Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2536(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0118/2010

Testi mressqa :

B7-0118/2010

Dibattiti :

PV 24/02/2010 - 19
CRE 24/02/2010 - 19

Votazzjonijiet :

PV 25/02/2010 - 7.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0037

Testi adottati
DOC 59k
Il-Ħamis, 25 ta' Frar 2010 - Brussel Verżjoni finali
Pekin + 15 – Pjattaforma ta“ Azzjoni tan-NU għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi
P7_TA(2010)0037B7-0118/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta“ Frar 2010 dwar Pekin + 15 – Pjattaforma ta” Azzjoni tan-NU għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra r-Raba“ Konferenza Dinjija dwar in-Nisa li saret f'Pekin f'Settembru 1995, id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta” Azzjoni adottata f'Pekin u d-dokumenti riżultanti sussegwenti adottati miss-sessjonijiet speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Pekin +5 u Pekin +10 dwar aktar azzjoni u inizjattivi biex jimplimentaw id-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta“ Azzjoni ta” Pekin, adottati fid-9 ta“ Ġunju 2000 u fil-11 ta” Marzu 2005 rispettivament,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Eliminazzjoni ta“ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tal-1979 tan-NU,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali ta-Nazzjonijet Uniti tal-14 ta“ Settembru 2009 dwar il-koerenza fis-sistema kollha (A/RES/63/311) li tappoġġja bil-qawwa l-konsolidazzjoni ta” diversi entitajiet għall-ugwaljanza bejn is-sessi f'entità komposta,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 5, 21 u 23 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jenfasizza valuri komuni għall-Istati Membri bħall-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jsemmi l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta“ Marzu 2006 bit-titolu ”Il-pjan ta“ rotta għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2006-2010” (COM(2006)0092),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 Diċembru 1998 li jistabbilixxu li l-evalwazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta“ Azzjoni ta” Pekin se tinkludi indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi u benchmarks,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni komuni mill-ministri tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi magħmula fl-4 ta“ Frar 2005 fil-kuntest tar-reviżjoni wara 10 snin tal-Pjattaforma ta” Azzjoni ta“ Pekin, li fiha, fost affarijiet oħra, kien konfermat mill-ġdid l-appoġġ qawwi u l-impenn sħiħ tagħhom għall-implimentazzjoni sħiħa u effettiva tad-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta” Azzjoni ta“ Pekin,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-2 u t-3 ta“ Ġunju 2005 li fihom l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġew mistiedna biex isaħħu l-mekkaniżmi istituzzjonali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u biex joħolqu qafas għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta” Azzjoni ta“ Pekin, sabiex jinħoloq monitoraġġ aktar konsistenti u sistematiku tal-progress,

–   wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottat mill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2006(1) ,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta“ Mejju 2007 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa fil-koperazzjoni għall-iżvilupp,

–   wara li kkunsidra r-rapport komprensiv imħejji mill-Presidenza Svediża tal-Unjoni Ewropea bit-titolu “Pekin +15: Il-Pjattaforma ta” Azzjoni u l-Unjoni Ewropea“ li juri b'mod preċiż l-ostakoli li bħalissa qed jimpedixxu r-realizzazzjoni sħiħa tal-ugwaljanza bejn is-sessi,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta“ Ġunju 1995 dwar ir-Raba” Konferenza Dinjija dwar in-Nisa f'Pekin: “Ugwaljanza, Żvilupp u Paċi”(2) tal-10 ta“ Marzu 2005 u dwar is-segwitu tar-Raba” Konferenza Dinjija dwar in-Nisa - Pjattaforma ta“ Azzjoni, Pekin +10(3) ,

–   wara li kkunsidra l-mistoqsijiey tas-26 ta“ Jannar 2010 lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar Pekin +15 – Pjattaforma ta” Azzjoni tan-NU għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (O-0006/2010 – B7-0007/2010, O-0007/2010 – B7-0008/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi, minkejja l-isforzi li saru, l-għanijiet strateġiċi tal-Pjattaforma ta“ Azzjoni ta” Pekin ma ntlaħqux u għadhom jippersistu n-nuqqas ta“ ugwaljanza u l-isterjotipi tas-sessi, bin-nisa jibqgħu f'pożizzjoni subordinata għall-irġiel fl-oqsma indirizzati fil-Pjattaforma,

B.   billi l-ugwaljanza bejn is-sessi hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea, imħaddan fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u wieħed mill-objettivi u l-kompiti tagħha, u billi l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-attivitajiet kollha tagħha tikkostitwixxi missjoni speċifika għall-Unjoni,

C.   billi t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem min-nisa u l-bniet hija parti inaljenabbli, integrali u indiviżibbli mid-drittijiet universali tal-bniedem u hija essenzjali għall-avvanz tan-nisa u l-bniet, il-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp,

D.   billi huwa kurċjali li l-irġiel u s-subien ikunu involuti b'mod attiv f'politiki u programmi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u li l-irġiel jiġu offruti opportunitajiet realistiċi, speċjalment f'termini tal-liv tal-paternità, li jaqsmu r-responsabilitajiet tal-familja u domestiċi man-nisa fuq bażi ugwali,

