Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2592(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B7-0169/2010

Dibattiti :

PV 10/03/2010 - 12
CRE 10/03/2010 - 12

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2010 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0063

Testi adottati
WORD 43k
Il-Ħamis, 11 ta' Marzu 2010 - Strasburgu Verżjoni finali
Kuba
P7_TA(2010)0063B7-0169, 0170, 0174, 0175, 0176 u 0178/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta“ Marzu 2010 dwar il-priġunieri ta” kuxjenza f'Kuba

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni f'Kuba, b'mod partikolari dawk tal-17 ta“ Novembru 2004, tat-2 ta” Frar 2006 u tat-21 ta“ Ġunju 2007,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Rapporti Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja għall-2004, l-2005, l-2006, l-2007 u l-2008 u l-politika tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta“ Diċembru 2006 dwar is-segwitu tal-Premju Sakharov(1) ,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-Kunsill tal-14 ta“ Diċembru 2005 dwar id-Damas de Blanco u d-dikjarazzjonijiet preċedenti tiegħu tas-26 ta” Marzu 2003 u tal-5 ta“ Ġunju 2003 dwar is-sitwazzjoni f'Kuba,

–   wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 96/697/PESK, adottata fit-2 ta“ Diċembru 1996 u aġġornata perjodikament minn dak iż-żmien s'issa,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tat-18 ta“ Ġunju 2007, ta” Ġunju 2008 u tal-15 ta“ Ġunju 2009 dwar Kuba,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet maħruġa mill-kelliem għar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà, il-Barunessa Catherine Ashton, u mill-President tal-Parlament, Jerzy Buzek, dwar il-mewt f'Kuba tal-priġunier politiku u priġunier ta” kuxjenza Orlando Zapata Tamayo,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi d-difiża tal-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, tibqa“ wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea,

B.   billi għadd kbir ta“ ġurnalisti indipendenti, dissidenti paċifiċi u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-biċċa l-kbira membri tal-oppożizzjoni demokratika, għadhom qed jinżammu l-ħabs f'Kuba talli eżerċitaw id-drittijiet bażiċi tagħhom tal-espressjoni u tal-assemblea kif ukoll id-dritt li jiltaqgħu,

C.   billi l-Parlament ta l-Premju Sakharov 2005 għal-Libertà tal-Ħsieb lid-Damas de Blanco; billi r-rifjut tal-awtoritajiet Kubani li jippermettu lid-Damas de Blanco li jivvjaġġaw lejn is-sede tal-Parlament biex jirċievu l-premju jikser wieħed mid-drittijiet bażiċi tal-bniedem, jiġifieri d-dritt li wieħed jitlaq minn pajjiżu u jirritorna liberament, kif miktub fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

D.   billi l-istituzzjonijiet komunitarji għamlu sforz għall-ħelsien u t-trattament umanitarju tal-priġunieri politiċi u l-priġunieri ta“ kuxjenza f'Kuba,

E.   billi l-mewt ta“ Orlando Zapata Tamayo – l-ewwel darba fi kważi 40 sena li attivist Kuban miet minħabba strajk tal-ġuħ bħala protesta kontra l-abbużi tal-Gvern – titqies bħala pass kbir lura għad-drittijiet tal-bniedem f'Kuba u wasslet għal mewġa ta” protesti f'livell internazzjonali kif ukoll biex aktar priġunieri dissidenti u politiċi Kubani jibdew strajk tal-ġuħ,

1.  Jikkundanna bil-qawwa l-mewt evitabbli u krudili tal-priġunier dissidenti politiku Orlando Zapata Tamayo wara strajk tal-ġuħ li dam 85 jum, u jesprimi s-solidarjetà u l-kondoljanzi tiegħu lill-familja tiegħu;

2.  Jikkundanna d-detenzjoni preventiva ta“ attivisti u t-tentattiv tal-gvern li ma jħallix lill-familja ta” Orlando Zapata Tamayo tagħmillu funeral u tagħtih l-aħħar tislima;

3.  Jiddeplora n-nuqqas ta“ xi sinjal sinifikanti ta” reazzjoni mill-awtoritajiet Kubani għat-talbiet mill-UE u mill-komunità internazzjonali sabiex il-priġunieri politiċi kollha jinħelsu u biex il-libertajiet fundamentali, speċjalment il-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni politika, jitħarsu għalkollox;

4.  Jistieden lill-Gvern Kuban biex jeħles minnufih u bla kundizzjonijiet lill-priġunieri politiċi u lill-priġunieri tal-kuxjenza kollha;

5.  Ileħħen it-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-priġunieri politiċi u d-dissidenti li bdew strajk tal-ġuħ wara l-mewt ta“ Zapata; jilqa” l-fatt li ħafna minnhom issa reġgħu bdew jieklu, iżda jiġbed l-attenzjoni fuq l-istat allarmanti tal-ġurnalist u psikologu Guillermo Fariñas, li għadu għaddej bi strajk tal-ġuħ li jista“ jkollu konsegwenzi fatali;

6.  Jiddeplora l-fatt li ma ntlaqgħux it-talbiet ripetuti tal-Parlament u tal-Kunsill għall-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi u l-priġunieri ta“ kuxjenza kollha, u jinsisti li l-priġunerija tad-dissidenti f'Kuba minħabba l-ideali u l-attività politika paċifika tagħhom tmur kontra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem;

7.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iżidu l-azzjoni tagħhom biex jesiġu l-ħelsien tal-priġunieri politiċi u jippromwovu u jipprovdu garanziji għax-xogħol tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bħalma ġie miftiehem mill-Kunsill tal-Affarijiet Barranin fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta“ Diċembru 2009;

8.  Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħtu l-appoġġ bla kundizzjonijiet u l-inkoraġġiment sħiħ għat-tnedija ta“ proċess paċifiku ta” tranżizzjoni politika lejn demokrazija b'diversi partiti f'Kuba;

9.  Ileħħen is-solidarjetà qawwija tiegħu mal-poplu Kuban kollu u l-appoġġ tiegħu għalihom fil-progress taħghom lejn id-demokrazija u r-rispett u l-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali;

10.  Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà u lill-Kummissarju responsabbli għall-kooperazzjoni biex b'mod immedjat jibdew djalogu strutturat mas-soċjetà ċivili Kubana u ma” dawk li jappoġġjaw tranżizzjoni paċifika f'Kuba, skont il-konklużjonijiet adottata suċċessivament mill-Kunsill tal-UE, bl-użu tal-mekkaniżmi ta“ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Komunità, b'mod partikolari l-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem;

11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Presidenza b'rotazzjoni tal-UE, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta“ Sigurtà, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latina-Amerikana u lill-Gvern u l-Assemblea Nazzjonali tas-Setgħa tal-Poplu ta” Kuba.

(1) Testi adottati, P6_TA(2006)0601.

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Novembru 2010Avviż legali