Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta“ Marzu 2010 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2008 (2009/2090(INI))
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-2008,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 15 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat,
– wara li kkunsidra t-Trattat ta“ Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta“ April 1998 dwar ir-responsabilità demokratika tat-tielet fażi tal-EMU(1)
,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta“ Ottubru 2009 dwar id-”Dikjarazzjoni Annwali dwar iż-Żona tal-Euro 2009“ (COM(2009)0527) u d-dokument ta” ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-komunikazzjoni (SEC(2009)1313/2),
– wara li kkunsidra l-previżjoni ekonomika interim ta“ Settembru 2009 tal-Kummissjoni,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta“ Settembru 2009 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza makroprudenzjali Komunitarja tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0499),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta“ Settembru 2009 għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Bank Ċentrali Ewropew b'ħidmiet speċifiċi rigward l-operat tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (COM(2009)0500),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0010/2010),
A. billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika rat l-agħar deklin ekonomiku globali mit-tletinijiet “l hawn, li r-riperkussjonijiet tagħha se jkomplu jħallu effett qawwi fuq l-istruttura ekonomika u soċjali għas-snin li ġejjin,
B. billi fl-2008 l-PGD reali taż-żona tal-euro kiber biss b“0.7% minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika, u l-PGD mistenni li jkun naqas sostanzjalment fl-2009,
C. billi fl-2008 r-rata medja ta“ inflazzjoni annwali kienet ta” 3.3%, b'massimu ta“ 4.0% fis-sajf tal-2008, l-ogħla rata rreġistrata mid-dħul tal-euro, u billi l-inflazzjoni sussegwentement niżlet għal rati negattivi fis-sajf tal-2009,
D. billi l-iżbilanċ medju ta“ gvern ġenerali fiż-żona tal-euro żdied minn 0.6% tal-PGD fl-2007 għal 1.9% fl-2008, u, sa nofs Ottubru 2009, għoxrin Stat Membru kienu suġġetti għal proċedura ta” żbilanċ eċċessiv,
E. billi l-proporzjon medju tad-dejn tal-gvern fiż-żona tal-euro żdied minn 66.2% tal-PGD fi tmiem l-2007 għal 69.6% fi tmiem l-2008, u billi dak il-proporzjon huwa mistenni li jiżdied aktar fis-snin li ġejjin,
F. billi fl-2008 r-rata tal-kambju tal-euro ġarrbet flutwazzjonijiet kbar meta mqabbla mad-dollaru Amerikan, b'massimu ta“ USD 1.60 f'Lulju u livell ta” USD 1.25 f'Ottubru, iżda sussegwentement issaħħet għal USD 1.50 f'Ottubru 2009,
G. billi l-BĊE żamm ir-rati tal-imgħax bla mittiefsa fl-ewwel nofs tal-2008, qabel żiedhom f'Lulju 2008 b“25 punt bażi għal 4.25%, u naqqashom gradwalment dejjem iżjed matul l-aħħar kwart tal-2008 għal 2.5%, u mbagħad għal 1% fl-2009,
H. billi, bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja, il-BĊE żied b'mod sinifikanti l-provvista ta“ likwidità lill-banek fiż-żona tal-euro u ħa għadd ta” miżuri straordinarji biex itejjeb l-operat dgħajjef tas-swieq tal-flus, billi faċilitajiet simili li jsaħħu l-likwidità ġew provduti biss lil xi Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro,
Introduzzjoni
1. Jilqa“ lis-Slovakkja fiż-żona tal-euro u jieħu nota tad-dħul b'suċċess tagħha;
2. Jinnota li l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea hija prekundizzjoni għas-sħubija fiż-żona tal-euro;
3. Jilqa“ l-fatt li t-Trattat ta” Lisbona jagħti lill-BĊE l-istatus ta“ istituzzjoni tal-UE; jemmen li dan se jżid ir-responsabilità tal-Parlament, bħala l-istituzzjoni ewlenija li permezz tagħha l-BĊE jinżamm responsabbli għaċ-ċittadini Ewropej;
