Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2106(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0014/2010

Testi mressqa :

A7-0014/2010

Dibattiti :

PV 25/02/2010 - 4
CRE 25/02/2010 - 4

Votazzjonijiet :

PV 25/02/2010 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0039

Testi adottati
PDF 529kWORD 232k
Il-Ħamis, 25 ta' Frar 2010 - Brussell
Green Paper dwar ir-riforma tal-politika komuni tas-sajd
P7_TA(2010)0039A7-0014/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta“ Frar 2010 dwar il-Green Paper dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (2009/2106(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta“ Diċembru 2002, dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta” riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta“ Jannar 2002 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-Politika Komuni tas-Sajd(2),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta“ Diċembru 1982,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim tal-1995 dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta“ Diċembru 1982 dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta” Stokk ta“ Ħut li hu Komuni f'Aktar minn Żona Waħda u Stokk ta” Ħut li hu Migratorju Ħafna (“Il-Ftehim ta” New York“ tal-4 ta” Awwissu 1995),

–   wara li kkunsidra l-Kodiċi tal-Kondotta tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) għal Industrija tas-Sajd Responsabbli, li ġie adottat fil-31 ta“ Ottubru 1995,

–   wara li kkunsidra l-Kodiċi ta“ Prattika għas-Sajd Rikreattiv tal-EIFAC, li ġie adottat f'Mejju 2008,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni li saret fis-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar mis-26 ta“ Awwissu sal-4 ta” Settembru 2002 f'Johannesburg,

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija Mġedda tal-UE dwar l-Iżvilupp sostenibbli kif adottata mill-Kunsill Ewropew fil-15 u s-16 ta“ Ġunju 2006,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta“ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)(3),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rwol tal-PKS fl-implimentazzjoni tal-approċċ ekosistemiku għall-ġestjoni tal-ibħra (COM(2008)0187) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta“ Jannar 2009 dwar il-PKS u l-approċċ ekosistemiku għall-ġestjoni tal-ibħra(4),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għodod ta“ ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd (COM(2007)0073) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta” April 2008 dwar l-għodod ta“ ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet għas-sajd(5),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “t-twettiq tas-sostenibilità tas-sajd fl-UE permezz tar-rendiment massimu sostenibbli” (COM(2006)0360) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-6 ta“ Settembru 2007 dwar it-twettiq tas-sostenibilità tas-sajd fl-UE permezz tar-rendiment massimu sostenibbli(6),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Politika sabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u jiġi eliminat ir-rimi lura ta” ħut fis-sajd Ewropew“ (COM(2007)0136) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-31 ta” Jannar 2008 dwar politika sabiex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq u jiġi eliminat ir-rimi lura ta“ ħut fis-sajd Ewropew(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta“ April 2009 dwar ”Il-Governanza fi ħdan il-Politika Komuni dwar is-Sajd: il-Parlament Ewropew, il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u atturi oħra“(8), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta“ Settembru 2006 dwar il-Pjan ta” Azzjoni 2006-2008 għas-simplifikazzjoni u t-titjib tal-Politika Komuni tas-Sajd(9),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta“ Settembru 2008 bit-titolu ”Strateġija Ewropea għar-Riċerka tal-Baħar u dik Marittima: Qafas koerenti ta“ Żona Ewropea ta” Riċerka b'appoġġ ta“ użu sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra” (COM(2008)0534) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-19 ta“ Frar 2009 dwar ir-riċerka applikata li jkollha x'taqsam mal-politika komuni tas-sajd(10),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-6 ta“ Lulju 2005 dwar il-proposta għal-regolament tal-Kunsill dwar Fond tas-Sajd Ewropew(11), tal-15 ta“ Ġunju 2006 dwar sajd qrib il-kosta u l-problemi li jiffaċċjaw il-komunitajiet tas-sajd qrib il-kosta(12), tal-15 ta“ Diċembru 2005 dwar in-netwerks tan-nisa: Sajd, biedja u diversifikazzjoni(13), u tat-28 ta“ Settembru 2006 dwar it-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika fl-industrija tas-sajd(14),

–   wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 7/2007 dwar is-sistemi ta“ kontroll, spezzjoni u sanzjoni relatati mar-regoli dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fil-Komunità, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta” Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat(15), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta“ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta” bastimenti ta“ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità(16) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta“ Novembru 2009(17) li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta“ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta” Frar 2005(18), tal-15 ta“ Frar 2007(19), tal-5 ta“ Ġunju 2008(20), tal-10 ta“ April 2008(21) u tat-22 ta“ April 2009(22),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta“ Diċembru 2007 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura(23),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “It-tnedija ta” dibattitu dwar approċċ Komunitarju rigward is-sistema tal-ittikkettar tal-prodotti tas-sajd“ (COM(2005)0275) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta” Settembru 2006 dwar l-istess suġġett(24),

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-7 ta“ Mejju 2009 dwar ir-rwol u r-responsabilitajiet ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta” Lisbona(25),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-12 ta“ Lulju 2007 dwar Politika Marittima tal-Unjoni għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-oċeani u l-ibħra(26) u tat-2 ta“ Settembru 2008 dwar is-sajd u l-akkwakultura fil-kuntest ta” Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa(27),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta“ Frar 2009 bit-titolu ”L-2050: il-Ġejjieni jibda llum – rakkomandazzjonijiet għal politika tal-UE integrata fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-Klima“(28),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta“ Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta” Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima(29),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta“ Diċembru 2008 dwar l-adozzjoni ta” Pjan Ewropew ta“ Kontroll tal-Istokkijiet tal-Marguni sabiex jitnaqqas l-effett dejjem jiżdied tal-marguni fuq l-istokkijiet tal-ħut, is-sajd u l-akkwakultura(30),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar politika marittima integrata, b'mod partikulari, il-komunikazzjonijiet bit-titolu “Linjigwida għal Strateġija Integrata għall-Politika Marittima: lejn l-aqwa prassi fil-governanza marittima integrata u l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati” (COM(2008)0395), “Pjan ta” Tmexxija għall-Ippjanar Spazjali Marittimu: il-Ksib ta“ Prinċipji Komuni fl-UE” (COM(2008)0791) u “Niżviluppaw id-dimensjoni internazzjonali tal-Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea” (COM(2009)0536), u r-rapport riċenti dwar il-progress tal-politika marittima integrata tal-UE (COM(2009)0540),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-bini ta” futur sostenibbli għall-akkwakultura - Spinta ġdida għall-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Akkwakultura Ewropea (COM(2009)0162),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni bit-titolu “Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd” (COM(2009)0163),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0014/2010),

A.   wara li kkunsidra l-ħtieġa fundamentali tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut sabiex is-settur tas-sajd ikun jista“ jforni l-ħut lill-pubbliku u għall-bilanċ tal-ikel kemm fl-Istati Membri individwali u kemm fl-UE inġenerali, kif ukoll il-kontribut ewlieni tiegħu għall-benessri soċjoekonomiku tal-komunitajiet tal-kosta, għall-iżvilupp lokali, għall-impjiegi, għall-preservazzjoni u l-ħolqien ta” attività ekonomika “l fuq u ”l isfel (upstream u downstream), għall-provvista ta“ ħut frisk u għall-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet kulturali lokali,

B.   billi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar għandha tintuża b'mod konsistenti bħala bażi għat-tħaddim tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), b'referenza partikulari għad-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-ġestjoni internazzjonali tas-settur tas-sajd,

C.   billi r-riforma tal-PKS għandha tqis il-politika tal-UE fil-qasam tal-ambjent, kif jistipulaw it-Trattati, u d-Dikjarazzjoni ta“ Bali ta” Diċembru 2007,

D.   billi l-Unjoni Ewropea (UE) hija entità ggvernata mil-liġi internazzjonali li, skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati tagħha u tar-regoli ta“ operazzjoni, hija intiża b'mod speċifiku biex tiggarantixxi l-integrazzjoni ekonomika, soċjali u politika tal-politiki tagħha, fosthom il-PKS,

E.   billi l-għan bażiku tal-PKS, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002, hu li tiżgura l-iżvilupp sostenibbli u l-vijabilità ekonomika u soċjali tas-settur tas-sajd kif ukoll il-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar, li huwa premessa fundamentali għall-eżerċitar tal-attività tas-sajd issa u fil-ġejjieni,

F.   billi l-PKS falliet fl-għan bażiku tagħha u wriet li politika li tkun iċċentralizzata żżejjed minn fuq għal isfel ma taħdimx,

G.   wara li kkunsidra d-diversità tal-ibħra tal-Ewropa u n-natura speċifika tal-flotta u l-prattiki tas-sajd f'kull wieħed minn dawk l-ibħra,

H.   billi fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta“ Novembru 1976, b'mod partikulari fl-Anness VII tagħha, il-Kunsill ipprovda azzjoni għas-salvagwardja tal-ħtiġijiet partikulari ta” reġjuni fejn il-popolazzjonijiet lokali huma dipendenti b'mod speċjali mis-sajd u minn attivitajiet relatati,

I.   billi l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 jistipula li l-PKS tkopri l-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttar tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin, l-akkwakultura, u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura fejn attivitajiet bħal dawn jiġu prattikati fit-territorju tal-Istati Membri, jew fl-ibħra komunitarji jew minn bastimenti tas-sajd Komunitarji, jew bla ħsara għar-responsabilità primarja tal-istat tal-bandiera, minn ċittadini tal-Istati Membri,

J.   billi 88% tal-istokkijiet tal-Komunità qegħdin jinqabdu lil hinn mill-MSY u 30% ta“ dawn l-istokkijiet qegħdin ”il barra mil-limiti bijoloġiċi siguri, u dan għandu konsegwenzi serji fuq il-vijabilità tal-industrija,

K.   billi l-implimentazzjoni tal-PKS tinteraġixxi direttament ma“ oqsma kbar bħall-protezzjoni ambjentali, it-tibdil fil-klima, is-sikurezza, is-saħħa pubblika, il-ħarsien tal-konsumaturi, l-iżvilupp reġjonali, il-kummerċ intern u internazzjonali, ir-relazzjonijiet ma” pajjiżi terzi u l-koperazzjoni fl-iżvilupp, u billi hija essenzjali għall-garanzija ta“ armonizzazzjoni xierqa u bil-ħsieb bejn dawn l-oqsma kollha, filwaqt li jiġi rispettat għal kollox il-prinċipju ta” sussidjarjetà,

L.   billi, skont id-Direttiva 2008/56/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu jew iżommu status ambjentali tajjeb fl-ilmijiet tal-ibħra tal-Unjoni Ewropea sa mhux iżjed tard mis-sena 2020, u billi dan ser jesiġi r-regolamentazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li jaqgħu taħt il-PKS,

M.   billi hemm disparità ċara fil-livell tad-dħul bejn persuni li jgħixu mis-sajd u setturi oħrajn tal-popolazzjoni; billi hu meħtieġ li dawn ta“ ewwel jiġu garantiti livell ta” għixien ekwu, partikularment permezz ta“ żieda fid-dħul individwali tagħhom,

N.   billi s-sitwazzjoni ġeopolitika ekonomika u soċjali attwali u t-tfassil ta“ strateġija u ta” pjan ta“ azzjoni għall-konservazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-oċeani u l-ibħra fl-Ewropa u d-dinja (politika marittima integrata – IMP) jiġġustifikaw l-impenn tagħna li nistabbilixxu PSK li tkun sostenibbli f'sens ambjentali u soċjoekonomiku u li fiha s-setgħa fit-teħid ta” deċiżjonijiet mill-Parlament fir-rigward tal-PKS tkun imsaħħa kif stipulat fit-Trattat ta“ Lisbona,

O.   billi s-sajd huwa waħda mill-attivitajiet li l-aktar li jużaw il-baħar u r-riżorsi tiegħu, u għalhekk għandu jitqies bħala parti ewlenija tal-ġestjoni tal-Politika Marittima Integrata (IMP),

P.   billi l-Grupp Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), li jiġbor flimkien esperti mid-dinja kollha, ivvaluta l-impatt tat-tibdil fil-klima u kkonkluda li bosta ekosistemi huma mhedda minħabba l-kombinazzjoni bla preċedenti ta“ fatturi u ta” tfixkil marbuta mat-tibdil fil-klima,

Q.   billi l-liġi primarja tal-UE u, dan l-aħħar it-TFUE rrikonoxxew in-natura tad-diffikultajiet li jolqtu lir-reġjuni l-aktar imbiegħda li, minħabba l-karattru permanenti u pervażiv u l-preżenza konġunta tagħhom, jiddifferenzjaw dawn ir-reġjuni mir-reġjuni l-oħra tal-Unjoni li għandhom żvantaġġi ġeografiċi u/jew problemi ta“ popolazzjoni,