E.   billi jistgħu jinstabu sinerġiji sinifikanti fil-kontenut sostantiv bejn is-CEDAW u l-Pjattaforma ta“ Azzjoni ta” Pekin, minħabba li ħafna mill-oqsma kritiċi ta“ tħassib tal-Pjattaforma huma espliċitament koperti mill-Konvenzjoni,

F.   billi s-CEDAW iċċelebrat it-30 anniversarju mill-iffirmar tagħha, fit-18 ta“ Diċembru 1979, kif ukoll l-10 anniversarju tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni, li jawtorizza lill-Kumitat tas-CEDAW li jisma” ilmenti dwar vjolazzjonijiet tad-drittijiet imressqa minn individwi, u billi sal-lum, 186 pajjiż rratifikaw is-CEDAW u 98 minnhom irratifikaw il-Protokoll Fakultattiv,

G.   billi t-tema magħżula għall-erbgħa u ħamsin sessjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa tan-Nazzjonijiet Uniti (l-hekk imsejħa Pekin +15), hija r-reviżjoni tad-Dikjarazzjoni għall-Azzjoni ta“ Pekin ul-kontribut għall-formazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru lejn ir-realizzazzjoni sħiħa tal-Għanijiet ta” Żvilupp tal-Millennju,

1.  Jenfasizza li, minkejja l-progress miksub fit-twettiq tal-objettivi strateġiċi tal-Pjattaforma ta“ Azzjoni ta” Pekin, in-nuqqas ta“ ugwaljanza u l-istereotipi tas-sessi jippersistu, bin-nisa jibqgħu f'pożizzjoni subordinata għal dik tal-irġiel fl-oqsma indirizzati mill-Pjattaforma;

2.  Iqis b'dispjaċir in-nuqqas ta“ data f'waqtha, affidabbli u komparabbli, kemm fil-livell nazzjonali u kemm f'dak tal-UE, għall-indikaturi li ntagħżlu għas-segwitu għal Pjattaforma ta” Azzjoni ta“ Pekin, li diġà ġew żviluppati f'ħafna mill-oqsma kritiċi ta” tħassib identifikati fil-Pjattaforma ta“ Azzjoni ta” Pekin, inklużi n-nisa u l-faqar, il-vjolenza kontra n-nisa, il-mekkaniżmi istituzzjonali, in-nisa u l-kunflitti armati, u l-bniet;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa aktar ir-reviżjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma ta“ Azzjoni ta” Pekin u biex tuża l-indikaturi u r-rapporti analitiċi effettivament bħala kontribuzzjoni għall-oqsma tal-politika differenti, kif ukoll bħala bażi għal inizjattivi ġodda bil-mira li tkun irrealizzata l-ugwaljanza bejn is-sessi;

4.  Iqis li huwa neċessarju li l-Kummissjoni tressaq pjan ta“ nofs it-terminu għas-segwitu u r-reviżjoni regolari tas-settijiet ta” indikaturi diġà żviluppati għas-segwitu tal-Pjattaforma ta“ Azzjoni ta” Pekin, bl-użu tar-riżorsi kollha disponibbli, inkluż l-għarfien espert tal-Grupp ta“ Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar l-Integrazzjoni tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, biex meta tħejji l-istrateġija ta“ segwitu għall-Pjan Direzzjonali tagħha, tqis il-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-impatt tal-bidla fil-klima fuq in-nisa, l-iżvilupp sostenibbli, is-soċjetà li qed tixjieħ, u l-qagħda tan-nisa minn minoritajiet etniċi, speċjalment nisa Roma, kif ukoll is-segwitu tal-prijoritajiet tal-Pjan Direzzjonali attwali li ġejjin: indipendenza ekonomika ugwali għan-nisa u l-irġiel, inkluż is-subpunt 1.6 dwar il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni multipla kontra n-nisa minn minoritajiet etniċi u n-nisa migranti; il-konċiljazzjoni tax-xogħol, tal-ħajja tal-familja u privata; parteċipazzjoni indaqs tan-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet; il-qerda tal-vjolenza bbażata fuq is-sess tal-persuna; l-eliminazzjoni tal-isterjotipi tas-sessi fis-soċjetà; u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki esterni u tal-iżvilupp;

6.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jieħdu aktar passi biex imexxu “l quddiem l-emanċipazzjoni tan-nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tas-sessi fil-koperazzjoni għall-iżvilupp, inkluż permezz tat-tlestija u l-adozzjoni ta” Pjan ta“ Azzjoni tal-UE dwar is-Sessi, skont id-Dikjarazzjoni ta” Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna u l-Aġenda ta“ Accra għall-Azzjoni;

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, meta tfassal l-istrateġija ta“ segwitu għall-Pjan Direzzjonali tagħha, toħloq rabtiet iktar qawwija mal-Pjattaforma ta” Azzjoni ta“ Pekin, u b'hekk tiżgura li jkun hemm iktar koerenza bejn l-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi u l-isforzi biex jintlaħqu l-objettivi identifikati fil-Pjattaforma ta” Azzjoni ta“ Pekin;

