Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi pjan ta" rkupru tal-provvista tal-ħalibatt tal-Groenlandja fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral (COM(2009)0127 – C7-0006/2009 – 2009/0041(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0127),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0006/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0046/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.