R.   billi, sabiex tkun aktar inklużiva u effikaċi, il-PKS għandha tkun organizzata b'tali mod li tieħu approċċ multidixxiplinari li jinvolvi l-gruppi kollha marbuta direttament u indirettament mas-settur, bħas-sajjieda kummerċjali u rikreattivi, prodotti tal-akkwakultura, is-settur tal-ipproċessar, il-bejjiegħa bl-imnut, is-sidien tal-bastimenti, ir-rappreżentanti ta“ dawn il-gruppi, is-soċjetà ċivili (fosthom l-NGOs ambjentali u tal-iżvilupp), il-komunità xjentifika u l-partijiet interessati tal-istituzzjonijiet,

S.   billi din ir-riforma l-ġdida tal-PKS minn issa għandha tqarreb aktar il-politika dwar is-sajd mar-regoli tas-suq uniku,

T.   billi, minkejja li sar xi progress wara r-reviżjoni tal-PKS fl-2002, għad fadal problemi serji marbuta mal-kapaċità żejda tal-flotot u l-iskarsezza tar-riżorsi tas-sajd, li jvarjaw fid-daqs minn reġjun għall-ieħor, u dawn marru għall-agħar fl-aħħar snin, filwaqt li kkaġunaw impatti negattivi serji fuq speċijiet mhux immirati u fuq l-ambjent tal-ibħra inġenerali u ħallew l-ekosistemi f'kundizzjoni fqira,

U.   billi problemi bħall-kapaċità żejda u l-iskarsezza tar-riżorsi tas-sajd ma għandhomx jitqiesu endemiċi jew universali ġaladarba hemm varjazzjonijiet kbar fil-flotot u ż-żoni tas-sajd differenti, u billi s-soluzzjonijiet ta“ dawn il-problemi għandhom jiġu żviluppati u implimentati b'mod li jagħraf il-varjazzjonijiet reġjonali wiesgħa li hemm fl-UE kollha,

V.   billi l-ibħra tagħna kapaċi jsostnu volumi akbar ta“ ħut minn dak li qegħdin isostnu bħalissa, u billi jekk l-istokkijiet jitħallew jirkupraw ikunu jistgħu jiġu stabbiliti limiti li jippermettu l-qbid ta” kwantitajiet ferm akbar ta“ ħut filwaqt li tinżamm is-sostenibbiltà,

W.   billi l-livelli ta“ rimi huma għoljin fi proporzjonijiet xejn aċċettabbli, u f'każi estremi s-sajjieda jirrapportaw li saħansitra jlaħħqu t-80% tal-qabdiet tagħhom,

X.   billi l-politika ta“ konservazzjoni u ġestjoni kienet l-ikbar falliment tal-PKS u mindu nħolqot baqgħet ma ġiet emendata jew aġġornata qatt, u billi għalhekk jeħtieġ li nikkonċentraw fuq it-tfassil ta” mudell ġdid ta“ konservazzjoni u ġestjoni tas-settur tas-sajd,

Y.   billi l-Unjoni Ewropea, bis-saħħa tal-impenji li daħlet għalihom fil-fora internazzjonali, iddefiniet l-objettivi tal-politika tas-sajd tagħha li għandhom ikunu mmaniġġjati permezz tal-Ogħla Rendiment Sostenibbli (MSY) tal-approċċ prekawzjonarju u bl-approċċ tal-ekosistema,

Z.   billi l-manutenzjoni tal-flotot tas-sajd moderni, kompetittivi, sikuri u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent mhijiex inkompatibbli mat-tnaqqis fil-kapaċità tas-sajd, li fil-fatt twettqet b'modi differenti minn bosta Stati Membri, fuq il-bażi ta“ riċerka xjentifika affidabbli, sabiex toqrob aktar lejn id-disponibilità tar-riżorsi, u billi l-partijiet interessati kienu dejjem favur miżuri li ma jnaqqsux is-saħħa tas-settur u li jkollhom effetti pożittivi u gradwali, bħall-isforzi biex tiżdied il-bijomassa tal-ħut, jitnaqqsu l-ġranet tas-sajd, biex jiġu stabbiliti żoni ta” protezzjoni bijoloġiċi u jiġi mmodernizzat is-sajd fuq skala żgħira,

AA.   billi s-sajd huwa waħda mill-attivitajiet ekonomiċi l-aktar milquta mit-tifqir tal-istokkijiet tal-ħut ikkawżat mill-istat ħażin tas-saħħa tal-ekosistemi tal-baħar, u billi s-sostenibbiltà tiegħu fil-ġejjieni se tiddependi mill-ħila li din ix-xejra titreġġa“ lura, permezz tar-restawr tas-saħħa u tal-bilanċ fl-ekosistema marittima kollha kemm hi; billi s-settur innifsu għandu għalhekk jikkontribwixxi għall-isforzi biex jerġa” jinħoloq bilanċ li għandu jippermetti s-sostenibbiltà fil-ġejjieni u jiżgura żieda fil-vijabbilità fil-perjodu medju u fit-tul,

AB.   billi s-sajd huwa essenzjali għall-għajxien ta“ bosta komunitajiet li jgħixu mal-kosta, li ilhom f'din l-attività għal bosta ġenerazzjonijiet u għaldaqstant ikkontribwew ukoll għad-dinamika ekonomika u soċjali tar-reġjuni konċernati u għall-wirt kulturali tal-UE, u ġaladarba l-politika tas-sajd għandha tiġi żviluppata b'mod li tipproteġi l-għajxien fir-reġjuni tradizzjonali tas-sajd Ewropej kollha billi tirrispetta d-drittijiet storiċi,

AC.  billi d-drittijiet storiċi dari kienu protetti mill-prinċipju tal-istabbiltà relattiva u, irrispettivament mill-forma tar-reġimi ta“ ġestjoni tal-ġejjieni, il-benefiċċji li jgawdu l-komunitajiet tal-kosta u li ġew akkumulati mill-istabbilità relattiva għandhom jibqgħu jitgawdew minn dawn il-komunitajiet,

AD.   billi l-flotta tas-sajd ta“ skala żgħira u ż-żoni li huma dipendenti ħafna mis-sajd jeħtieġu trattament differenti u appoġġ soċjoekonomiku akbar skont il-PKS il-ġdida,

AE.   billi, minkejja l-livell baxx ta“ rappreżentanza li għandhom fis-sottosettur tal-qbid, in-nisa huma grupp importanti fid-dawl tar-rwol fundamentali tagħhom f'oqsma direttament marbuta mal-PKS, bħalma huma l-akkwakultura, l-ipproċessar, l-ikkumerċjalizzar, ir-riċerka, il-ġestjoni kummerċjali, it-taħriġ u s-sikurezza marittima,

AF.   billi, kif diġà ġie rikonoxxut fis-settur agrikolu, in-nisa jbatu wkoll mill-inugwaljanzi fis-settur tas-sajd fil-forma ta“ pagi aktar baxxi (jew tabilħaqq l-ebda ħlas), inqas benefiċċji soċjali, u f'xi każi tfixkil fil-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom f'korpi amministrattivi f'ċerti komunitajiet jew assoċjazzjonijiet,

AG.   billi l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma sors importanti u li dejjem qed jiżdied l-użu ta“ proteini ta” kwalità għolja u tax-xaħmijiet tajbin għas-saħħa li huma essenzjali għall-ħtiġijiet alimentari tal-UE,

AH.   billi l-flotta u s-settur tas-sajd Komunitarji huma sors ta“ ikel ta” kwalità għolja u għandhom sehem importanti fir-rigward tal-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u d-dinamiżmu fir-reġjuni tal-kosta, f'dawk remoti, f'dawk l-iktar imbiegħda u fil-gżejjer tal-UE,

AI.   billi t-tqegħid fis-suq ta“ prodotti tas-sajd li jġorru ċertifikazzjoni akkreditata tal-ikel mill-punt tal-qbid mit-tismin sal-ipproċessar (jiddependi mill-industrija involuta) għall-ikkumerċjalizzar għandu jkun ibbażat fuq kriterji ta” sostenibbiltà ambjentali u għandu jikkontribwixxi għal għarfien akbar tas-sajd sostenibbli, kemm fost il-produtturi u kemm fost il-konsumaturi,

AJ.   billi l-FAO għamlet xogħol sinifikanti fil-qasam tat-tikkettar ekoloġiku tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, u billi f'Marzu 2005, il-Kumitat tal-FAO għas-Sajd (COFI) fassal linji gwida dwar dan is-suġġett li għandhom jitqiesu mill-Kummissjoni Ewropea,

AK.   billi l-azzjoni biex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli ta“ reġjun partikolari għandha ssaħħaħ l-interazzjoni bejn il-komponenti tal-ambjent naturali u l-komponenti umani tiegħu u tippromwovi l-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet tal-kosta tagħha; billi kull politika għas-sajd għandha tibda mill-preżunzjoni tal-interdipendenza bejn il-benessri ta” dawn il-komunitajiet u s-sostenibbiltà tal-ekosistemi li huma parti integrali minnhom,

AL.   billi l-flotot ta“ skala żgħira u dawk li għandhom natura industrijali ta” skala akbar għandhom karatteristiċi u problemi differenti ħafna u problemi li ma jistgħux jiddaħħlu f'mudell uniformi u għalhekk għandhom jiġu ttrattati b'mod differenti,

AM.   billi llum huwa aċċettat b'mod ġenerali li hemm għadd ta“ strumenti li joffru approċċ differenti għall-ġestjoni tas-sajd li jistgħu jissupplimentaw is-sistemi eżistenti u jkollhom sehem sinifikanti fil-ġestjoni Komunitarja tas-settur,

AN.   billi xi Stati Membri diġà stabbilixxew l-iskemi tagħhom, bħal skemi ta“ kreditu ta” konservazzjoni maħsuba biex iħeġġu l-innovazzjoni pożittiva fl-industrija, u billi azzjonijiet bħal dawn li jittieħdu fuq il-livell ta“ Stat Membru jistgħu jiġu aġġustati biex jitqiesu ċirkostanzi lokali b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati,

AO. billi studju tal-mudelli ta“ ġestjoni tas-settur tas-sajd għandu jkun suġġett li jiġi kkunsidrat bir-reqqa, waqt li jitqiesu d-differenzi fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali u d-differenzi fiċ-ċirkostanzi relatati mas-settur tas-sajd fid-diversi Stati Membri, mingħajr ma jiġi injorat ir-rwol tas-sussidjarjetà, bil-ħsieb li tiġi żgurata ġestjoni globali bbilanċjata tar-riżorsi u li ssir promozzjoni tal-aċċess proporzjonat għad-diversi flotot,

AP.   billi l-attività tal-industrija tas-sajd hija qabelxejn ikkonċentrata f'reġjuni li għandhom ekonomija fraġli li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma reġjuni tal-Objective 1, u billi s-sitwazzjoni ta“ kriżi fl-industrija qed ikollha impatt profond fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali ta” dawn ir-reġjuni,

AQ.   billi l-valur tar-riżervi tal-baħar fejn il-qbid huwa pprojbit bħala waħda mill-għodod effiċjenti biex jiġu protetti l-ekosistemi tal-baħar u biex jiġu pprovduti benefiċċji fil-ġestjoni tas-settur tas-sajd huwa rrikonoxxut b'mod wiesa“, sakemm l-istabbiliment u l-protezzjoni tagħhom jissodisfaw għadd ta” standards minimi,

AR.   billi l-akbar attenzjoni possibbli għandha tingħata lill-importanza strateġika tal-akkwakultura u tal-iżvilupp tagħha f'livell Komunitarju, kemm f'termini soċjoekonomiċi u kemm f'termini ambjentali kif ukoll rigward is-sikurezza tal-ikel; billi madankollu, l-industrija għandha tevita li ssir ħsara fl-ambjent tal-baħar lokali jew li jinħlew l-istokkijiet selvaġġi, speċjalment il-pelaġiċi żgħar li jinqabdu biex jintgħalfu lil bosta speċijiet fl-akkwakultura,

AS.   billi l-attivitajiet tas-sajd għall-frott tal-baħar jiffurmaw parti integrali mis-settur u għandhom importanza kunsiderevoli f'ċerti zoni tal-kosta u, fil-każ tas-sajd għall-frott tal-baħar li jsir bil-mixi, ġeneralment isiru minn nisa; billi dawn l-attivitajiet għandhom jinġiebu għalkollox fl-ambitu tal-PKS il-ġdida,

AT.   billi l-UE teħtieġ tikkoordina l-politika tagħha ta“ żvilupp u l-PKS u tiddedika aktar riżorsi umani, tekniċi u baġitarji għas-settur tas-sajd fil-kuntest tal-politika għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp ma” pajjiżi terzi,

