Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2557(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B7-0136/2010

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 10/03/2010 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0054

Testi adottati
DOC 48k
L-Erbgħa, 10 ta' Marzu 2010 - Strasburgu Verżjoni finali
L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta“ Goldstone dwar l-Iżrael/il-Palestina
P7_TA(2010)0054B7-0136, 0138, 0145 u 0146/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta“ Marzu 2010 dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet Goldstone dwar l-Iżrael/il-Palestina

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta“ Ġinevra,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Lvant Nofsani,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani adottati fit-8 ta“ Diċembru 2009,

–   wara li kkunsidra l-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tiftix tal-Fatti dwar il-Kunflitt ta“ Gaża,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 64/10 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU,

–   wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-5 ta“ Frar 2010 lill-Assemblea Ġenerali tan-NU,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-26 ta“ Frar 2010,

–   wara li kkunsidra l-fatt li l-Ħamas hija inkluża fil-lista tal-UE ta“ organizzazzjonijiet terroristiċi,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi l-kunflitt armat f'Gaża li beda fis-27 ta“ Diċembru 2008 u spiċċa fit-18 ta” Jannar 2009 ħalla aktar minn1 400 Palestinjan u 13-il Iżraeljan mejta, u wassal għall-qerda konsiderevoli tal-infrastruttura ċivili,

B.   billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU, fir-Riżoluzzjoni 64/10 tagħha tal-5 ta“ Novembru 2009, talbet li jsiru investigazzjonijiet miż-żewġ naħat li jkunu indipendenti, kredibbli u konformi mal-istandards internazzjonali,

C.   billi fit-3 ta“ Diċembru 2009 s-Segratarju Ġenerali tan-NU ġibed l-attenzjoni tal-partijiet kollha għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Riżoluzzjoni 64/10 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, u talab li tingħata informazzjoni bil-miktub fi żmien tliet xhur rigward kwalunkwe passi li ħadu jew li kienu qegħdin jieħdu,

D.   billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU, fid-dikjarazzjoni tiegħu tal-4 ta“ Frar 2010, stieden lill-partijiet kollha biex iwettqu investigazzjonijiet domestiċi kredibbli dwar il-kunflitt ta” Gaża,

E.   billi fir-riżoluzzjoni tagħha tas-26 ta“ Frar 2010 l-Assemblea Ġenerali tan-NU tenniet l-istedina tagħha kemm lill-Iżrael kif ukoll lin-naħa Palestinjana biex jagħmlu investigazzjonijiet kredibbli, u talbet aktar rapporti fi żmien ħames xhur,

F.   billi l-azzjoni tal-Unjoni dwar ix-xena internazzjonali jeħtiġilha tkun iggwidata minn rispett strett għall-prinċipji u l-objettivi tal-Karta tan-NU u għal-liġi internazzjonali; ifakkar li l-liġi internazzjonali timponi obbligi fuq l-Istati li għandhom jirrispettaw, jipproteġu u jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali umanitarja,

G.   billi l-Gvern tal-Iżrael jirrapporta li qiegħed jinvestiga 150 każ separat li ġraw matul l-operazzjoni f'Gaża,

H.   billi l-awtoritajiet Palestinjani stabbilixxew kummissjoni ta“ investigazzjoni indipendenti fil-25 ta” Jannar 2010,

I.   billi l-kriżi umanitarja fil-Medda ta“ Gaża kompliet marret għall-agħar bħala konsegwenza tal-imblokk, li jmur kontra l-liġi internazzjonali umanitarja,

1.  Jerġa“ jisħaq fuq l-importanza li tintlaħaq paċi ġusta u dejjiema fil-Lvant Nofsani, u b'mod partikulari bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani; jenfasizza li r-rispett għal-liġi internazzjonali umanitarja u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem mill-partijiet kollha u fi kwalunkwe ċirkustanza, kif ukoll il-bini tal-fiduċja bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, huma partijiet essenzjali minn proċess ta” paċi li jwassal għal żewġ stati li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà;

2.  Jerġa“ jtenni s-sejħa tiegħu biex il-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta” Sigurtà u l-Istati Membri jaħdmu biex tintlaħaq pożizzjoni komuni qawwija tal-UE dwar is-segwitu għar-rapport tal-missjoni għat-tiftix tal-fatti – immexxija mill-Imħallef Goldstone – dwar il-kunflitt f'Gaża u fin-Nofsinhar tal-Iżrael, u pubblikament jesiġi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħha u r-responsabbiltà għal kull ksur tal-liġi internazzjonali, inklużi d-delitti tal-gwerra allegati;

3.  Iħeġġeġ liż-żewġ naħat biex iwettqu investigazzjonijiet fi żmien 5 xhur li jissodisfaw standards internazzjonali ta“ indipendenza, imparzjalità, trasparenza, prontezza u effikaċja, skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottati fil-5 ta” Novembru 2009 u fis-26 ta“ Frar 2010; jisħaq li r-rispett għal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi internazzjonali umanitarja, mill-partijiet kollha u fiċ-ċirkostanzi kollha, huwa prekondizzjoni essenzjali sabiex jintlaħaq paċi ġust u dejjiemi fil-Lvant Nofsani;

4.  Itenni t-talba tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentat Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà u lill-Istati Membri biex jissorveljaw attivament l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-Rapport Goldstone permezz ta” konsultazzjoni ma“ missjonijiet esterni tal-UE u ma” NGOs fil-post; jitlob li dawn ir-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet relatati jiddaħħlu fid-djalogi tal-UE maż-żewġ naħat, kif ukoll f'fora multilaterali;

5.  Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà biex tivvaluta s-sejbiet tal-investigazzjonijiet mill-partijiet kollha, u biex tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew dwar dawn il-valutazzjonijiet;

6.  Jilqa“ b'sodisfazzjon l-isforzi li saru mill-Assemblea Ġenerali tan-NU sabiex tkun żgurata r-responsabbiltà għall-vjolazzjonijiet kollha tal-liġi internazzjonali umanitarja u tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem matul il-kunflitt f'Gaża, u jħeġġiġha tissokta b'dawn l-isforzi;

7.  Jenfasizza li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa valur fundamentali sew fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll fir-relazzjonijiet tagħha ma“ pajjiżi u partijiet terzi; jenfasizza wkoll li r-responsabbiltà u l-kredibbiltà tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha jirrikjedu monitoraġġ bis-sħiħ ta” dawn l-investigazzjonijiet;

8.  Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex iqisu l-eżiti tal-investigazzjonijiet ta“ segwitu u tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Goldstone fir-rigward tal-partijiet kollha msemmija f'dak ir-rapport;

9.  Jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet uffiċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-investigazzjonijiet ta“ segwitu u fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Goldstone mill-partijiet kollha; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-presssjoni fuq NGOs involuti fit-tħejjija tar-Rapport Goldstone u fl-investigazzjonijiet ta” segwitu, u jistieden lill-awtoritajiet ta“ kull naħa biex joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura restrittiva rigward l-attivitajiet ta” dawn l-organizzazzjonijiet;

10.  Jagħraf l-issuktar tal-qagħda mwegħra tal-poplu ta“ Gaża minħabba l-imblokk u jilqa” s-sejħa tal-Kunsill tat-8 ta“ Diċembru 2009 għal ftuħ immedjat, sostnut u mhux kundizzjonali tal-punti ta” qsim;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kwartett, lill-Mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja, lill-Gvern u l-Parlament tal-Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Novembru 2010Avviż legali