Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta“ Marzu 2010 dwar in-nomina ta” Rasa Budbergyté bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0018/2010 – 2010/0806(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0018/2010),
– wara li kkunsidra l-fatt li fil-laqgħa tiegħu ta“ 15 ta” Marzu 2010, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema“ lill-persuna nnomitata mill-Kunsill biex issir membru tal-Qorti tal-Awdituri ,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0039/2010),
A. billi Rasa Budbergyté tissodisfa/ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Article 286(1) tat-Trattat FUE,
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta għall-ħatra ta“ Rasa Budbergyté bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri,
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta“ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta” verifika tal-Istati Membri.