AU.   billi l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) u l-ftehimiet tas-sħubija tas-sajd għandu jkollhom sehem vitali u kull ma jmur aktar importanti fl-użu u fl-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ibħra Komunitarji u internazzjonali, għalkemm bosta reviżjonijiet reċenti dwar il-prestazzjoni tal-RFMOs identifikaw nuqqasijiet serji fil-funzjonament tagħhom, li wasslu lill-Assemblea Ġenerali tan-NU biex titlob li jittieħdu miżuri urġenti ħalli tittejjeb il-prestazzjoni tagħhom,

AV.   billi l-korpi ta“ ġestjoni reġjonali għandhom rwol vitali u importanti fl-użu u fl-isfruttament sostenibbli tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità stess, billi jippermettu t-teħid ta” deċiżjonijiet amministrattivi fuq livell aktar xieraq li jinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti,

AW.   billi l-politika esterna tal-PKS hija essenzjali biex ikunu ggarantiti l-provvisti lill-industrija u lill-konsumaturi, peress li aktar minn terz tal-produzzjoni Komunitarja ġej minn zoni tas-sajd internazzjonali u minn ilmijiet li jidħlu fi ħdan l-EEZs ta“ pajjiżi terzi,

AX.   billi s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) jikkostitwixxi waħda mill-aktar theddidiet serji għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin u jipperikola l-bażi tal-PKS, kif ukoll l-isforzi internazzjonali għall-promozzjoni ta“ governanza aħjar tal-oċeani, u billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta” Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta“ kontroll, li għandha tiġi implimentata dalwaqt, huwa maħsub biex ikompli jippromwovi l-monitoraġġ tal-ġestjoni u tal-koordinazzjoni,

AY.   billi 60% tal-ħut ikkunsmat fl-Unjoni Ewropea jinqabad barra mill-ilmijiet tal-UE, u l-proporzjon huwa daqstant għoli fil-parti minħabba li, fost raġunijiet oħra, il-PKS ma rnexxilhiex iżżomm il-livelli tal-istokkijiet tal-ħut meħtieġa biex tiġi ssodisfata d-domanda taċ-ċittadini tal-UE,

AZ.   billi l-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet li fis-suq Komunitarju diġà daħlu prodotti li ma jirrispettawx id-daqsijiet minimi stabbiliti fl-UE, b'mod partikolari minħabba l-falliment li jiġu implimentati regoli dwar l-ikkumerċjalizzar ta“ prodotti ffriżati,

BA.   billi ħafna mill-impjiegi fis-settur tas-sajd bħalissa qed jimtlew minn ħaddiema li jiġu minn pajjiżi terzi, għax dan ix-xogħol qed isir anqas u anqas attraenti għaż-żgħażagħ li jgħixu fil-Komunità,

BB.   billi t-tnaqqis drastiku fil-prezzijiet tal-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tal-ħut f'dawn l-aħħar snin kellu impatt negattiv ħafna fuq id-dħul tal-produtturi, filwaqt li dawn il-produtturi, fl-istess ħin, kellhom żidiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom li ma jistgħux jagħmlu tajjeb għalihom fil-prezz tal-bejgħ inizjali,

BC.   billi kien hemm bidla fl-istrutturi tas-suq għall-prodotti tas-sajd u tluq minn bilanċ aċċettabbli bejn il-produtturi u x-xerrejja għal sitwazzjoni li dawn tal-aħħar jistgħu jqisuha dejjem iżjed bħala waħda ta“ oligopolija, kaġun tal-konċentrazzjoni tad-distribuzzjoni u tal-katini tax-xiri,

BD.   billi ħafna mill-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi qed joħolqu problema serja għall-kompetittività tas-settur tal-Komunità, peress li dawn la jikkonformaw mal-istandards u mas-sistemi ta“ kontroll li japplikaw għall-produtturi tal-Komunità u għall-konsumaturi, u li jżidu l-ispejjeż tal-produzzjoni għall-produtturi Komunitarji,

BE.   billi, għal żmien fit-tul, din is-sitwazzjoni ta“ prezzijiet li qegħdin jitbaxxew mhix ta” benefiċċju lanqas għall-konsumatur,

ĠENERALI

1.  Jilqa“ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tissottometti l-Green Paper, li qiegħda tifforma l-bażi għal proċedura ta” konsultazzjoni u għal diskussjonijiet importanti dwar id-diffikultajiet u l-isfidi li għandha l-PKS attwali, bil-ħsieb li ssirilha riforma urġenti u profonda, u jitlob li jitqiesu wkoll il-fehmiet tal-partijiet interessati;

2.  Iqis li r-riforma attwali hija kruċjali għall-ġejjieni tal-industrija tas-sajd Ewropea u li kull falliment fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni ta“ riforma radikali jista” jwassal biex saż-żmien tar-riforma li jmiss la jkun hemm ħut u lanqas industrija tas-sajd;

3.  Jaqbel mal-Green Paper li s-sostenibbiltà ekonomika u soċjali teħtieġ stokkijiet tal-ħut produttivi u ekosistemi tal-baħar li jaħdmu sewwa, biex is-sostenibbiltà ekoloġika ssir premessa bażika għall-ġejjieni ekonomiku u soċjali tas-settur tas-sajd Ewropew;

4.  Jilqa“ wkoll iż-żewġ prinċipji ewlenin stabbiliti mill-Kummissjoni bil-ħsieb li ssir riforma effikaċi u li tirnexxi tal-PKS, b'mod partikolari l-ħtieġa li tingħata aktar responsabilità lis-settur, ibbażata fuq it-twaqqif ta” kundizzjonijiet favorevoli għall-prattika tajba tas-sajd biex jiġu pprovduti mudelli ta“ ġestjoni għal perjodu twil ta” żmien u biex dawn jiġu aġġustati sabiex jinħolqu għodod li jikkomplementaw u jtejbu s-sistema unika tradizzjonali tat-TAC (il-qabda totali permessa) u l-kwoti li bħalissa hemm fis-seħħ kif ukoll sabiex jinstab tarf tal-problema tal-kapaċità żejda tal-flotot;

5.  Jilqa“ l-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-ħames nuqqasijiet strutturali tal-PKS eżistenti, u jaqbel mal-fehma tagħha li hemm ħames aspetti li għandha tingħatalhom importanza ċentrali fir-riforma, jiġifieri: il-problema profonda ta” kapaċità żejda tal-flotta; l-għanijiet politiċi mhux preċiżi li jirriżultaw fi gwida insuffiċjenti għad-deċiżjonijiet u għall-implimentazzjoni; sistema tat-teħid ta“ deċiżjoni li tinkoraġġixxi fokus fil-medda l-qasira; qafas li ma jagħtix responsabbiltà suffiċjenti lill-industrija; u n-nuqqas ta” rieda politika li tiġi żgurata l-konformità, flimkien mal-konformità fqira min-naħa tal-industrija;

6.  Jilqa“ b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-ħtieġa li jiġi implimentat qafas aktar sempliċi sabiex ikun żgurat li jinkiseb l-aqwa riżultat tal-azzjonijiet li għandhom jiġu adottati, u għaldaqstant jenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-isforzi f'din id-direzzjoni;

7.  Itenni li l-għan ewlieni tal-PKS għandu jkun li jiggarantixxi l-futur tar-riżorsi tas-sajd u tas-sajjieda, billi jiġi ggarantit l-irkupru tal-popolazzjonijiet tal-ħut u tar-restawr tal-vijabilità ekonomika tas-settur;

8.  Itenni li l-PKS għandha trid tiżgura s-sostenibbiltà għal perjodu twil ta“ żmien tas-setturi tas-sajd sabiex l-industrija tkun tista” tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-vijabbiltà soċjoekonomika tal-komunitajiet kostali, filwaqt li tiggarantixxi l-provvista tal-ħut lill-pubbliku u s-sovranità u s-sigurtà tal-ikel, u t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien tas-sajjieda, biex b'hekk tiżgura l-iżvilupp konsistenti taż-żoni tal-kosta li jiddependu b'mod l-aktar qawwi mis-sajd;

9.  Jemmen li l-ġestjoni tas-sajd għandha titfassal bil-ħsieb li jitnaqqas kemm jista“ jkun l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq speċijiet assoċjati u dipendenti, u li d-deċiżjonijiet prinċipali għandhom jittieħdu wara li tkun saret valutazzjoni tal-impatt ambjentali, kif isir fil-biċċa l-kbira tal-industriji l-oħra;

10.  Jenfasizza li l-PKS attwali hija waħda fost l-aktar politiki Komunitarji integrati, u dan jagħti setgħat wesgħin lill-Komunità, u għalhekk responsabilitajiet, fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-baħar, u jistieden ukoll lill-partijiet interessati biex jinvolvu ruħhom iżjed mill-qrib;

11.  Jenfasizza li, minkejja li kienet riformata b'mod estensiv fl-2002, 27 sena wara li ġiet stabbilita, il-PKS qiegħda tħabbat wiċċha ma“ problemi serji f'ċerti setturi tas-sajd li l-karatteristiċi ewlenin tagħhom huma s-sajd eċċessiv, il-kapaċità żejda f'xi sezzjonijiet tal-flotta, l-ineffiċjenza fl-enerġija u l-ħela, in-nuqqas ta” riċerka affidabbli dwar l-istokkijiet tal-ħut, kif ukoll fatturi oħrajn, bħar-rigress ekonomiku u soċjali li bħalissa qiegħed jolqot lis-settur, il-globalizzazzjoni tas-sajd u s-suq tal-akkwakultura, il-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u t-tifqir progressiv tar-riżorsi kkawżat mill-istat fqir tas-saħħa tal-ekosistemi tal-baħar;

12.  Hu tal-fehma li kwalunkwe u kull politika tas-sajd għandha tqis għadd kbir ta“ dimensjonijiet, soċjali, ambjentali u ekonomiċi, li jeħtieġu approċċ integrat u bbilanċjat li jkun inkompatibbli mal-viżjoni tal-ħolqien ta” ġerarkija fosthom abbażi ta“ definizzjoni a priori tal-prijoritajiet;

13.  Jenfasizza li s-salvagwardja tal-vijabilità tas-sajd, li huwa industrija strateġika, u tal-komunitajiet tas-sajd u l-konservazzjoni tas-sostenibilità tal-ekosistemi tal-baħar mhumiex objettivi irrikonċiljabbli;

14.  Iqis li problemi bħalma huma s-sajd żejjed, il-kapaċità żejda, l-investiment żejjed u l-ħela ma għandhomx jitqiesu endemiċi jew universali, iżda pjuttost problemi speċifiċi għal flotot u setturi tas-sajd partikolari, u li għandhom jiġu rranġati b'mod li jirrikonoxxi dawn l-ispeċifiċitajiet;

15.  Jirrimarka li l-Parlament, f'leġiżlaturi preċedenti, ġibed l-attenzjoni għall-fatt li r-regoli tal-PKS ma kinux qegħdin jiġu osservati mill-operaturi kollha u kemm-il darba stieden lill-entitajiet kompetenti tal-UE u l-Istati Membri kollha biex itejbu l-kontrolli, jarmonizzaw il-kriterji tal-ispezzjonijiet u s-sanzjonijiet u s-sistemi ta“ rrappurtar dwar il-qbid, jiżguraw it-trasparenza tal-konklużjonijiet tal-ispezzjonijiet u jsaħħu s-sistemi ta” spezzjonijiet tal-Komunità biex tinħoloq kultura ta“ konformità bl-involviment tal-partijiet interessati ewlenin sabiex jingħatawlhom aktar responsabilitajiet;

16.  Jinnota li r-regolament il-ġdid ta“ kontroll fih għadd ta” miżuri li huma suxxettibbli għall-kritika f'termini tas-suċċess tagħhom u tal-effikaċja tal-infiq tagħhom fil-kuntest tar-riforma tal-PKS;

17.  Jenfasizza li ħafna mill-problemi tal-PKS jirriżultaw minn falliment fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-governanza tajba;

18.  Jenfasizza li, bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona, il-Parlament mhuwiex se jkun biss entità ta” konsultazzjoni iżda se jsir koleġiżlatur fis-settur tas-sajd, u b'hekk ikun qiegħed jaqsam is-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet mal-Kunsill, ħlief fl-iffissar tat-TACs u tal-kwoti;

19.  Jenfasizza li l-RFMOs u l-ftehimiet dwar is-sħubijiet tas-sajd għandu jkollhom sehem importanti fil-governanza u fl-applikazzjoni xierqa tal-prattika tajba tas-sajd fi ħdan l-ispazji rispettivi tagħhom ta“ kompetenza u l-oqsma ta” applikazzjoni, u jenfasizza wkoll li l-pożizzjoni tal-UE għandha tkun li tippromwovi l-ogħla standards possibbli tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni tas-sajd;

