Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2528(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B7-0123/2010

Dibattiti :

PV 24/02/2010 - 16
CRE 24/02/2010 - 16

Votazzjonijiet :

PV 25/02/2010 - 7.3
CRE 25/02/2010 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0036

Testi adottati
PDF 305kWORD 70k
Il-Ħamis, 25 ta' Frar 2010 - Brussell
Il-prijoritajiet tal-Parlament għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti(Ġinevra, 1-26 ta“ Marzu 2010)
P7_TA(2010)0036RC-B7-0123/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta“ Frar 2010 dwar it-13-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC), b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta“ Jannar 2009 dwar l-iżvilupp tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti , inkluż r-rwol tan-UE(1), kif ukoll dawk tas-16 ta“ Marzu 2006 dwar ir-riżultati tan-neġozjati tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u dwar it-62 Sessjoni tal-Kummissjoni tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem(2), tad-29 ta“ Jannar 2004 dwar r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti(3), tad-9 ta“ Ġunju 2005 dwar ir-riforma tan-Nazzjonijiet Uniti(4), tad-29 ta“ Settembru 2005 dwar ir-riżultati tas-Samit Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti tal-14-16 ta” Settembru 2005(5), u tas-7 ta“ Mejju 2009 dwar ir-rapport annwali rigward id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja 2008 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar din il-kwistjoni(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet urġenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/RES/60/251 li tistabbilixxi l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (UNHRC),

–   wara li kkunsidra s-sessjonijiet regolari u speċjali preċedenti tal-UNHRC, kif ukoll sessjonijiet preċedenti tar-Reviżjoni Perjodika Universali (UPR),

–   wara li kkunsidra it-13-il sessjoni li ġejja tal-UNHCR li se ssir f'Marzu 2010 u t-tmien sessjoni tar-Reviżjoni Perjodika Universali (UPR) li se ssir bejn it-3 u l-14 ta“ Mejju 2010,

–   wara li kkunsidra r-reviżjoni tal-UNHRC li għandha ssir fl-2011,

–   wara li kkunsidra l-bidliet istituzzjonali li saru bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(5), 18, 21, 27 u 47 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fil-verżjoni li toħroġ mit-Trattat ta“ Lisbona,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi r-rispett għall-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni u l-protezzjoni tagħha jagħmlu parti mill-acquis etiku u legali tal-Unjoni Ewropea u huma wieħed mill-elementi ewlenin tal-unità u tal-integrità Ewropea(7),

B.   billi l-UNHRC hija pjattaforma unika li tispeċjalizza fid-drittijiet universali tal-bniedem u forum speċifiku li jittratta d-drittijiet tal-bniedem fis-sistema tan-NU,

C.   billi r-reviżjoni tal-UNHRC se timxi fuq żewġ binarji, b'mod li l-istatus tal-korp se jiġi diskuss fi New York, waqt li l-proċeduri f'Ġinevra; billi għadd ta“ inizjattivi u laqgħat informali se jsiru matul is-sena li ġejja,

D.   billi l-irwol tal-Unjoni Ewropea bħala attur globali kiber fid-deċenji li għaddew, u l-inklużjoni ta“ strateġija ġdida fis-Servizz Ewropew ta” Azzjoni Esterna tista“ tkun strument ta” għajnuna għall-Unjoni ħalli taġixxi b'mod aktar effettiv biex tilqa“ l-isfidi b'mod koerenti, konsistenti u effiċjenti,

E.   billi delegazzjoni mis-Sottokumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewopew se tmur Ġinevra għat-13-il sessjoni tal-UNHRC, kif sar fis-snin ta“ qabel għas-sessjoniet tal-UNHRC, u qabel dan, għal dawk tal-predeċessur tal-UNHRC, il-Kummissjoni tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem,

1.  Jissottolinja l-importanza tat-13-il Sessjoni tal-UNHRC – is-sessjoni pern tal-UNHRC fl-2010; jilqa“ s-Segment ta” Livell Għolji tat-13-il sessjoni regolari li ġejja daqt, bil-parteċipazzjoni bil-ministri u tar-rappreżentanti oħrajn ta“ livell għolja tal-gvernijiet; jinnota li ż-żewġ kwestjoni – il-kriża ekonomika u dik finanzjarja u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar it-Tagħlim u t-Taħriġ tal-Jeddijiet tal-Bniedem (HRET) - se jiġu diskussi fil-laqgħat tas-Segment ta” Livell Għoli;

2.  Jilqa“ l-fatt li fuq l-aġenda tat-13-il sessjoni tal-UNHRC hemm ”Rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-impatt tal-kriżijiet ekonomiċi u finanzjarji globali fuq ir-realizzazzjoni tad-drittijiet kollha tal-bniedem u dwar azzjonijiet possibbli meħtieġa biex dan l-impatt jittaffa“; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jikkontribwixxu għal dan id-dibattitu b'mod attiv;

3.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jieħu sehem attiv fid-dibattitu annwali interattiv dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabiltajiet, kif ukoll fid-diskussjonijiet dwar id-dritt għall-verità (mibdi mill-Grupp tal-Amerka Latina u l-Istati tal-Karibew (GRULAC) u li jiffoka fuq il-verità storika dwar ir-repressjoni) u l-laqgħa ta“ kull sena dwar id-drittijiet tat-tfal;

4.  Jisħaq dwar l-importanza tal-pożizzjonijiet komuni tal-UE dwar kwistjonijiet li se jkunu diskussi matul it-13-il sessjoni tal-UNHRC, allavolja l-modalitajiet rigward l-azzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE fil-UNHRC wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona għadhom m'humiex ċari għal kollox;

Il-ħidma tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem

5.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membri tal-UE sabiex jopponu attivament kull tentattiv li jhedded il-kunċett tal-universalità, l-indiviżibilità u l-interdipendena tad-drittijiet tal-bniedem, u sabiex iħeġġu attivament lill-UNHRC sabiex jagħti l-istess attenzjoni lid-diskriminazzjoni fuq kull bażi, inkluż ġeneru, razza, età, orjentazzjoni sesswali u reliġjon jew twemmin;

6.  Iwissi kontra l-politizzazzjoni estrema tal-UNHRC, għaliex din ma jħallihx iwettaq il-mandat tiegħu; jenfasizza l-importanza ta“ riżoluzzjonijiet maħsuba għal pajjiżi speċifiċi sabiex jiġi ttrattat il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; f'dan il-kuntest, jikkundanna bil-qawwa l-użu ta” “mozzjonijiet ta” ebda azzjoni“ u jesprimi d-diżappunt tiegħu għall-użu ta” din il-proċedura matul il-11-il Sessjoni Speċjali tal-Kunsill li ma“ ħallitx l-adozzjoni ta” riżoluzzjoni finali konsistenti u koerenti li setgħet tindirizza s-sitwazzjoni fis-Sri Lanka;

7.  Jilqa“ b'sodisfazzjon il-fatt li bl-inizjattiva tal-Brażil it-13-il sessjoni speċjali se tinżamm f'Haiti, li l-iskop ta” dan kien li ssir fokalizzazzjoni fuq l-inkorporazzjoni ta“ approċċ għad-drittijiet tal-bniedem fl-isforzi ta” rkupru wara t-terremot devastanti, u l-aspetti innovattivi ta“ din is-sessjoni, bħala huma li ssir sessjoni speċjali wara li jkun hemm diżastru naturali u l-involviment ta” aġenziji speċjalizzati tan-NU bħala mezz sabiex tingħata bażi esperta għad-diskussjoni; jenfasizza l-irwol importanti tal-Espert Indipendenti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem f'Haiti fl-integrazzjoni sistematika tad-drittijiet tal-bniedem fl-isforzi usa“ tan-NU u inizjattivi mmexxija minn donaturi ta” appoġġ għal Haiti, u jistieden lill-Istati Membri sabiex jagħtu segwitu għal din is-sessjoni billi jinkoporaw l-approċċ tad-drittijiet tal-bniedem fl-isforzi usa“ tan-NU ta” appoġġ għal Haiti, b'attenzjoni partikolari lill-persuni vulnerabbli, bħat-tfal;

8.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jagħtu prijorità lil miżuri speċifiċi tal-UNHRC biex jitwaqqaf il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-popolazzjoni ċivili fil-gwerer u l-kunflitti vjolenti, inkluża vjolenza diretta speċifikament kontra n-nisa u t-tfal kif ukoll il-problema tas-suldati tfal;

9.  Jiddispjaċih li l-UNHRC ma kinitx kapaċi tittratta b'mod suffiċjenti u propizju sitwazzjonijiet serji oħrajn relatati mad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jikkundannaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jistinkaw ħalli jinħolqu mekkaniżmi dedikati tal-UNHRC maħsuba biex iwieġbu l-kriżijiet tad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, fil-Ginea, fl-Iran, fil-Jemen u fl-Iraq u fis-Saħara tal-Punent; isostni li l-mandat tan-NU jinkludi l-monitoraġġ tal-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fis-Saħara tal-Punent;

10.  Jerġa“ jtenni l-pożizzjoni tiegħu rigward il-kunċett ta” “defemazzjoni ta” reliġjonijiet“ u filwaqt li jirrikonoxxi l-bżonn li tiġi indirizzata bis-sħiħ il-problema ta” diskriminazzjoni kontra l-inoranzi reliġjużi, iqis li l-inklużjoni ta“ dan il-kunċett fil-Protokoll dwar standards kumplimentari għar-razziżmu, id-diskriminazzjoni razzjali, il-ksenofobija u l-forom kollha ta” diskriminazzjoni mhix xierqa; jistieden lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw b'mod sħiħ l-istandards eżistenti rigward il-libertà ta“ espressjoni u l-libertà ta” reliġjon u twemmin;

11.  Itenni s-sejħa tiegħu lill-Istati Membri tal-UE biex jiżguraw li d-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati fil-politiki interni tagħhom peress li jekk dan ma jsirx il-pożizzjoni tal-UE fil-UNHRC tiddgħajjef;

12.  Jilqa“ b'sodisfazzjon it-tiġdid tal-impenn mill-Istati Uniti fil-korpi tan-NU, u l-ħatra sussegwenti tagħhom bħala membru tal-UNHRC, kif ukoll il-ħidma kostruttiva tagħhom favur il-libertà tal-espressjoni fis-64 Assemblea Ġenerali tan-NU u fuq il-Pjan ta” Azzjoni dwar is-segwitu tal-Konferenza Reviżorja ta“ Durban; jistieden lill-Istati Uniti u lill-Istati Membri tal-UE biex jagħtu segwitu u jikkooperaw bis-sħiħ ma” tali inizjattivi fil-futur;

13.  Huwa mħasseb bil-kandidatura tal-Iran fl-elezzjonijiet għall-UNHRC li se jsiru f'Mejju 2010; itenni l-oppożizzjoni tiegħu għall-kunċett tal-“folja ġdida” fl-elezzjonijiet tal-UNHRC, jitlob li jkun hemm elezzjonijiet kompetittivi fil-gruppi reġjonali kollha u jħeġġeġ lill-UE tagħmel kulma tista“ ħalli tevita li fl-UNHRC jiġu eletti pajjiżi li għandhom imgħoddi mill-iżjed problematiku fejn għandhom x'jaqsmu id-drittijiet tal-bniedem;

14.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex ikomplu jagħmlu pressjoni biex ikunu stabbiliti kriterji ta“ sħubija għall-elezzjoni tal-UNHRC, speċjalment ir-rekwiżit minimu ta” kooperazzjoni mal-Proċeduri Speċjali b'konformità mat-termini ta“ referenza tagħhom stess; jistieden lill-UE biex ikollha rwol mexxej billi tiżviluppa sensiela ta” linji gwida ma“ msieħba transreġjonali għall-użu matul l-elezzjoijiet;

15.  Jitlob li tiġi ssorveljata b'mod effettiv l-implimentazzjoni attwali tal-Proċeduri Speċjali u tal-konklużjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet tal-korpi tat-Trattat fil-qafas tal-proċess tar-Reviżjoni Perjodika Universali għal kull pajjiż;