8.  Jappoġġja bil-qawwa l-ħolqien ta“ entità ġdida tan-Nazzjonijiet Uniti għall-ugwaljanza bejn is-sessi, li tgħaqqad il-politika u l-attivitajiet operattivi, u jistieden lill-Istati Membri kollha tan-NU, b'mod partikulari l-Istati tal-UE, biex jiżguraw li l-entità l-ġdida jkollha riżorsi finanzjarji u umani sinifikanti u titmexxa minn Sotto-Segretarju-Ġenerali tan-NU responsabbli għall-ugwaljanza bejn is-sessi;

9.  Jenfasizza li s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi huma parti integrali tal-aġenda tad-drittijiet tan-nisa, u li huwa essenzjali li jiżdiedu l-isforzi sabiex jittejbu s-saħħa u d-drittijiet riproduttivi tan-nisa, kemm fl-Ewropa u kemm globalment;

10.  Jenfasizza li s-saħħa sesswali u riproduttiva hija parti integrali mill-aġenda tas-saħħa tan-nisa;

11.  Jenfasizza li l-abort ma għandux jiġi promoss bħala metodu tal-ippjanar tal-familja, u li għandu jsir provvediment fil-każi kollha favur it-trattament uman u l-akkumpanjament psikoloġiku għan-nisa li rrikorrew għall-abort;

12.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea sabiex, fil-qafas legali l-ġdid stabbilit mit-Trattat ta“ Lisbona, issir stat kontraenti tal-Konvenzjoni għall-Eliminazzjoni ta” Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) u l-protokoll fakultattiv tagħha;

13.  Iħeġġeġ lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) biex jippromwovi skambju ta“ għarfien bejn l-Istati Membri fl-oqsma kollha indirizzati fil-Pjattaforma ta” Azzjoni ta“ Pekin permezz tal-programm għall-iskambju ta” prattiki tajba dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, sabiex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-impenji stipulati fil-Pjattaforma;

14.  Jitlob li fir-reviżjoni tal-Istrateġija ta“ Lisbona fl-2010 jkun inkluż kapitolu (jew prijorità) b'saħħtu dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, akkumpanjat minn miri ġodda, li r-rabtiet mal-Pjattaforma ta” Azzjoni ta“ Pekin jissaħħu u li l-indikaturi ta” Pekin żviluppati għas-segwitu tal-Pjattaforma ta“ Azzjoni ta” Pekin jintużaw għat-tisħiħ tal-perspettiva tas-sess fil-Programmi Nazzjonali ta“ Riforma u fir-Rapporti Nazzjonali dwar l-istrateġiji għall-ħarsien soċjali u l-inklużjoni soċjali;

15.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrevedi regolarment il-progress miksub f'dawk l-oqsma kritiċi ta“ tħassib identifikati fil-Pjattaforma ta” Azzjoni ta“ Pekin li għalihom diġà ġew adottati indikaturi żviluppati għas-segwitu tal-Pjattaforma ta” Azzjoni ta“ Pekin;

16.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw u jimplimentaw politiki speċifiċi għall-ugwaljanza bejn is-sessi, inklużi miżuri attivi, bl-għan li titħaffef it-temma ta“ ugwaljanza de facto bejn is-sessi u l-promozzjoni u t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem kollha min-nisa u l-bniet;

17.  Jilqa“ l-importanza mogħtija lill-ugwaljanza bejn is-sessi fil-pjanijiet tal-Presidenza li jmiss, dik Spanjola;

18.  Jirrikonoxxi li l-integrazzjoni tas-sessi u azzjonijiet speċifiċi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi huma strateġiji ta“ appoġġ reċiproku u li jeħtieġ li l-istrutturi u l-metodi jkunu msaħħa u użati b'mod effettiv kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE;

19.  Jinkoraġġixxi lill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi biex ikompli jiżviluppa strateġiji u għodod għall-integrazzjoni tas-sessi, b'mod partikolari fl-oqsma tal-evalwazzjoni tal-impatt tas-sessi u l-ibbaġitjar skont is-sessi;

20.  Itenni l-ħtieġa għall-implimentazzjoni sistematika u l-monitoraġġ tal-integrazzjoni tas-sessi fil-proċessi leġiżlattivi, baġitarji u proċessi importanti oħra, u ta“ strateġiji, programmi u proġetti f'oqsma ta” politika differenti, inkluża l-politika ekonomika, il-politiki ta“ integrazzjoni, il-Metodu Miftuħ ta” Koordinazzjoni kemm għall-impjiegi u kemm għall-ħarsien soċjali u l-inklużjoni soċjali, l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għal Żvilupp Sostenibbli, il-qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ, il-politika esterna u ta“ żvilupp, u l-Politika Ewropea ta” Sigurtà u ta“ Difiża komuni, u għall-promozzjoni tal-użu sistematiku ta” indikaturi żviluppati għas-segwitu tal-Pjattaforma ta“ Azzjoni ta” Pekin fl-oqsma kollha rilevanti tal-politika u l-proċessi;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU.

(1) Bul. KE 3-2002, punt I.13.
(2) ĠU C 166, 3.7.1995, p. 92.
(3) ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 247.

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Novembru 2010Avviż legali