20.  Iqis li għandhom jinħolqu korpi ta“ ġestjoni reġjonali fl-ilmijiet tal-UE, li jinvolvu lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati rilevanti, sabiex ikollhom sehem ewlieni fil-governanza u fl-applikazzjoni ta” prattika tajba tas-sajd fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tal-UE;

21.  Jenfasizza li l-proċess ta“ riforma tal-PKS għandu jkun iffinalizzat sal-bidu tal-2011, sabiex ikun żgurat li din tiġi kkunsidrata kif jixraq fid-diskussjonijiet tal-qafas finanzjarju li jmiss tal-UE u li l-PKS irriformata tkun implimentata bis-sħiħ;

22.  Jenfasizza li l-għarfien xjentifiku u r-riċerka teknika applikata għall-ħtiġijiet tas-settur għandhom jitqiesu biex jonqsu kemm jistgħu l-impatti negattivi fuq l-ekosistemi tal-baħar u li politika għall-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd għandha tkun stabbilita u rfinata progressivament, bl-involviment, is-sehem u l-koperazzjoni tal-ħaddiema tar-riċerka tas-settur bħala osservaturi u rappreżentanti sħaħ tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs); jenfasizza, barra minn hekk, li n-nuqqas ta“ data xjentifika preċiża dwar is-sajd u l-ekosistemi tal-baħar m'għandhiex tfixkel l-adozzjoni ta” approċċ prekawzjonarju fil-politika komuni l-ġdida dwar is-sajd;

23.  Jenfasizza li, minkejja l-grad ta“ komplessità ta” xi proċeduri għall-modifika tal-mudelli tal-ġestjoni tas-sajd u d-diffikultajiet, b'mod partikolari ta“ natura legali, li jistgħu jidhru fil-proċess, dawn mhumiex insuperabbli, kif jidher mill-applikazzjoni b'suċċess ta” mudelli oħrajn ta“ ġestjoni f'partijiet oħra tad-dinja, jistieden lill-Kummissjoni teżamina bl-attenzjoni jekk jistgħux jiddaħħlu mudelli ġodda tal-ġestjoni sabiex jikkomplementaw mudelli eżistenti tal-ġestjoni tas-sajd;

24.  Jenfasizza li, minkejja l-miżuri għall-irtirar ta“ bastimenti mis-servizz, il-kapaċità żejda għadha problema serja u xi setturi tal-flotta Ewropea, speċjalment il-flotta ta” skala żgħira, għadhom ma ġġeddux kif jixraq u fadal xi bastimenti li żmienhom għadda jew li huma qodma ħafna u li jeħtieġ li jiġu mmodernizzati jew jinbidlu bil-ħsieb li abbord ikun hemm aktar sikurezza u li dawn iħallu impatt inqas negattiv fuq l-ambjent, bla ma tikber il-kapaċità għas-sajd;

25.  Jisħaq fuq l-importanza tal-assoċjazzjonijiet tas-sajjieda, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet oħra fis-settur għall-operazzjoni bla xkiel u l-iżvilupp tas-settur;

26.  Jenfasizza li s-suċċess tal-akkwakultura sostenibbli se jiddependi minn ambjent li jkun favorevoli għall-intrapriżi fil-livell nazzjonali u/jew lokali u li l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali għandhom ikunu kapaċi jistrieħu fuq qafas Komunitarju xieraq għall-iżvilupp armonjuż tas-settur u għall-ilħiq tal-ġid sħiħ tiegħu u tal-potenzjal tal-ħolqien tal-impjiegi li jagħti preferenza lil dawk is-sajjieda li l-attivitajiet tagħhom qegħdin jonqsu;

27.  Jenfasizza li t-tkabbir fil-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea u t-tkabbir tal-UE fil-ġejjieni, kif ukoll il-fatturi tat-tibdil fil-klima, jista“ jkollhom impatt konsiderevoli fuq l-istruttura attwali tal-ġestjoni tas-sajd u tal-azjendi għat-trobbija tal-ħut;

28.  B'sorpriża jinnota li r-rwol kruċjali tal-portijiet tas-sajd fis-settur tas-sajd ma jissemmiex fil-Green Paper, minkejja li l-portijiet huma atturi ewlenin għall-ħatt tal-ħut, għall-ħażna tiegħu u għall-faċilitajiet ta“ distribuzzjoni; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tenfasizza r-rwol tal-portijiet fis-settur tas-sajd, fid-dawl tal-iżviluppi li ħolqu l-ħtieġa li tiġi aġġornata l-infrastruttura; iqis, barra minn hekk, li fil-ġejjieni l-portijiet tas-sajd tal-Ewropa se jkunu jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-provvediment ta” sistemi ta“ ċertifikazzjoni u ta” traċċabilità aħjar tal-qabdiet tal-ħut;

29.  Jenfasizza li l-involviment sħiħ tan-nisa fl-attivitajiet fis-settur fuq bażi ugwali mal-irġiel, huwa objettiv fundamentali li għandu jkun rifless fil-politiki u l-miżuri kollha mfassla u adottati għas-settur;

30.  Itenni li s-sajd huwa attività importanti ħafna, mhux biss f'termini alimentari, iżda wkoll f'termini soċjali, rikreattivi u kulturali, u li f'bosta reġjuni tal-kosta fl-Ewropa, jikkostitwixxi l-mezz ewlieni – u f'xi każijiet l-uniku – ta“ għajxien għal bosta familji li jiddependu minnu b'mod dirett jew indirett, filwaqt li jgħin biex jagħti l-ħajja lill-kosta u jgħaqqad it-tessut soċjoekonomiku, flimkien ma” attivitajiet marittimi oħrajn;

31.  Iqis li jeħtieġ li jiġi apprezzat u rrispettat ir-rwol tan-nisa fis-setturi tas-sajd u fl-iżvilupp sostenibbli taz-zoni tas-sajd; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konjuġi ta“ għajnuna jgawdu minn livell ta” protezzjoni li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak illi jgawdu dawk li jaħdmu għal rashom u li jkollu l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għal dawn tal-aħħar anke fir-rigward tal-aċċess għall-professjoni u d-dritt għall-ħut; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkooperaw sabiex jippromwovu u jinkorporaw il-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs fl-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għas-Sajd (inklużi t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-istadji ta“ valutazzjoni), kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006;

32.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-aktar gruppi vulnerabbli fis-settur tas-sajd, speċjalment il-ħaddiema nisa, is-sajjieda nisa u n-nisa li jiġbru l-frott tal-baħar, ma jkunux żvantaġġati fl-allokazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess għar-riżorsi, billi tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tagħhom fl-RACs;

33.  Itenni li l-miżuri finanzjarji ta“ akkumpanjament għall-ġejjieni għandhom iqisu dawn l-objettivi ġodda tal-PKS; iqis, f'dan ir-rigward, li r-riżorsi finanzjarji li għandhom jiġu nnegozjati fi ħdan il-qafas tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-2014-2020 għandhom jagħmlu dispożizzjoni għal żieda fil-baġit tal-PKS li toħloq il-kundizzjonijiet finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa u għall-iżvilupp prattiku tal-linji gwida tar-riforma li ġew adottati; jenfasizza li Politika Komuni tas-Sajd tippresupponi finanzjament Komunitarju ġust bil-għan li jiggarantixxi li r-riżorsi akkwatiċi jkunu sfruttati b'mod li jissalvagwarda s-sostenibilità f'termini ekonomiċi, ambjentali u soċjali; jiċħad kull tentattiv biex l-ispejjeż tal-PKS jerġgħu jiġu nazzjonalizzati;

34.  Hu tal-fehma li t-tnaqqis konsekuttiv fl-appoġġ Komunitarju għas-settur, stipulat fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali 2007-2013, b'mod partikolari t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-Fond Ewropew għas-Sajd, u l-organizzazzjoni komuni tas-suq, huma fost il-fatturi li wasslu biex is-sitwazzjoni tas-settur tkompli teħżien;

35.  Jenfasizza li l-prinċipju ta“ konverġenza fl-allokazzjoni tal-fondi strutturali u ta” koeżjoni, fosthom il-Fond Ewropew għas-Sajd, għandu jinżamm, skont il-prinċipju ta“ solidarjetà u mal-koeżjoni ekonomika u soċjali;

36.  Iqis li jeħtieġ ikun stabbilit perjodu ta“ tranżizzjoni sabiex din ir-riforma tal-PKS tkun tista” tiġi armonizzata mal-qafas attwali ta“ din il-politika komuni;

ASPETTI SPEĊIFIĊI
Il-ħarsien u l-konservazzjoni tar-riżorsi u t-tagħrif xjentifiku

37.  Iqis li l-impenji tal-PKS biex jitreġġgħu lura l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-possibilità ta“ tnaqqis tas-sajd kif ukoll il-livelli għoljin ta” tniġġis u l-kompetizzjoni internazzjonali akbar għandhom ikun jaqblu mas-sostenibilità fit-tul tas-settur;

38.  Hu tal-fehma li l-PKS għandha tadotta strateġija ta“ ekosistema, li tkun ikkunsidrata bl-istess mod fl-attivitajiet ekonomiċi kollha li jsiru, fejn dawn jolqtu l-ambjent tal-baħar, u li għandha tagħmel enfasi fuq il-ġestjoni integrata tal-linji tal-kosta fejn hemm ekosistemi kumplessi u fejn jeħtieġ jinstab bilanċ ekoloġiku delikat ħafna bejn l-interessi ambjentali, ekonomiċi, soċjali, rikreattivi u kulturali; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-riforma tal-PKS tinkludi l-miżuri adottati biex jingħeleb it-tibdil fil-klima u tistipula finanzjament adegwat biex jiġu implimentati dawn il-miżuri;

39.  Isostni li r-riforma tal-PKS għandha tkompli tosserva l-prinċipju prekawzjonarju stabbilit fil-Kodiċi ta“ Kondotta għal Sajd Responsabbli u fil-Ftehim ta” New York, sabiex jiġi evitat kull riskju għas-sopravivenza u/jew għas-sostenibbiltà tal-ispeċijiet fil-ġejjieni;

40.  Hu tal-fehma li l-komunitajiet tas-sajd lokali għandhom dejjem jingħataw li l-aċċess primarju għall-istokkijiet tal-ħut għalkemm id-drittijiet tal-aċċess għandhom ikunu bbażati fuq kriterji aġġornati u ma għandux jibqa“ jkun ibbażat biss fuq il-kriterju tal-qabdiet storiċi, u l-kriterji ambjentali u soċjali għandhom ikunu introdotti gradwalment sabiex jiddeterminaw min ikollu d-dritt jaqbad il-ħut, inklużi s-selettività tat-tagħmir tas-sajd u l-qbid inċidentali u r-rimi li jirriżulta, it-tħarbit fil-ħabitat tal-baħar, il-kontribut għall-ekonomija lokali, il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2, il-kwalità tal-prodott finali, l-impjiegi maħluqa u l-konformità mar-regoli tal-PKS, u li l-prijorità għandha tingħata lis-sajd għall-konsum uman; huwa konvint li l-użu ta” kriterji bħal dawn jista“ jrawwem dinamika li tista” twassal għal titjib fil-prattiki tas-sajd u għal industrija tas-sajd li tkun iżjed sostenibbli f'sens ambjentali, soċjali u ekonomiku;

41.  Iqis li d-drittijiet storiċi kienu preċedentement ġew protetti mill-prinċipju tas-sostenibilità relattiva u li kull reġim ta“ ġestjoni ġdida għandu jżomm il-benefiċċji tal-komunitajiet tal-kosta li nkisbu minħabba l-istabilità relattiva;

42.  Hu tal-fehma li r-rimi tal-ħut jirrappreżenta prattika tas-sajd mhix sostenibbli li għandha tinqata“ bil-mod il-mod, u li dan għandu jseħħ bil-ħolqien ta” inċentivi pożittivi u, fejn ikun meħtieġ, negattivi biex is-sajjieda jtejbu s-selettività tagħhom; iqis li jekk l-inċentivi ma jnaqqsux ir-rimi fi żmien xieraq, imbagħad għandha tiġi implimentata projbizzjoni dwar ir-rimi;

43.  Isostni li s-sostenibbiltà fit-tul tas-settur, l-adozzjoni tal-approċċ tal-ekosistema, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta“ prekawzjoni u l-għażla tat-tagħmir tas-sajd xieraq imsemmijin qabel jistgħu jinkisbu biss fi ħdan il-kuntest ta” politika tas-sajd deċentralizzata li fiha jittieħdu deċiżjonijiet li jkunu xierqa għas-sitwazzjonijiet fis-setturi tas-sajd u fir-reġjuni marittimi individwali;

