Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0071(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0051/2009

Testi mressqa :

A7-0051/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2009 - 4.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2009)0076

Testi adottati
PDF 99kDOC 47k
It-Tlieta, 24 ta' Novembru 2009 - Strasburg Verżjoni finali
Emendi għall-Annessi II u III tal-Konvenzjoni OSPAR *
P7_TA(2009)0076A7-0051/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Kommunità Ewropea, tal-Emendi għall-Anness II u l-Anness III tal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar tal-Grigal tal-Atlantiku (Konvenzjoni OSPAR) dwar il-ħżin ta' flussi tad-diossidu tal-karbonju f'formazzjonijiet ġeoloġiċi (COM(2009)0236 – C7-0019/2009 – 2009/0071(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2009)0236),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 175(1) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0019/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 90(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0051/2009),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-emendi għall-Anness II u l-Anness III tal-Konvenzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Islanda, l-Isvezja, l-Isvizzera, l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Norveġja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugal, ir-Renju Unit u Spanja.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Premessa 4 a (ġdida)
(4a)  Il-Komunità riċentement adottat id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta" April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju; Skont din id-Direttiva l-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju għandu jkompli jsir sakemm jikseb appoġġ privat, nazzjonali u Komunitarju u jagħti prova ta" teknoloġija li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent; apparti dan, mill-perspettiva ambjentali u tas-sigurtà għandu jinżamm il-ħin kollu taħt kontroll, u bl-ebda mod ma għandu jservi ta' inċentiv biex jiżdied l-użu ta' fjuwils fossili.
_________________________
1 ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114.
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Premessa 4 b (ġdida)
(4b)  Il-kompetenza konġunta tal-Komunità u tal-Istati Membri kombinata mal-prinċipju ta' unità fir-rappreżentanza internazzjonali tal-Komunità, tiffavorixxi azzjoni konġunta għat-tqegħid simultanju ta' strumenti ta' approvazzjoni tal-emendi mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha li huma Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni;
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Artikolu 2 - paragrafu 1 a (ġdid)
L-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni għandhom jirsistu biex jieħdu l-passi neċessarji bil-għan li jiddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta" ratifika jew approvazzjoni b'mod simultanju ma" dawk tal-Komunità Ewropea u tal-Istati Membri l-oħra u sakemm ikun possibbli sa mhux iktar tard mill-1 ta" Ġunju 2010.
Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Settembru 2010Avviż legali