16.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jippreservaw b'ħilithom kollha l-Mandati tal-Proċeduri Speċjali kollha; jitlob li jiġġedded il-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU fil-Myanmar u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li jkun hemm mandat ġdid speċifiku għall-pajjiż dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, meta titqies is-sitwazzjoni umanitarja i qed tmur għall-agħar;

17.  Jilqa“ l-”Istudju konġunt dwar il-prattiki globali fir-rigward tad-detenzjoni sigrieta fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu“ li se jiġi diskuss waqt it-13-il sessjoni; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jappoġġawh u jipprovdu segwitu adegwat għar-rapport, b'konformità mal-pożizzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew dwar din il-kwistjoni, speċjalment ir-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta” Frar 2009(8) u tal-14 ta“ Frar 2007(9) dwar l-użu allegat ta“ pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta” priġunieri;

18.  Jistieden lill-UE biex tipparteċipa b'mod attiv fis-sessjonjiet li ġejjin tar-Reviżjoni Perjodika Universali sabiex tiżgura li jkun hemm proċedura ġusta u riżultat li jappoġġja u jaġixxi fuq il-Proċeduri Speċjali tan-NU u fuq il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi tat-Trattat, inkluż billi tipprovdi l-għajnuna teknika neċessajra biex tinkiseb l-implimentazzjoni tagħhom;

19.  Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà u lill-Istati Membri biex jaħdmu ħalli jkun hemm pożizzjoni komuni b'saħħitha tal-UE rigward is-segwitu tal-Rapport Goldstone dwar il-missjoni għas-sejba tal-fatti dwar il-kunflitt f'Gaża u fl-Iżrael t'isfel, li b'mod pubbliku titlob l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha u li jkun hemm min iwieġeb għall-ksur kollu tal-liġi internazzjonali, inklużi d-delitti allegati tal-gwerra, u tħeġġeġ liż-żewġ naħat biex iwettqu investigazzjonijiet li jissodisfaw l-istandards internazzjonali ta” indipendenza, imparzjalità, trasparenza, prontezza u effikaċja, b'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti A/64/L.11, u jisħaq li l-osservanza tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi internazzjonali umanitarja mill-partijiet kollha u fiċ-ċirkostanza kollha hija kundizzjoni preliminari essenzjali għall-kisba ta“ paċi ġusta u dejjiema fil-Lvant Nofsani;

20.  Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà u lill-Istati Membri tal-UE biex jissorveljaw b'mod attiv l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-Rapport Goldstone permezz ta” konsultazzjonijiet ma“ missjonijiet esterni tal-UE u ma” organizzazzjonijiet mhux governattivi f'dan il-qasam; jitlob li r-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet relatati jiddaħħlu fid-djalogi tal-UE maż-żewġ naħat, kif ukoll fil-pożizzjonijiet tal-UE f'fora multilaterali;

21.  Jenfasizza li, għalkemm ir-reviżjoni tal-UNHRC mhix kwistjoni li għandha tiġi indirizzata direttament fit013-il sessjoni tal-UNHRC, hemm bżonn ta“ proċess ta” reviżjoni trasparenti u komprensiv, li jqis l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, is-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati rilevanti l-oħra kollha;

22.Jenfasizza li r-reviżjoni tal-UNHRC m'għandhiex twaqqfu milli jkompli x-xogħol sustantiv tiegħu dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

23.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE, fid-dawl tal-ewwel laqgħa li ġejja tal-grupp ta“ ħidma dwar ir-reviżjoni tal-UNHRC imwaqqaf bir-Riżoluzzjoni A/HRC/12/L.28, biex jaqblu fuq pożizzjoni komuni dwar din il-kwistjoni kif ukoll dwar strateġija ta” nnegozzjar effiċenti u proattiva; jisħaq l-importanza tal-pożizzjoni komuni tal-UE dwar il-proċess tal-analiżi tal-UNHRC u jitlob lill-Istati Membri tal-UE jirrispettaw il-“linja l-ħomor” miftiehmin konġuntament;