44.  Iqis li jeħtieġ li tiġi garantita protezzjoni effikaċi għaż-żoni tal-kosta li għandhom ambjent sensittiv ħafna (li huma l-postijiet prinċipali tat-tnissil u l-bidien għal riżorsi bijoloġiċi);

45.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-effetti li jista“ jkollha l-implimentazzjoni tal-miżuri adottati biex tiġi miġġielda l-klima fuq is-sajd u l-ambjent marittimu;

46.  Huwa tal-fehma li stħarriġ kompresniv dwar il-flotta għandu jitqabbel mar-riżorsi tal-ħut li jkun disponibbli għall-qbid, sabiex jiġi determinat liema flotot ikunu f'bilanċ mar-riżorsi u liema minnhom ikun jeħtieġ li jitnaqqsu u b'kemm, kif jitlob ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

47.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom, kif indikat fir-Regolament il-ġdid dwar il-Kontroll li ġie adottat fl-20 ta“ Novembru 2009 (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, Artikolu 55(1), ”jiżguraw li s-sajd rikreattiv li jsir fit-territorju tagħhom u fl-ilmijiet Komunitarji jsir b'mod li jkun kompatibbli mal-għanijiet u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd“;

48.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-implikazzjonijiet soċjali u l-ħsara serja li ssir lis-sajd minn xi predaturi tal-ħut, bħall-popolazzjonijiet kbar ħafna ta“ foki u marguni;

49.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta“ aktar investiment fil-livell nazzjonali u Ewropew fir-riċerka u fit-tagħrif xjentifiku applikati għall-qasam tas-sajd, biex jiġu inkoraġġiti l-organizzazzjonijiet ta” riċerka kollettivi, li l-kompetenza u l-esperjenza tagħhom żdiedu fis-snin reċenti, u għall-ħtieġa li dan is-settur jingħaqad b'mod aktar effikaċi mal-oqsma tas-suġġetti koperti mill-programmi qafas għall-promozzjoni tar-riċerka; jenfasizza li r-riċerka u l-għarfien rigward is-sajd jeħtieġ li jkunu kkoordinati fil-livell Ewropew; jemmen li huwa essenzjali li jitnaqqsu l-inċertezzi fil-valutazzjonijiet xjentifiċi u li tiġi ġġenerata u inkorporata data soċjali u ekonomika xierqa fil-valutazzjonijiet; hu tal-fehma li għandu jkun hemm l-inkorporazzjoni ta“ informazzjoni mill-partijiet interessati fil-valutazzjonijiet; jenfasizza li l-approċċ tal-ekosistema l-ġdid ser jinvolvi riċerka multidixxiplinari;

50.  Jenfasizza li r-riċerka xjentifika dwar is-sajd hija għodda essenzjali għall-ġestjoni tas-sajd u li hija indispensabbli għall-identifikazzjoni tal-fatturi li jinfluwenzaw l-iżvilupp tar-riżorsi tas-sajd, għax tagħmel valutazzjonijiet kwantitattivi u tiżviluppa mudelli li jippermettu t-tbassir tal-iżvilupp tagħhom, u ttejjeb ukoll it-tagħmir tas-sajd, il-bastimenti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sikurezza tas-sajjieda, kif ukoll l-għarfien u l-esperjenza tagħhom;

51.  Jirrimarka li r-riċerka xjentifika għandha tqis il-komponenti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-attività tas-sajd; iqis li huwa essenzjali li ssir valutazzjoni tal-impatt li għandhom id-diversi sistemi/strumenti ta“ ġestjoni tas-sajd fuq l-impjiegi u d-dħul finanzjarju fil-komunitajiet tas-sajd;

52.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa, u drittijiet u pagi diċenti għar-riċerkaturi u l-esperti tekniċi involuti fir-riċerka xjentifika dwar is-sajd;

53.  Hu tal-fehma li għandu jsir użu dejjem akbar mis-sistemi tal-informatika rilevanti għas-settur u minn sistemi kompjuterizzati tal-ġbir u tat-trasferiment tad-data, kemm għall-amministrazzjonijiet reġjonali u nazzjonali u kemm għall-professjonisti u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, biex b'hekk l-informazzjoni ssir aktar aċċessibbli u trasparenti;

54.  Hu tal-fehma li l-użu obbligatorju ta“ teknoloġiji ġodda fuq bastimenti tas-sajd (għall-finijiet ta” spezzjonijiet u kontroll tas-sajd) għandu jiddaħħal gradwalment u b'perjodu ta“ tranżizzjoni ħalli jagħmilha aktar faċli għas-settur biex jadatta;

55.  Jirrikonoxxi li l-ispeċijiet immirati kif ukoll l-ispeċijiet mhux immirati bħal ħut, klieb il-baħar, fkieren, għasafar tal-baħar, mammiferi tal-baħar eċċ., huma ħlejjaq sentjenti, u jistieden lill-Kummissjoni biex talloka l-appoġġ għall-iżvilupp ta“ metodi ta” qbid u qtil li jnaqqsu t-tbatija bla bżonn tal-annimali selvaġġi tal-baħar;

Il-profitabilità u l-avvanz professjonali

56.  Jirrimarka li r-riforma tal-PKS għandha tqis il-fatt li l-UE ddeċidiet li l-isfruttament tal-istokkijiet tal-ħut għandu jkun amministrat permezz tal-objettiv tal-prodott massimu sostenibbli, mifhum bħala limitu massimu għal-livell ta“ sfruttament, aktar milli bħala mira, iżda jenfasizza li din għandha tkun irrikonċiljata ma” approċċ multispeċi li jqis is-sitwazzjoni tal-ispeċijiet kollha involuti f'zona tas-sajd partikulari u jevita l-approċċ kurrenti tal-applikazzjoni tal-MSY stokk bi stokk; hu tal-fehma li dan l-objettiv għandu jkun implimentat b'mod operattiv, li jkun ibbażat fuq data xjentifika u li jitkejlu l-konsegwenzi soċjoekonomiċi li jinvolvi;

57.  Jenfasizza l-importanza tal-appoġġ ekonomiku u politiku għall-koperazzjoni bejn is-sajjieda u r-riċerkaturi, sabiex ikun jista“ jingħata parir fuq bażi li tirrifletti aktar ċar il-kundizzjonijiet fil-baħar u jkun jista” jiġi implimentat aktar malajr;

58.  Jenfasizza kemm hija importanti għall-industrija tas-sajd fis-sitwazzjoni soċjoekonomika, fl-impjiegi u fil-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda (ORs); ifakkar li l-aktar reġjuni mbiegħda fil-Komunità qed jaqgħu lura f'termini soċjoekonomiċi minħabba li huma tant imbiegħda, maqtugħa u iżolati, minħabba li huma żgħar u minħabba t-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika tagħhom fuq numru żgħir ta“ prodotti, b'mod partikolari l-prodotti tas-sajd, is-swieq limitati u n-natura doppja tagħhom (kemm bħala reġjuni Komunitarji kif ukoll bħala territorji f'ambjent ta” pajjiżi li qed jiżviluppaw), u li dawn il-karatteristiċi jiġġustifikaw id-diskriminazzjoni pożittiva f'ċerti oqsma tal-PKS, b'mod partikolari fejn jidħol l-appoġġ għall-modernizzazzjoni u t-tiġdid tal-flotta;

59.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar periferiċi (ORs) u tar-reġjuni tal-ġżejjer, u d-differenzi bejniethom u l-komunitajiet fuq gżejjer remoti li jiddependu kważi kompletament fuq is-sajd għas-sopravvivenza ekonomika tagħhom, u sabiex tippromwovi miżuri mfassla għas-sostenibilità bijoloġika u soċjali tas-sajd f'dawn ir-reġjuni;

60.  Jappoġġa t-tkomplija tas-Sajd POSEI (skema ta“ kumpens għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba fil-kummerċjalizzazzjoni ta” ċerti prodotti tas-sajd mill-aktar reġjuni periferiċi) skont l-istess linji tal-Agrikoltura POSEI; f'dan ir-rigward, jemmen li dan il-programm għandu jibqa“ fis-seħħ b'mod permanenti, billi l-istatus tal-”aktar imbiegħed“ huwa fattur permanenti;

61.  Iqis il-ħtieġa li jinħolqu gruppi interprofessjonali fis-settur tas-sajd li jinvolvu s-sidien, il-ħaddiema, dawk li jipproċessaw, l-intermedjarji, eċċ., li għandhom iħeġġu d-djalogu bejn id-diversi parteċipanti interessati fiż-żewġ direzzjonijiet tas-settur;

62.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tfassal programmi Komunitarji speċifiċi li jkunu ta“ appoġġ għas-sajd tal-kosta fuq skala żgħira u mhux industrijali kif ukoll għat-trobbija tal-frott tal-baħar, attivitajiet li ġeneralment jitmexxew minn unitajiet operattivi ta” daqs żgħir u medju, sabiex tgħinhom jegħlbu d-diffikultajiet strutturali tradizzjonali tagħhom billi jieħdu vantaġġ akbar mill-opportunitajiet mogħtija mill-FES, li ħafna mill-miżuri tiegħu huma diġà mmirati b'mod esklużiv lejn negozji żgħar u ta“ daqs medju, u sabiex b'mod speċifiku tgħinhom jiksbu aċċess akbar għas-swieq kif ukoll biex itejbu l-valur tal-prodotti tagħhom;

63.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu taħriġ xieraq għas-sajjieda u l-kaptani, inklużi skemi edukattivi obbligatorji fl-“aħjar prattika” fis-sajd u l-bażi essenzjali tal-ekoloġija tal-baħar għal dawk li jkunu jridu kwalifiki professjonali, bil-ħsieb li jittejjeb l-istatus tal-kwalifiki, biex il-professjoni jingħatalha prestiġju u biex jinġibdu żgħażagħ aktar adattabbli li jkunu kapaċi jaċċettaw il-mobilità tax-xogħol u jkollhom attitudni aktar intraprenditorjali lejn is-settur u li jinkorpora l-elementi tekniċi, xjentifiċi u kulturali kollha li jinħtieġu biex tingħeleb l-idea mifruxa li s-sajd huwa attività periferali;

64.  Jenfasizza li l-kwalifiki professjonali huma fattur importanti kemm għat-titjib tal-produttività kif ukoll għaż-żieda fil-pagi; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-snajja“ huma karatteristika ta” negozji teknoloġikament avvanzati li jfissru pagi aħjar, għarfien aħjar tal-istandards (u għalhekk hemm aktar ċans ta“ konformità magħhom) u li wieħed jifhem u jirrispetta aktar l-interazzjoni bejn is-sajd u l-ekosistemi;

65.  Hu tal-fehma li l-operaturi kollha tas-sajd u tat-trobbija tal-frott tal-baħar, irġiel u nisa, jeħtieġ li jiġu garantiti aċċess aktar faċli għall-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u għandu jingħatalhom l-istess status fl-Istati Membri kollha, sabiex jiġi ggarantit li jkollhom il-kopertura tas-sigurtà soċjali u ħarsien fi ħdan is-sistemi ta“ għajnuna soċjali f'kull Stat Membru; jenfasizza li għandu jkun hemm strateġija ta” appoġġ finanzjarju għall-professjonisti tas-sajd li, minħabba li l-kapaċità tas-sajd trid tkun aġġustata skont id-disponibilità tal-istokkijiet tal-ħut jew skont pjanijiet għall-irkupru tal-istokkijiet, dawn jista“ jonqsilhom ix-xogħol jew jistgħu jitilfu ħobżhom;

66.  Jistieden lill-Istati Membri, fi ħdan il-qafas tal-liġijiet tax-xogħol rispettivi tagħhom, biex jaslu għal ftehimiet kollettivi li għandhom jiġu aċċettati mill-flotot Ewropej sabiex ikun hemm titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u fis-sikurezza fil-post tax-xogħol tagħhom;

67.  Iqis il-ħtieġa li jiġu ggarantiti prezzijiet aktar għoljin għall-ewwel bejgħ ta“ prodotti tas-sajd u li jitnaqqas l-għadd ta” intermedjarji fil-katina li twassal mill-produtturi sal-konsumaturi kif ukoll, b'mod aktar wiesa“, li jiġi żgurat l-involviment tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-ġestjoni tal-istokkijiet u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd, bl-għan li s-sottosettur tal-qbid iħalli qligħ kemm jista” jkun kbir u li jitħeġġu u jiġu appoġġati l-attivitajiet kollha ta“ bejgħ dirett u ta” kummerċjalizzazzjoni minn produtturi li jkunu kapaċi jqassru l-katina;

