Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2604(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

B6-0280/2009

Dibattiti :

PV 07/05/2009 - 13.2
CRE 07/05/2009 - 13.2

Votazzjonijiet :

PV 07/05/2009 - 14.2
CRE 07/05/2009 - 14.2

Testi adottati :

P6_TA(2009)0392

Testi adottati
PDF 82kDOC 46k
Il-Ħamis, 7 ta' Mejju 2009 - Strasburg Verżjoni finali
Il-qagħda fil-Madagaskar
P6_TA(2009)0392B6-0271, 0272, 0275, 0278, 0280 u 0284/2009

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Mejju 2009 dwar il-qagħda fil-Madagaskar

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet tal-Presidenza tas-17 u l-20 ta" Marzu 2009, f'isem l-UE,

–   wara li kkunsidra l-kolpi ta" stat militari f'dawn l-aħħar xhur fil-Mawritanja u fil-Ginea-Conakry u s-sanzjonijiet sussegwenti imposti mill-komunità internazzjonali,

–   wara li kkunsidra l-laqgħa konsultattiva inawgurali tal-Grupp Internazzjonali ta" Kuntatt dwar il-Madagaskar li saret f'Addis Ababa fit-30 ta" April 2009,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi wara xahrejn ta" taqbid qalil, fis-17 ta" Marzu 2009, Andry Rajoelina, ex-Sindku tal-belt kapitali tal-Madagaskar (Antananarivo), wettaq kolp ta" stat fil-Madagaskar bl-għajnuna tal-armata,

B.   billi dik li pproklamat lilha nnifisha bħala l-Awtorità Għolja ta" Tranżizzjoni, ippreseduta minn Andry Rajoelina, issospendiet l-Assemblea Nazzjonali u s-Senat u, wara pressjoni mir-ribelli, il-President elett demokratikament Marc Ravalomanana kien imġiegħel jitlaq mill-Madagaskar,

C.   billi Andry Rajoelina, li kien elett f'Diċembru 2007 bħala s-sindku tal-belt kapitali Antananarivo, kien tneħħa bil-forza mill-gvern preċedenti fi Frar 2009,

D.   billi l-għadab pubbliku kien ġie aggravat mill-pjan tal-gvern preċedenti li jagħti b'kera tal-anqas miljun ejker ta' art fin-nofsinhar tal-pajjiż lil kumpanija Koreana għal biedja intensiva,

E.   billi din il-bidla mhux kostituzzjonali fil-gvern hija pass serju ieħor lura fil-proċessi ta" demokratizzazzjoni li qed iseħħu fil-kontinent, li jsaħħaħ it-tħassib dwar il-feġġien mill-ġdid tal-flaġell tal-kolpi ta' stat fl-Afrika, kif ġie ddikjarat fit-12-il Sessjoni Ordinarja tal-Assemblea tal-Unjoni Afrikana li saret f'Addis Ababa bejn l-1 u l-4 ta" Frar 2009,

F.   billi wara li kkunsidra l-arrest arbitrarju tal-Prim Ministru Manandafy Rakotonirina, li kien inħatar mill-President il-ġdid, u ta' membru ieħor tal-gvern tiegħu,

G.   billi l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali li tagħhom huwa membru l-Madagaskar ma jirrikonoxxux dan ir-reġim de facto u qegħdin jitolbu biex jerġa' jkun hemm gvern kostituzzjonali,

H.   billi l-Madagaskar jinsab sospiż mill-gruppi reġjonali li tagħhom huwa membru – l-Unjoni Afrikana (UA), il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) – kif ukoll mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pajjiżi li Jitkellmu bil-Franċiż u mill-Unjoni Interparlamentari; billi l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti tal-Amerika, in-Norveġja u Franza kkundannaw il-ksur tal-istat tad-dritt u l-ordni kostituzzjonali rrappreżentat mill-kolp ta' stat u ssospendew kull għajnuna,

I.   billi, fil-qafas tad-Djalogu bejn l-Afrika u l-UE, it-12-il Laqgħa Ministerjali tat-Trojki Afrikani u tal-UE li saret fil-Lussemburgu fit-28 ta" April 2009 talbet li jsiru elezzjonijiet nazzjonali bikrin u biex il-Madagaskar terġa" lura għall-ordni kostituzzjonali,

J.   billi minn dakinhar li Andry Rajoelina nħatar bħala Kap ta" Stat de facto , baqa" jkun hemm dimostrazzjonijiet paċifiċi minn għaxriet ta" eluf ta" nies fil-belt kapitali, li trażżnu bil-forza mill-forzi militari tal-Madagaskar,

K.   billi r-ritorn għall-ordni kostituzzjonali għandu jkun ibbażat fuq l-għanijiet u l-prinċipji li ġejjin: skeda ċara li twassal għal elezzjonijiet ħielsa, ġusti u trasparenti; l-involviment tal-parteċipanti interessati politiċi u soċjali kollha tal-pajjiż, fosthom il-President Marc Ravalomanana u persuni importanti oħrajn; it-tħeġġiġ ta" konsensus fost il-partiti tal-Madagaskar; ir-rispett għall-Kostituzzjoni tal-Madagaskar; u l-konformità mal-istrumenti rilevanti tal-UA u mal-impenji internazzjonali tal-Madagaskar,

