Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Ottubru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill biex temenda d-Direttiva 2000/29/KE rigward id-delegazzjoni ta' xogħol ta' analiżi fil-laboratorji (COM(2009)0424 – C7-0160/2009 – 2009/0117(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0424),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-KE li skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsuklta l-Parlament (C7-0160/2009),
– wara li kkonsulta l-Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0017/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda b'mod sustanzjali l-proposta tal-Kummissjoni
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.