68.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi dwar l-oriġini u l-kwalità tal-prodotti tas-sajd, tfassal programm speċifiku ta“ ttikkettar ekoloġiku bil-ħsieb li tittejjeb l-istampa tal-prodotti tas-sajd u tippromwovi s-saħħa tal-konsumatur, u tibbażah fuq is-sorveljanza stretta u t-traċċabilità sħiħa mill-punt fejn tinkiseb il-materja prima sal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott aħħari, kemm rigward il-bejgħ ta” ħut frisk kif ukoll ta“ prodotti pproċessati mill-attività tas-sajd jew tal-akkwakultura;

69.  Itenni l-ħtieġa li tiġi żgurata konformità sħiħa mal-miżuri ta“ monitoraġġ u ċertifikazzjoni għas-sajd u l-prodotti tal-akkwakultura li jidħlu fis-suq Komunitarju, fosthom l-importazzjonijiet, sabiex tiġi aċċertata l-identità tagħhom u l-fatt li jiġu minn sajd sostenibbli u, jekk ikun hekk, li jkunu ġew ipproċessati b'mod xieraq; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li jkun żgurat li l-prodotti importati jkunu traċċabbli u jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa, tal-ambjent u soċjali imposti fuq il-prodotti Komunitarji, bl-għan ikun li jinħolqu l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fis-suq Komunitarju;

Mudelli ta“ ġestjoni, deċentralizzazzjoni, aktar responsabilità, u sorveljanza

70.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li minħabba li s-sajd huwa attività li tisfrutta riżorsa li tiġġedded, l-ewwel kompitu u l-aktar wieħed importanti tal-ġestjoni tas-sajd huwa l-kontroll, b'mod dirett jew indirett, tal-isforz totali tas-sajd, sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi garantita l-provvista tal-ħut lill-pubbliku fi ħdan qafas ta“ sostenibilità ta” riżorsi;

71.  Iqis li hu essenzjali li jiġi stabbilit qafas politiku li jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet dwar is-settur għal żmien medju u fit-tul u li jkun jista“ japplika pjanijiet tal-operat differenti li jkunu konsistenti man-natura speċifika tal-ekosistemi tal-baħar, tas-sajd u mal-karatteristiċi distintivi tal-flotot u l-industriji individwali Ewropej;

72.  Iqis li, filwaqt li l-għanijiet strateġiċi għal żmien fit-tul jistgħu jiġu formulati fil-livell tal-UE, ir-responsabilitajiet reali fejn jidħol l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet operattivi individwali għandhom jingħataw lill-Istati Membri u lill-korpi reġjonali, bl-istituzzjonijiet Ewropej jiżguraw li jintlaħqu l-għanijiet ewlenin;

73.  Iqis li l-pjanijiet ta“ ġestjoni u ta” rkupru għal żmien fit-tul għandhom jiġu stabbiliti għas-sajd kollu u/jew għar-reġjuni ġeografiċi kollha tas-sajd; jitlob li dawn ikunu ta“ prekawzjoni fin-natura tagħhom, li jkunu bbażati fuq pariri xjentifiċi, u li jilħqu kriterji konsistenti li jiżguraw l-approċċ tal-ekosistemi; hu tal-fehma li l-pjanijiet għandhom ikunu mmonitorjati regolarment sabiex, jekk ikun meħtieġ, ikunu jistgħu jiġu adattati għal ċirkostanzi ġodda;

74.  Iqis li l-pjanijiet ta“ ġestjoni u ta” rkupru għandhom jiġu valutati b'mod xjentifiku u eżaminati bir-reqqa, permezz ta“ simulazzjoni, sabiex jiġi żgurat li huma jkollhom probabilità kbira li jilħqu l-għanijiet tagħhom minkejja l-ħafna inċertezzi li huma inerenti fl-għarfien tagħna tal-ambjent tal-baħar u l-karatteristiċi tal-istokkijiet tal-ħut;

75.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina l-miżuri kollha alternattivi biex tindirizza s-sajd żejjed, kif ukoll il-possibilitajiet li ċerti partijiet tal-flotta jiġu modernizzati mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tas-sajd;

76.  Iqis li l-involviment aktar dirett tas-settur tas-sajd fil-formulazzjoni tal-PKS u l-ġestjoni tagħha jista“ jwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-ammont ta” rimi; iqis li għandu jingħata l-akbar appoġġ possibbli għall-esperimenti b'ġestjoni bbażata fuq ir-riżultati; iqis li dan se jkun jeħtieġ ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kontroll (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009), minkejja li għadu kemm ġie adottat biss lejn tmiem l-2009;

77.  Isostni li s-sistema ta“ ġestjoni għas-settur tas-sajd għandha titlaq mill-approċċ tradizzjonali minn fuq għal isfel, u l-enfasi minflok għandha tkun fuq il-prinċipju ta” reġjonalizzazzjoni u sussidjarjetà (deċentralizzazzjoni orizzontali) bla ma twassal għal diskriminazzjoni reġjonali jew għat-tfixkil tal-implimentazzjoni komuni tal-politika dwar is-sajd, l-evalwazzjoni u l-flessibilità akbar tal-prinċipju ta“ stabilità relattiva u jekk il-konklużjonijiet ta” dik l-evalwazzjoni jirrikjedux li dak il-prinċipju jkun applikat b'mod aktar flessibbli, u fuq il-parteċipazzjoni tal-professjonisti fis-settur u partijiet interessati oħrajn; jirrifjuta bil-qawwa, minħabba l-varjetà kbira ta“ karatteristiċi speċifiċi tal-flotta Komunitarja, kull tentattiv biex jiġi adottat mudell wieħed ta” ġestjoni tas-sajd Komunitarju, u jitlob minflok biex jitqiesu kif jixraq l-partikolaritajiet speċifiċi tal-ibħra differenti Ewropej; madankollu jisħaq fuq il-ħtieġa li m'għandhomx jitqiegħdu fil-periklu la l-ugwaljanza tal-opportunità fost il-produtturi fis-suq Ewropew u lanqas l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni;

78.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex taħdem għal mudell simplifikat li jkun separat, definit b'mod ċar, liberali u bla burokrazija għall-ġestjoni tas-sajd tal-kosta fuq skala żgħira, li fih l-istituzzjonijiet Ewropej jistabbilixxu l-għanijiet predominanti li għandhom jintlaħqu mill-Istati Membri skont l-istrateġija tagħhom stess;

79.  Jagħraf il-potenzjal li l-ġestjoni proprja u r-reġjonalizzazzjoni joffru għall-ħolqien ta“ kultura ta” konformità;

80.  Hu tal-fehma li l-involviment tal-partijiet interessati fit-tfassil u l-ġestjoni tal-politiki tal-ġestjoni tas-sajd jista“ jwassal għal miżuri ta” ġestjoni aktar effikaċi u għalhekk jemmen li l-innovazzjoni pożittiva fil-livell individwali, lokali jew tal-Istati Membri għandha tkun rikonoxxuta, inkoraġġuta u inċentivata;

81.  Iqis li huwa importanti li jkun hemm aktar dibattitu u analiżi rigward il-possibilità ta“ deċentralizzazzjoni tal-PKS, bil-parteċipazzjoni tal-partitijiet interessati kollha fil-livell istituzzjonali u settorjali;

82.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina bir-reqqa l-possibilità tal-adozzjoni ta“ mudelli ġodda tal-ġestjoni tas-sajd li huma komplementari mat-TAC u mas-sistema tal-kwota, barra fejn dik is-sistema tista” tkompli tkun xierqa, billi arranġamenti bħal dawn jiffaċilitaw l-introduzzjoni tal-politiki ta“ bla rimi u jippermettu lill-flotta li tadatta ruħha b'mod aktar flessibbli, skont id-diversità u d-distribuzzjoni attwali tal-istokkijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tesplora liema tibdiliet jekk tassew meħtieġa għandhom isiru għall-prinċipju ta” stabilità relattiva u b'mod partikolari kif il-komunitajiet tal-kosta li jiddependu ħafna mis-sajd jistgħu jingħataw preferenza fit-tqassim tar-riżorsi tas-sajd;

83.  Iqis li s-sistema ta“ ġestjoni bbażata fuq l-isforz tas-sajd tista” tgħin l-iżvilupp ta“ politika effikaċi mingħajr rimi kif ukoll is-simplifikazzjoni tal-proċeduri attwali ta” amministrazzjoni u ta“ kontroll li jieħdu ħafna ħin u jqumu ħafna flus kemm għall-amministrazzjonijiet tas-settur kif ukoll tal-Istati Membri;

84.  Iqis li mhux biżżejjed li jitkejjel l-isforz tas-sajd b'mod uniformi, mingħajr ma titqies id-diversità tal-flotot u tat-tagħmir; iqis li l-azzjoni ta“ kontroll tal-isforz tas-sajd għandu jqis l-ispeċijiet diversi, it-tipi differenti ta” tagħmir tas-sajd u l-valutazzjoni tal-impatt tal-qabdiet fuq l-istokkijiet ta“ kull speċi;

85.  Iqis li kull bidla fil-mudell ta“ ġestjoni għandha tinkludi perjodu tranżitorju ta” applikazzjoni esklużivament fi ħdan kull Stat Membru sabiex jiġu evitati tibdiliet f'daqqa u jiġu valutati r-riżultati qabel ma l-applikazzjoni tiegħu tiġi estiża fil-livell Komunitarju;

86.  Iqis ukoll li kull mudell ġdid ta“ ġestjoni għandu jibni fuq l-arranġamenti eżistenti bbażati fuq l-istabilità relattiva, iżda hu tal-fehma li huwa inevitabbli li l-PKS tal-ġejjieni se jkollha tirrikonoxxi l-qagħda attwali rigward l-użu tal-kwoti, li jagħtu biżżejjed flessibilità lis-sistema biex ma tkomplix tfixkel l-effikaċja ekonomika u l-profitabilità tal-investimenti,

87.  Huwa tal-fehma li aktar ma jkun għoli l-livell ta“ parteċipazzjoni, aktar l-għanijiet ikunu ċari, u aktar ma jingħata appoġġ ekonomiku u soċjali lil dawk milquta, aktar wieħed ikun jista” jifhem, jaċċetta u jimplimenta l-miżuri varji għall-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati mekkaniżmi għas-sussidju jew għall-kumpens tas-sajjieda milquta mir-riperkussjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-pjanijiet pluriennali ta“ rkupru u ta” ġestjoni u miżuri ta“ protezzjoni tal-ekosistemi;

88.  Isostni li l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs), kif ukoll partijiet interessati oħrajn u l-valutazzjonijiet magħmula mill-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd, għandu jkollhom sehem aktar attiv, kemm waqt kif ukoll wara l-proċess ta“ riforma tal-PKS, u li dawn l-entitajiet għandhom jitqiegħdu f'pożizzjoni, loġistikament u finanzjarjament, biex jeżerċitaw ir-responsabilitajiet aġġornati tagħhom b'mod effikaċi u bis-sħiħ, kif hemm awspikat fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament, bħar-riżoluzzjoni msemmija aktar ”il fuq tal-24 ta“ April 2009;

89.  Jitlob li jkun hemm element reġjonali aktar b'saħħtu fit-teħid tad-deċiżjonijiet, li jqis aktar l-ispeċifiċitajiet reġjonali tal-ekosistemi u tal-kondizzjonijiet naturali tal-produzzjoni, bi rwol imsaħħaħ b'mod sostenibbli għall-korpi konsultattivi reġjonali;

90.  Jisħaq fuq l-importanza tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll u l-Ispezzjoni tas-Sajd fir-rigward tar-riforma tal-PKS u jenfasizza l-ħtieġa li jkunu ggarantiti l-armonizzazzjoni u l-oġġettività fil-kontroll tas-sajd u li tkun applikata sistema uniformi u ġusta ta“ regolamenti u sanzjonijiet, biex b'hekk tissaħħaħ il-fiduċja fost is-sidien tal-bastimenti u s-sajjieda fil-prinċipju fundamentali tat-trattament ugwali;

91.  Hu tal-fehma li l-politika ta“ kontroll tal-PKS għandha tqis dan li ġej:

   kontroll aktar dirett min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, bl-akbar użu tal-possibilitajiet mogħtija bil-ħolqien tal-Aġenzija għall-Kontroll tas-Sajd,
   is-simplifikazzjoni leġiżlattiva permezz tal-adozzjoni ta“ standards adattati bl-aħjar mod biex jintlaħqu l-objettivi,
   l-applikazzjoni tal-prinċipju li l-parti li tikser il-liġi għandha ssewwi l-ħsara li tkun saret lil operaturi oħrajn, u
   proċess ta“ teħid ta” deċiżjonijiet minn isfel għal fuq, li jħaffef l-implimentazzjoni tas-sistema ta“ kontroll;

