Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta“ Marzu 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta” Schengen u r-Regolament (KE) Nru 562/2006 fir-rigward tal-moviment tal-persuni li jkollhom viża għal żjara fit-tul (COM(2009)0091 – C6-0076/2009 – 2009/0028(COD))
(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0091),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 62(2)(a) u (3) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0076/2009),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0090),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 u l-Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, punt (3)(a) tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill fir-rigward ta“ dik il-proposta (C6-0107/2009),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta” Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta“ teħid ta” deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa“ (COM(2009)0665),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3), l-Artikolu 77(2)(b) u (c) u l-Artikolu 79(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-24 ta“ Frar 2010 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 u 37 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0015/2010),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif imniżżel hawn taħt;
2. Iqis li l-proċedura numru 2009/0025 (COD) skadiet bħala riżultat tal-inkorporazzjoni fil-proċedura numru 2009/0028 (COD) tal-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni (COM(2009)0090) u tal-abbozzi ta“ rapporti relatati magħha;
3. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill annessa ma“ din ir-riżoluzzjoni,
4. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa“ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Posizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta“ Marzu 2010 bil-ħsieb ta” l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta“ Schengen u r-Regolament (KE) Nru 562/2006 fir-rigward tal-moviment tal-persuni li jkollhom viża għal soġġorn fit-tul
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma“ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 265/2010.)
ANNESS
DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jirrikonoxxu l-importanza tal-eżistenza ta“ ġabra komprensiva u koerenti ta” regoli, fil-livell tal-Unjoni Ewropea, li jipprevedu livell għoli ta“ protezzjoni ta” data personali fil-qafas tas-Sistema ta“ Informazzjoni ta” Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II).
F'każ ta“ aktar dewmien importanti fl-implimentazzjoni ta” SIS II, li jaqbeż l-2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-proposti leġiżlattivi meħtieġa li jemendaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta“ Schengen bil-għan li jiġi garantit livell ta” protezzjoni tad-data personali mdaħħla fis-Sistema ta“ Informazzjoni ta” Schengen ekwivalenti għall-istandards stabbiliti għas-SIS II.