24.Jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin sabiex ifassal rakkomandazzjoni għall-Kunsill sabiex jipprovdi fiż- żmien meħtieġ kontribut għall-pożizzjoni tal-UE dwar r-reviżjoni li jmiss;
25.Jesprimi l-fehma tiegħu, filwaqt li jirrikonoxxi l-bżonn għal dibattitu iktar komprensiv, li r-reviżjoni għandha żżomm l-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), tissalvagwardja u, jekk ikun possibbli, issaħħaħ il-Proċeduri Speċjali, u tiggarantixxi l-possibilità li l-UNHRC jindirizza ksur speċifiku tad-drittijiet tal-bniedem permezz ta“ riżoluzzjonijiet u mandati speċifiċi għall-pajjiż; jenfasizza l-importanza tal-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem, kemm jekk huma soċjali, ekonomiċi, kulturali, ċivili jew politiċi; jirrikonoxxi d-diskussjonijiet dwar il-modi kif jissaħħaħ l-UNHRC mingħajr ma jsir rikors għall-pakkett tal-bini tal-istituzzjoni;
L-involviment tal-UE

26.  Jirrikonoxxi l-involviment attiv tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fil-ħidma tal-UNHRC u jifraħ lill-Belġju għas-suċċess li nkiseb s'issa mill-presidenza tiegħu u jilqa“ l-prijoritajiet tal-Presidenza Spanjola għall-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

27.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu r-ratifika universali tal-Istatut ta“ Ruma u l-leġiżlazzjoni implimentattiva nazzjonali, b'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/CFSP tas-16 ta” Ġunju 2003 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali(10) u l-pjan ta“ azzjoni tal-2004 li jagħti segwitu għall-pożizzjoni komuni; jirrikonoxxi l-Ftehim ta” Kooperazzjoni u Assistenza bejn l-UE u l-Qorti Kriminali Internazzjonali u, fuq dik il-bażi, jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex jikkooperaw bis-sħiħ mal-Qorti u biex jipprovdulha l-assistenza neċessarja; jinnota li l-ewwel Konferenza Reviżorja tal-Istatut ta“ Ruma se ssir f'Kampala, l-Uganda, mill-31 ta” Mejju sal-11 ta“ Ġunju 2010 u se tkun pass kruċjali fl-iżvilupp ulterjuri tal-Qorti;

28.  Jemmen li l-istruttura istituzzjonali l-ġdida tal-UE toffri opportunità biex jiżdiedu l-koerenza, il-viżibilità u l-kredibilità tal-azzjonijiet tal-UE fil-UNHRC; jistieden lir-Rappreżentant Għoli/lill-Viċi President tal-Kummissjoni biex tiżgura li jittieħdu passi prattiċi biex jiġi implimentat it-Trattat ta“ Lisbona, ħalli jiġi evitat perjodu tranżizzjonali twil wisq li jxekkel il-kredibilità tal-Unjoni, u biex tiżgura li l-arranġamenti l-ġodda jżidu l-kapaċità tal-UE li tipparteċipa u tikkoopera b'mod transreġjonali ma” pajjiżi minn blokok oħra dwar inizjattivi konġunti;

29.  Jagħti mandat lid-delegazzjoni tiegħu għat-13-il sessjoni tal-UNHRC biex tesprimi t-tħassib espress f'din ir-riżoluzzjoni, jistieden lid-delegazzjoni biex tagħmel rapport dwar iż-żjara tagħha lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, u jikkunsidra li huwa xieraq li tibqa“ tintbagħat delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għas-sessjonijiet rilevanti tal-UNHRC;

o
o   o

30.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-Parlamenti ta“ l-Istati Membri, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-64 Assemblea Ġenerali, lill-President tal-Kunsill tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Grupp ta” Ħidma UE-NU mwaqqaf mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2009)0021.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2006)0097.
(3) Testi Adottati, P5_TA(2004)0037.
(4) Testi Adottati, P6_TA(2005)0237.
(5) Testi Adottati, P6_TA(2005)0362.
(6) Testi Adottati, P6_TA(2009)0385.
(7) L-Artikoli 2, 3(5) u 6 tat-Trattat UE.
(8) Testi Adottati, P6_TA(2009)0073.
(9) Testi Adottati, P6_TA(2007)0032.
(10) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cmsUpload/l_15020030618en00670069.pdf

Avviż legali - Politika tal-privatezza