92.  Jitlob li jkun hemm politika aktar komprensiva sabiex l-Istati Membri jkollhom aktar responsabilità, li biha l-Istati Membri li ma jkunux issodisfaw l-impenji tagħhom ta“ kontroll u ta” konservazzjoni ma jkunux eliġibbli għall-fondi strutturali u għal suriet oħrajn ta“ għajnuna Komunitarja skont l-Artikolu 95 tar-Regolament dwar il-Kontroll il-ġdid; iqis li hu essenzjali li l-finanzjament tal-UE u dak nazzjonali għas-sajd għandu jkun inkanalat, b'mod flessibbli, biss għal attivitajiet u miżuri li jkunu msejsa fuq sajd sostenibbli mil-lat ekoloġiku, ekonomiku u soċjali;

93.  Jinnota li s-sajd illegali, mhux irregolat u mhux irrappurtat (IUU) huwa sura ta“ kompetizzjoni inġusta li tagħmel ħsara kbira lis-sajjieda Ewropej kollha li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, nazzjonali u ta” pajjiżi terzi u li jwettqu l-attivitajiet tagħhom b'mod responsabbli;

94.  Ifakkar li s-sajd IUU ifixkel l-operat ġust tas-suq tal-ħut u jhedded il-bilanċ tal-ekosistemi;

95.  Iħeġġeġ lill-UE biex taċċetta r-responsabbiltà tagħha bħala l-akbar importatur u suq dinji ta“ ħut kif ukoll biex tkun minn tal-ewwel sabiex jinstab tarf tal-problema dinjija tas-setturi tas-sajd illegali, filwaqt li tuża l-opportunitajiet disponibbli kollha sabiex il-ġlieda kontra s-sajd IUU ssir prijorità tal-aġenda internazzjonali, meta titqies il-ħsara ambjentali kbira li jikkaġuna, fosthom l-indeboliment tar-reżiljenza tal-ekosistemi tal-baħar għall-impatt tat-tibdil fil-klima, u t-theddida tiegħu għas-sigurtà tal-ikel;

Il-ġestjoni tal-flotot Komunitarji tas-sajd

96.  Jenfasizza li l-ambitu tar-riforma tal-PKS għandu jfittex soluzzjonijiet li jiggarantixxu bilanċ stabbli u permanenti bejn ir-riżorsi tas-sajd u l-kapaċità tal-flotot;

97.  Itenni l-importanza li l-kapaċità tal-flotot tas-sajd tkun adattata għar-riżorsi disponibbli, izda jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkwantifikaw il-kapaċità żejda attwali, u jidentifikaw liema flotot huma kbar wisq għall-opportunitajiet ta“ sajd attwali tagħhom;

98.  Jappoġġja trattament differenti għas-setturi tas-sajd fil-baħar miftuħ u għal dawk li l-istruttura u l-kapaċitajiet kummerċjali tagħhom huma aktar fuq l-istess livell ma“ attivitajiet ekonomiċi oħra, u għas-sajd fuq skala iżgħar b'rabtiet eqreb ma” zoni kostali u swieq speċifiċi, b'volum iżgħar ta“ produzzjoni ta” unità u bi strutturi differenti ta“ spejjeż u impjiegi;

99.  Jappoġġa l-abbozz ta“ definizzjonijiet ġodda ta” sajd fuq skala żgħira u sajd industrijali u ta“ kriterji aktar flessibbli li fuqhom jiġu bbażati dawn id-definizzjonijiet, sabiex jiġi żgurat li jkunu adattati aħjar għan-natura diversa tas-sajd Komunitarju; għal dan il-għan, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel stħarriġ bir-reqqa u eżawrjenti dwar id-daqs, il-karatteristiċi u l-firxa tal-flotta Komunitarja Ewropea, u biex tiddefinixxi kull kategorija skont kriterji sodi, ħalli ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn flotot simili jew bejn flotot minn Stati Membri differenti li joperaw fl-istess ilmijiet;

100.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi b'mod ċar il-kapaċità żejda; iqis li hu meħtieġ jiġu aċċertati l-kawżi tal-kapaċità żejda u b'mod partikolari l-muturi ekonomiċi tal-kapaċità, u jeħtieġ jiġu esplorati r-rabtiet possibbli mal-politika tas-suq, filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li f'ċerti każi, il-forzi tas-suq jistgħu jirrappreżentaw kriterju prinċipali li għandu jitqies; hu tal-fehma li l-kriterji għad-definizzjoni tal-flotta Komunitarja għandhom imorru lil hinn mill-parametri numeriċi simplistiċi u jinkludu elementi b'piż differenzjat għal kull reġjun, li jipprovdu mudell uniformi u flessibbli kapaċi jirrispondi b'mod ġust għas-sitwazzjonijiet differenti kollha fil-flotta Komunitarja;

101.  Huwa tal-fehma li l-FES preżenti u l-fondi strutturali futuri għas-settur tas-sajd għandhom ikomplu jappoġġaw it-tiġdid u l-modernizzazzjoni tal-flotta, speċjalment fejn jidħol is-sajd tal-kosta fuq skala zgħira u sajd mhux industrijali minħabba li dan l-appoġġ huwa bbażat fuq il-kriterji tas-sikurezza (biex jitnaqqsu kemm jista“ jkun l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol), l-iġjene u l-kumdità, kif ukoll il-ħarsien tal-ambjent, l-ekonomija tal-fjuwil u kriterji oħra li ma jinvolvux żieda fil-kapaċità tas-sajd għall-flotot ikkonċernati;

102.  Hu tal-fehma li l-politika dwar l-appoġġ għall-flotot tas-sajd għandha tqis il-kriterji bbażati fuq il-mertu, bħal: l-iżvilupp ta“ prattiki tas-sajd tajba li ”ma jagħmlux ħsara lill-ambjent“, l-osservanza tal-kultura tal-konformità u l-implimentazzjoni ta” skemi ta“ organizzazzjoni (assoċjazzjonijiet tal-produtturi);

103.  Hu favur it-twaqqif ta“ Fond tal-Iskrappjar bħala soluzzjoni effikaċi u immedjata għall-problemi ta” kapaċità żejda, b'regoli biex l-użu tiegħu ma jkunx jista“ jiġi mblukkat mill-Istati Membri;

104.  Iqis li l-flotot tas-sajd għandhom ikunu kapaċi li, għal żmien fit-tul, jiffinanzjaw lilhom infushom u jibqgħu kompetittivi f'suq liberalizzat tal-prodotti tas-sajd, iżda jenfasizza li dan jista“ jiġri biss f'PKS b'mudell ta” ġestjoni tas-sajd li jiffaċilita l-profitabilità tal-impriżi;

L-akkwakultura u l-prodotti pproċessati

105.  Hu konvint li settur tal-akkwakultura li jkun b'saħħtu, ta“ kwalità għolja u sostenibbli ambjentalment għandu l-potenzjal li jkattar it-tkabbir f'setturi relatati u jgħin biex jippromwovi l-iżvilupp fiż-żoni tal-kosta, ”il barra minnha u f'dawk rurali, b'benefiċċji konsiderevoli għall-konsumaturi wkoll fis-sura ta“ prodotti tal-ikel li jkunu bnien, ta” kwalità għolja u magħmula b'mod ekoloġiku;

106.  Iqis li l-ħarsien u l-kompetittività tal-akkwakultura Komunitarja għandhom jissaħħu billi jkompli jingħata appoġġ sostanzjali għar-riċerka u għall-iżvilupp teknoloġiku, għall-ippjanar taż-żoni tal-kosta u għall-baċini tax-xmajjar, sabiex jitħaffef l-aċċess għall-ispazju meħtieġ, filwaqt li jitħaddnu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-akkwakultura fil-politika tas-swieq tal-UE; jirrikonoxxi s-sehem importanti li għandhom l-organizzazzjonijiet tal-produtturi (POs) stabbiliti skont l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindirizza b'mod speċifiku l-ħtiġijiet speċjalizzati u r-rekwiżiti tas-settur tal-akkwakultura f'dawn ir-regoli;

107.  Iqis li l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura jeħtieġ installazzjonijiet u metodi ta“ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, fosthom sorsi sostenibbli ta” għalf, sabiex jiġu evitati kwistjonijiet bħall-ewtrofikazzjoni tal-ilma u biex tiġi promossa l-produzzjoni ta“ prodotti ta” kwalità aħjar permezz ta“ standards imtejba favur is-saħħa u permezz tat-twaqqif ta” standards għoljin għall-akkwakultura organika u l-benessri tal-annimali kif ukoll livell għoli ta“ ħarsien għall-konsumatur; jisħaq fuq l-importanza li jiġu inklużi inċentivi għall-produzzjoni tal-akkwakultura organika u li jsiru sforzi biex titjieb l-effiċjenza tal-impjanti tat-trobbija tal-ħut;

108.  Iqis l-akkwakultura bħala parti integrali mill-PKS li għandha sehem komplementari vis-à-vis s-sottosettur tal-qbid, b'mod partikolari rigward id-disponibilità tal-provvista tal-ikel, l-impjegabilità u r-ripopolazzjoni, fuq kollox, ta“ speċijiet li huma fost dawk l-aktar sfruttati fl-ambjent naturali;

109.  Jitlob li jingħata appoġġ għall-investiment f'teknoloġiji ġodda tat-trobbija tal-ħut, fosthom sistemi intensivi biex l-ilma jkun jista“ jiġi rriċiklat, it-trobbija tal-ħut tal-ilma baħar ”il barra mill-kosta u dak tal-ilma ħelu, kif ukoll ir-riċerka fit-trobbija ta“ speċijiet ġodda ta” interess ekonomiku u ta“ għalf prodott b'mod li jagħmel anqas ħsara lill-ambjent, bi prijorità għall-appoġġ li jingħata għat-titjib tas-sotenibilità ambjentali; jirrikonoxxi l-iskala tal-potenzjal li hemm fl-akkwakultura ”l barra mill-kosta u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex teżamina mekkaniżmi speċifiċi għall-appoġġ tal-iżvilupp ta“ dan it-tip ta” trobbija tal-ħut tal-ilma baħar “il barra mill-kosta;

110.  Iqis li jinħtieġ li jiddaħħlu regoli li jistabbilixxu prattiki tajba tas-suq (kontrolli fuq il-kwalità tal-prodotti, ħarsien tal-konsumatur, dazji tad-dwana) u kompetizzjoni ġusta rigward il-prodotti tas-sajd li jiġu minn barra l-UE, minbarra dawk il-prodotti rregolati mir-regolamenti inklużi fil-ftehimiet tal-UE ma“ partijiet terzi;

111.  Iqis li hu essenzjali li, fil-każ ta“ perjodi ta” waqfa bijoloġika għall-flotot bil-għan li l-istokkijiet tal-ħut jerġgħu jieħdu r-ruħ, għandha titqies ukoll l-industrija tal-ippriservar, fejn ma jkunx hemm sorsi alternattivi ta“ provvista għall-ispeċijiet milquta b'dawn il-miżuri;

112.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jippromwovu t-tfittxija għal speċijiet ġodda fl-akkwakultura, b'mod partikolari l-ispeċijiet erbivori, li joffru kwalità għolja u valur miżjud, u sabiex tiġi promossa r-riċerka u l-iskambju ta“ prattiki tajba mal-Komunità kollha rigward speċijiet bħal dawn, kif ukoll il-metodi ta” produzzjoni u ta“ kummerċjalizzazzjoni marbuta magħhom bil-ħsieb li jiġi ssodisfat it-tħassib ambjentali u biex tintlaħaq pożizzjoni kompetittiva aħjar rigward ikel ġdid ieħor;

113.  Jisħaq fuq l-importanza li jingħata finanzjament lill-intrapriżi tal-akkwakultura, hu xinhu d-daqs tagħhom, bil-kriterju ewlieni jkun il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-ħajja mal-kosta;

Is-swieq u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ħut

114.  Itenni l-ilmenti mleħħna mis-settur li r-riforma tal-COM għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura hi marbuta mal-proċess tar-riforma tal-PKS, kontra dak li ġara għall-politika dwar il-kontroll tas-sajd, u dan x'aktarx ifisser li wieħed irid jistenna l-2013 biex il-produtturi Komunitarji jkollhom qafas ġdid li jgħinhom itejbu l-profitabilità tal-attività tagħhom; jittama li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-COM attwali titressaq mingħajr aktar dewmien;

115.  Jemmen li għandha titwettaq b'urġenza reviżjoni mifruxa tal-COM tal-prodotti tas-sajd sabiex tingħata spinta lill-kontribut tagħha ħalli jiġi ggarantit il-qligħ fis-settur, tiġi żgurata l-istabilità tas-suq, jitjiebu l-prodotti tas-sajd u jiżdied il-valur miżjud iġġenerat;