L.   billi l-laqgħa konsultattiva inawgurali tal-Grupp Internazzjonali ta" Kuntatt dwar il-Madagaskar imsemmija hawn fuq attendew għaliha rappreżentanti tan-NU, l-UA u l-UE kif ukoll ta' ħafna organizzazzjonijiet reġjonali u pajjiżi bil-għan li jiġu kkoordinati l-isforzi tal-komunità internazzjonali sabiex jerġa' lura mill-aktar fis l-ordni kostituzzjonali fil-Madgaskar,

M.   billi n-NU talbet USD 35.7 miljun f'għajnuna umanitarja għall-pajjiż, għax stenniet skarsezza ta" ikel imħabbra għal aktar tard dis-sena minħabba t-taqlib li ġie kkawżat mill-kriżi politika,

N.   billi l-maġġoranza tal-popolazzjoni li qed jgħixu b'anqas minn USD 1 kuljum u d-dħul limitat naqqsu l-kapaċità ta" ħafna familji li jkollhom aċċess għall-ikel, għall-ilma u għas-servizzi sanitarji, għall-kura tas-saħħa u għall-edukazzjoni,

O.   billi l-pajjiż intlaqat minn tliet snin konsekuttivi ta" nixfa u ħsad dgħajjef, prezzijiet tal-ikel li għolew ħafna, nuqqas ta" sigurtà kronika fl-ikel, kif ukoll minn ċikluni,

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-kolp ta' stat u t-tentattivi kollha sabiex jinħataf il-poter permezz ta" mezzi mhux demokratiċi;

2.  Jitlob biex il-pajjiż minnufih jerġa" lura għall-ordni legali u kostituzzjonali u jħeġġeġ il-partiti tal-Madagaskar sabiex jikkonformaw bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-Madagaskar għas-soluzzjoni tal-kriżi;

3.  Jiddispjaċih għas-sospensjoni tal-Assemblea Nazzjonali u tas-Senat u jitlob li dawn jerġgħu jiġu istitwiti minnufih, u jħeġġeġ biex il-mandati u l-immunitajiet tal-Membri Parlamentari jkunu rispettati sakemm isiru elezzjonijiet Parlamentari demokratiċi ġodda;

4.  Jistieden lill-komunità internazzjonali biex iżżid l-isforzi tagħha sabiex tintemm il-vjolenza politika fil-Madagaskar;

5.  Hu tal-fehma li l-istabilità, il-prosperità u l-libertajiet demokratiċi jistgħu jkunu ggarantiti biss permezz ta' proċess ta' djalogu konsenswali u inklużiv li jindirizza l-għeruq tal-kawżi ta' bosta problemi tal-pajjiż – ekonomiċi, soċjali, politiċi u ambjentali – u li jkun aċċettat mill-partiti kollha u jwassal għal konsultazzjoni diretta mal-poplu tal-Madagaskar;

6.  Jistieden lill-parteċipanti politiċi kollha biex ipoġġu l-governanza tajba u l-ġlieda kontra l-faqar fuq nett fl-aġenda tagħhom, bil-għan li jtejbu t-tqassim tal-ġid u l-istandard tal-għajxien tal-popolazzjoni billi jimplimentaw politika ta" żvilupp sostenibbli soda li tkopri s-servizz bażiku tal-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi, eċċ.;

7.  Jappoġġja l-inizjattivi li ttieħdu mill-organizzazzjonijiet reġjonali u d-deċiżjoni tal-UA li tistabbilixxi driegħ operattiv tal-Grupp ta" Kuntatt Internazzjonali dwar il-Madagaskar f'Antananarivo, bil-presidenza tal-Mibgħut Speċjali tal-President tal-Kummissjoni tal-UA, Ablassé Ouedraogo;

8.  Jistieden lill-Mibgħut Speċjali tal-UA għall-Madagaskar sabiex, b'koperazzjoni mar-rappreżentanti tal-komunità internazzjonali f'Antananarivo u fid-dawl tad-diskussjonijiet li diġà bdew taħt il-patroċinju tal-UA u n-NU, jagħmel kuntatt mal-partiti tal-Madagaskar sabiex jintlaħaq ftehim magħhom dwar il-modi u l-mezzi biex ikun hemm ritorn malajr għall-ordni kostituzzjonali;

9.  Jiġbed l-attenzjoni għall-qagħda umanitarja li marret għall-agħar fil-pajjiż, li kompliet teħżien minħabba l-iżviluppi politiċi attwali, u jħeġġeġ lill-komunità internazzjonali, u b'mod partikolari lill-UE, biex tipprovdi aktar għajnuna umanitarja sabiex tittaffa t-tbatija tal-poplu tal-Madagaskar;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet leġittimi tar-Repubblika tal-Madagaskar, lill-Awtorità Għolja ta" Tranżizzjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-UA, lill-SADC, lill-Uffiċċju għall-Għajnuna Umanitarja tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Fond Ċentrali tan-NU għar-Rispons f'Emerġenza u lill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Ġunju 2012Avviż legali