Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta“ Marzu 2010 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew (C7-0044/2010 – 2010/0813(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 2010(1)
,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0044/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0059/2010),
A. billi b'ittra tal-24 ta“ Frar 2010 l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta” Vítor Constâncio bħala Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta“ tmien snin,
B. billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament imbagħad ivvaluta l-kredenzjali tal-persuna nnominata, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tal-ħtieġa tal-indipendenza sħiħa tal-BĊE skont l-Artikolu 130, u billi fit-twettiq ta“ din il-valutazzjoni, il-kumitat irċieva CV mingħand il-kandidat kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju bil-miktub li ntbagħat lilu,
C. billi l-kumitat imbagħad kellu smigħ ta“ sagħtejn mal-persuna nnominata fit-23 ta” Marzu 2010, li fiha Vítor Constâncio għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-kumitat,
1. Jagħti opinjoni favorevoli lill-Kunsill Ewropew dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta“ Vítor Constâncio bħala Viċi President tal-Bank Ċentrali Ewropew;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill.