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, konformi mal-Artikoli 7 tagħha.
3.Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura amministrattiva stipulata fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, konformi mal-Artikolu 7 tagħha.
4.Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 8 a (ġdid)
Artikolu 8a
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri
Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-Parlament Ewropew, għall-Kunsill u għall-Istati Membri in-notifiki li tkun irċiviet skont l-Artikoli 3 u 7 u, jekk ikun meħtieġ, id-dokumenti li jakkumpanjawhom, kif ukoll id-deċiżjonijiet motivati kollha tagħha skont l-Artikoli 5, 5a, 7 u 7a, skont ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità.
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 8 b (ġdid)
Artikolu 8b
Kunfidenzjalità
1.Meta tiġi trażmessa informazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 3, 4(2a) u 7, l-Istat Membru konċernat jista' jindika jekk xi parti mill-informazzjoni trażmessa għandhiex tkun ikkunsidrata bħala kunfidenzjali u jekk tistax tiġi maqsuma ma' Stati Membri oħra.
2.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni identifikata bħala kunfidenzjali tiġi ttrattata skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1
1. Fejn Stat Membru diġà beda jinnegozja ftehim ma" pajjiż terz
fi żmien id-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-Artikolu 3(1) u 3(2)
u l-Artikoli 4 sa 7
.
1. Fejn Stat Membru diġà beda jinnegozja ftehim fi żmien id-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 sa 7a
.
Fejn l-istadju tan-negozjati jippermetti dan, il-Kummissjoni tista" tipproponi linji gwida għan-negozjati jew l-inklużjoni ta" klawsoli partikolari, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1).
Fejn l-istadju tan-negozjati jippermetti dan, il-Kummissjoni tista" tipproponi linji gwida għan-negozjati jew titlob
l-inklużjoni ta" klawsoli partikolari, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) u (2)
.
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2
2. Fejn Stat Membru diġà għalaq in-negozjati ma" pajjiż terz fi żmien id-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, mingħajr ma jkun ikkonluda l-ftehim, għandhom japplikaw l-Artikolu 3(1) u 3(2) u
l-Artikoli 7(2) sa (5).
2. Fejn Stat Membru diġà għalaq in-negozjati ma" pajjiż terz fi żmien id-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, mingħajr ma jkun ikkonluda l-ftehim, għandhom japplikaw l-Artikolu 3,
l-Artikolu 7(2) sa (5) u l-Artikolu 7a
.
Meta tiddeċiedi dwar tawtorizzax jew le l-konklużjoni tal-ftehim, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk hemmx tfixkil għall-ftehim fid-dawl tal-kundizzjonijiet msemija fl-Artikolu 4.
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 10
1. Mhux aktar tard mill-1 ta" Jannar 2014
il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, u miegħu jista'
jkun hemm ukoll il-proposta leġiżlattiva xierqa.
1. Mhux qabel 8 snin wara d-data ta" adozzjoni ta" dan ir-Regolament,
il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.
2.Dan ir-rapport għandu jew
(a) jikkonferma li huwa xieraq li dan ir-Regolament jiskadi fid-data stabbilita skont l-Artikolu 10a (1), jew
(b) jirrakkomanda li dan ir-Regolament jiġi sostitwit minn dik id-data minn Regolament ġdid.
3. Jekk ir-rapport jirrakkomanda sostituzzjoni ta' dan ir-Regolament kif stabbilit fil-paragrafu 2 (b), miegħu għandu
jkun hemm ukoll il-proposta leġiżlattiva xierqa.
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 10 a (ġdid)
Artikolu 10a
Skadenza
1.Dan ir-Regolament għandu jiskadi 3 snin wara t-tressiq mill-Kummissjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 10.
Il-perjodu ta' 3 snin għandu jibda jgħodd mill-ewwel jum tax-xahar wara l-aħħar tressiq tar-rapport jew lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill.
2.Minkejja l-iskadenza ta' dan ir-Regolament fid-data determinata skont il-paragrafu 1, kull negozjati li għaddejjin dwar dik id-data li jkun daħal għalihom xi Stat Membru skont dan ir-Regolament bil-ħsieb li tiġi emendata ftehima eżistenti jew biex biex tiġi nnegozjata u konkluża ftehima ġdid, għandhom jitħallew jitlestew u għandhom jitlestew skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-
pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.