116.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħolqu mekkaniżmi għall-promozzjoni tal-konċentrazzjoni tal-provvista, b'mod partikolari, it-twaqqif u l-qawmien mill-ġdid tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

117.  Jitlob, barra minn hekk, biex isir studju li jipprovdi analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni ġenerali dwar il-konċentrazzjoni tad-domanda fis-suq tal-prodotti tas-sajd, sabiex issir tfittxija għall-eżistenza ta“ strateġiji tas-suq li jistgħu jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni u jbaxxu l-prezzijiet għall-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet;

118.  Iqis li jinħtieġ li jinħolqu mekkaniżmi għall-intervent fis-suq, b'mod partikolari fis-sajd fejn jintuża l-mudell ta“ ġestjoni msejjes fuq il-prinċipju ta” drittijiet tas-sajd trasferibbli, sabiex tkun evitata l-konċentrazzjoni żejda ta“ drittijiet tas-sajd fost għadd żgħir ta” operaturi (klawsoli ta“ salvagwardja) billi, jekk jinqala” każ simili f'xi Stat Membru, dan jista“ jipperikola l-vijabilità tal-flotta mhux industrijali tiegħu, u jekk dan iseħħ f'bosta Stati Membri, jista” jipperikola s-sostenibilità tas-settur f'xi wħud minn dawn l-Istati;

119.  Jitlob, fl-istess waqt, li fil-pjanijiet futuri tagħha tal-irkupru u l-ġestjoni, il-Kummissjoni tanalizza l-impatt u r-riperkussjonijiet possibbli tat-tnaqqis tal-qbid fis-suq Ewropew u l-importazzjoni li tirriżulta ta“ sostituti minn pajjiżi terzi biex tagħmel tajjeb għall-iskarsezzi fis-suq;

120.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politika komuni tal-kummerċ tkun konsistenti mal-objettivi tal-PKS, sabiex jiġi żgurat li l-konċessjonijiet il-ġodda tal-UE (multilaterali, reġjonali u bilaterali) fir-rigward tal-protezzjoni tariffarja u non-tariffarja esterna, għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura ma jikkanċellawx jew jipperikolaw l-isforzi li jkunu saru biex jiġu żgurati swieq għall-produzzjoni Komunitarja bi prezzijiet rimunerattivi biżżejjed;

121.  Jemmen li għandu jsir dak kollu possibbli biex jiġi evitat li l-UE żżid id-dipendenza qawwija li diġà għandha, fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi għall-provvisti tagħha tas-sajd u tal-akkwakultura;

122.  Iqis li l-UE jeħtiġilha tiggarantixxi l-promozzjoni esterna tal-prodotti tas-sajd Komunitarji, bħall-ħut ippriservat fil-laned u l-prodotti tal-akkwakultura, b'mod partikolari bil-promozzjoni taċ-ċertifikazzjoni tagħhom u bil-finanzjament tal-preżentazzjoni tagħhom f'konkorsi u fieri internazzjonali;

Ir-relazzjonijiet esterni

123.  Iqis li l-azzjonijiet esterni tal-PKS għandhom ikunu ggwidati mill-objettivi li jitħarsu l-interessi tas-sajd Komunitarju skont il-politika esterna tal-UE;

124.  Isostni li l-Komunità għandha tistabbilixxi preżenza aktar qawwija fl-RFMOs, fil-FAO, fin-NU, u f'organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn bil-ħsieb li tiġi promossa l-ġestjoni xierqa tas-sajd internazzjonali u jiġi miġġieled is-sajd illegali u li tkun iggarantita l-protezzjoni akbar tal-ekosistemi tal-baħar sabiex tkun salvagwardata s-sostenibilità tal-attivitajiet tas-sajd għall-ġejjieni;

125.  Isostni li għandhom jitfasslu skemi għall-promozzjoni ta“ prodotti tas-sajd ġejjin minn sorsi sostenibbli mil-lat ambjentali u ġusti mil-lat soċjali kemm fl-UE kif ukoll ”il barra minnha;

126.  Jinsisti li, kif stipulat fil-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, l-UE għandha taċċetta l-aċċess għal stokkijiet tal-ħut f'ibħra ta“ pajjiżi terzi biss meta jkun intwera b'mod xjentifiku li jkun hemm kwantità żejda li ma tkunx tista” tinqabad mis-sajjieda ta“ dak il-pajjiż terz u li dik il-kwantità żejda tista” tinqabad b'mod sostenibbli, b'konformità għall-inqas mal-istess standards li japplikaw għall-UE (fl-għażla tat-tagħmir, eċċ.);

127.  Isostni li ftehimiet tas-sajd ġodda ma“ pajjiżi terzi għandha tingħatalhom valutazzjoni globali, bl-użu ta” kriterji, kif stipulat mill-Parlament Ewropew; iqis li l-iskop ta“ dawn il-kriterji għandu jkun li jinħoloq bilanċ bejn l-interessi ekonomiċi u l-promozzjoni tas-sajd sostenibbli, it-tisħiħ tal-kapaċità tas-sħab tagħna li jiggarantixxu s-sajd sostenibbli fl-ibħra tagħhom u b'hekk jagħtu kontribut biex itejbu l-governanza fis-settur tas-sajd barra l-UE, filwaqt li jitjiebu l-impjiegi lokali fis-settur u tinżamm il-kredibilità tal-Unjoni Ewropea bħala difensur globali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, b'koerenza mal-politika esterna tal-UE;

128.  Jitlob, barra minn hekk, biex, fir-rigward tal-arranġamenti għal kumpens finanzjarju fil-ftehimiet ta“ sħubija dwar is-sajd, ikun hemm distinzjoni ċara bejn il-parti li tolqot il-komponent kummerċjali u dik li tolqot il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tas-sajd ma” pajjiżi terzi, fl-interess ta“ aktar trasparenza baġitarja;

129.  Iqis li l-ftehimiet ta“ sħubija għandhom ikattru l-ħolqien tal-impjiegi f'pajjiżi terzi, inaqqsu l-livelli tal-faqar, jiżviluppaw strutturi ta” appoġġ għas-settur (portijiet tas-sajd, ħażna tal-ħut u strutturi għall-ipproċessar, eċċ.) u għalhekk inaqqsu l-għadd ta“ immigranti fl-UE;

130.  Hu tal-fehma li l-kumpens finanzjarju mogħti bis-saħħa ta“ ftehimiet dwar is-sajd ma” pajjiżi terzi għandu jintuża għall-promozzjoni u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd f'dawn il-pajjiżi, jew permezz tal-mira obbligatorja tal-finanzjament għall-bini tal-infrastruttura (portijiet tas-sajd, ħażna, faċilitajiet għall-ipproċessar tal-ħut, eċċ.) jew permezz tal-għoti ta“ riżorsi operattivi (bastimenti, tagħmir, eċċ.) sabiex l-attività tas-sajd tkun tista” ssir b'mod responsabbli u sostenibbli;

131.  Hu konvint li l-ftehimiet ta“ sħubija dwar is-sajd għandhom ikunu nnegozjati fuq bażi xjentifika soda, u jqis li avvanzi neċessarji oħrajn jirrikjedu l-inklużjoni tal-miżuri tekniċi kollha fil-proċess ta” negozjar u titjib sostanzjali fil-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-ftehim;

132.  Jappella biex is-settur milqut jiġi kkonsultat fil-proċess tan-negozjati u li l-RAC ta“ Distanzi Twal jieħu sehem bħala osservatur fil-kumitati konġunti previsti fil-ftehimiet;

133.  Iqis li s-sitwazzjoni li kulma tmur qiegħda ssir aktar ikkomplikata, il-ħtieġa għal segwiti aktar effikaċi għall-ftehimiet u l-għadd ta“ kompiti li dejjem qiegħed jikber għal parteċipazzjoni xierqa fl-RFOs jitolbu żieda fir-riżorsi umani u materjali tad-DĠ MARE, u li għandha tiġi studjata l-possibilità tad-deċentralizzazzjoni tal-maniġment eżekuttiv lejn l-Istati Membri;

Politika Marittima Integrata

134.  Iqis li l-PKS teħtieġ strateġija globali għall-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut u għandha tkun ikkoordinata mal-politiki ambjentali u tal-iżvilupp u mal-IMP;

135.  Iqis li kienet deċiżjoni tajba li l-Kummissjoni Ewropea għażlet li l-IMP tkun waħda mill-prijoritajiet tagħha, u jenfasizza li l-istrateġija l-ġdida dwar l-ekosistemi tistabbilixxi rabta prijoritarja diretta bejn il-PKS u l-IMP;

136.  Hu tal-fehma li l-attività tas-sajd għandha tiġi integrata u strutturata b'mod xieraq fi ħdan kuntest aktar wiesa“ ta” attivitajiet marittimi, bħat-trasport marittimu, it-turiżmu tal-baħar, l-impjanti tal-enerġija tar-riħ “il barra mill-kosta u l-akkwakultura, u li għandha tkun inkluża fi gruppi ta” attivitajiet marittimi;

137.  Jirrimarka li s-sajd huwa waħda mill-attivitajiet ekonomiċi li għandhom l-akbar impatt fuq l-ekosistemi billi jikseb riżorsi sinifikanti minnhom, u li huwa l-aktar wieħed li jintlaqat mill-azzjonijiet ta“ attivitajiet oħrajn f'dawn l-ekosistemi, bħat-turiżmu, it-trasport marittimu u l-iżvilupp urban mal-kosta;

138.  Hu konvint li l-integrazzjoni reali tal-PKS fl-IMP teħtieġ rieda politika u li l-entitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tas-sajd iridu jidħlu għall-impenji meħtieġa; jenfasizza li, waqt li tqis l-objettivi tagħha stess filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa għal rabta xierqa bejn il-politiki differenti li jħallu impatt fuq l-ambjent marittimu, il-PKS ma għandhiex tkun subordinata għal politiki Komunitarji oħrajn li llum huma ddefiniti; iqis, għall-kuntrarju, li dawn il-politiki għandhom jissalvagwardaw u jinkorporaw l-objettivi tal-politika dwar is-sajd;

139.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu assenjati r-riżorsi finanzjarji xierqa għall-IMP u jtenni l-prinċipju li prijoritajiet ġodda għandu jkollhom finanzjament ġdid; jiċħad l-idea li l-IMP għandu jkun iffinanzjat mill-EFF;

140.  Isostni li l-ippjanar xieraq tal-ispazji marittimi tal-Ewropa jeħtieġ li jiġi implimentat b'mod sistematiku, bil-għan li jkunu stabbiliti żoni bijoġeografiċi għall-ħarsien tal-aktar ekosistemi sensittivi tal-baħar; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li s-sajd fuq skala żgħira, l-akkwakultura tal-baħar u t-trobbija tal-frott tal-baħar isiru l-aktar fl-aktar ekosistemi vulnerabbli qrib il-kosta, li jfisser li l-interazzjoni tkun aktar diretta u immedjata;

141.  Jinnota li fil-Green Paper il-Kummissjoni tirrikonoxxi li ġeneralment ir-reġim tat-12-il mil nawtiku ħadem sewwa, u li għalhekk wieħed mill-ftit oqsma fejn il-PKS kienet relattivament ta“ suċċess kien dak fejn l-Istati Membri kellhom il-kontroll; għalhekk, jitlob li dan il-prinċipju jkun ta” natura permanenti;

o
o   o

142.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwalkultura, lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, lill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku, lill-Kumitat ta“ Djalogu Soċjali Settorjali għas-Sajd fil-Baħar u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p.59.
(2) ĠU C 271 E, 7.11.2002, p. 67.
(3) ĠU L 164 , 25.6.2008, p. 19.
(4) Testi adottati, P6_TA(2009)0009.
(5) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 1.
(6) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 228.
(7) ĠU C 68 E, 21.3.2009, p. 26.
(8) Testi adottati, P6_TA(2009)0317.
(9) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 155.
(10) Testi adottati, P6_TA(2009)0065.
(11) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 324.
(12) ĠU C 300 E, 9.12.2006, p. 504.
(13) ĠU C 286 E, 23.11.2006, p. 519.
(14) ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 417.
(15) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(16) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.
(17) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(18) ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 258.
(19) ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 502.
(20) Testi adottati, P6_TA(2008)0245
(21) ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 87.
(22) Testi adottati, P6_TA(2009)0255.
(23) ĠU C 305 E, 18.12.2008, p. 271.
(24) ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 233.
(25) Testi adottati, P6_TA(2009)0373.
(26) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 531.
(27) Testi adottati, P6_TA(2008)0382.
(28) Testi adottati, P6_TA(2009)0042.
(29) Testi adottati, P7_TA(2009)0089.
(30) Testi adottati, P6_TA(2008)0583.

Avviż legali - Politika tal-privatezza