Ir-reazzjoni tal-BĊE għall-kriżi finanzjarja
4. Jinnota li l-2008 kienet sena li fiha, b'reazzjoni għall-kriżi ekonomika u finanzjarja diżastruża u r-riperkussjonijiet estensivi tagħha, il-BĊE kellu jieħu wħud mill-aktar deċiżjonijiet iebsa li kellu quddiemu sa mill-ħolqien tiegħu;
5. Jinnota li l-projezzjonijiet ekonomiċi tal-BĊE, bħal dawk tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u ta“ istituzzjonijiet internazzjonali oħra, ma rnexxilhomx ibassru l-gravità tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-2008;
6. Jinnota li l-BĊE kompla jieħu azzjoni fil-konfront tal-kriżi finanzjarja billi għen l-Istati Membri jżommu u jestendu l-għoti ta“ likwidità tagħhom għall-istituzzjonijiet ta” kreditu; jirrakkomanda li l-BĊE jestendi din il-likwidità lil hinn miż-żona tal-euro biex jgħin lil dawk l-Istati Membri li ntlaqtu bl-agħar mod mill-kriżi finanzjarja;
7. Jesprimi d-diżappunt tiegħu li xi banek kummerċjali ma għaddewx il-qtugħ tal-imgħax lill-konsumaturi tagħhom, u li dan kien partikolarment prevalenti meta r-rati tal-imgħax tal-BĊE laħqu l-iktar livelli baxxi tagħhom;
8. Jilqa“ l-fatt li l-BĊE wessa” l-istrateġija abitwali tiegħu għall-politika monetarja u ħa għadd ta“ miżuri speċjali, bħal pereżempju l-indirizzar tal-provvista ta” likwidità fejn fil-fatt hemm id-domanda għaliha u d-disponibilità tal-likwidità għal perjodi itwal;
9. Jinnota li l-qtugħ tar-rati tal-imgħax tal-BĊE kienu anqas radikali minn dawk meħuda minn banek ċentrali oħra, inklużi l-Federal Reserve tal-Istati Uniti u l-Bank of England fir-Renju Unit, u meta mqabbla ma“ dak li bosta osservaturi ekonomiċi kienu qed jistennew f'dak il-mument;
10. Jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-likwidità addizzjonali injettata mill-BĊE ma taffietx biżżejjed is-sitwazzjoni tan-nuqqas ta“ kreditu li l-industrija kellha quddiemha, partikolarment fejn jidħlu negożji żgħar u ta” daqs medju, u minflok intużat minn xi banek biex itejbu l-marġini tagħhom u jkopru t-telf;
11. Jiddispjaċih li l-Istati Membri ma mxewx fuq il-parir tal-BĊE dwar il-bżonn li l-programmi ta“ appoġġ tal-banek jiġu suġġetti għal kundizzjonijiet stabbiliti b'mod konġunt fil-livell Ewropew fir-rigward tal-ħlas ta” dividends u bonusijiet, l-appoġġ għall-attività ekonomika, speċjalment tal-SMEs, u tranżazzjonijiet li jsiru fi-rifuġji tat-taxxa;
12. Jaqbel mal-BĊE li l-kumplessità dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji flimkien ma“ ċertu nuqqas ta” trasparenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, nuqqas ta“ sorveljanza min-naħa tar-regolaturi u lakuni fir-regolamenti tas-swieq finanzjarji, ikkontribwew għal riskju sistemiku akbar; isostni wkoll li dan ikkontribwixxa biex in-nuqqas ta” kunfidenza tal-pubbliku fl-istituzzjonijiet finanzjarji kiber dejjem aktar;
13. Jitlob il-fehmiet tal-BĊE dwar it-twaqqif ta“ clearing house għal strumenti bħalma huma credit default swaps (CDS) fiż-żona tal-euro;
14. Jiġbed l-attenzjoni tal-BĊE għar-riskji li jerġgħu jiġu stimolati bżieżaq spekulattivi ġodda partikolarment fis-suq tal-prodotti bażiċi; iħeġġu biex iwissi lill-gvernijiet mingħajr dewmien;
15. Jaqbel mal-BĊE dwar il-bżonn li jittieħdu tagħlimiet mill-kriżi, b'mod partikolari li jeħtieġ li jittejbu l-ġestjoni tar-riskju u l-likwidità fis-sistema finanzjarja kif ukoll it-trasparenza tas-swieq u l-istituzzjonijiet finanzjarji, jekk irridu nevitaw li terġa“ sseħħ kriżi simili; ifakkar li l-iżbilanċi globali marbuta mal-fluttwazzjonijiet tar-rata tal-kambju bejn l-euro u l-muniti ta” pajjiżi terzi bħad-dollaru Amerikan u r-renminbi-yuan, iridu jiġu indirizzati wkoll biex nevitaw kriżijiet finanzjarji fil-ġejjieni;
16. Jilqa“ l-passi li ħa l-BĊE biex jipproponi ”strateġija ta“ ħruġ” dettaljata mill-illaxkar tal-kontrolli monetarji tiegħu, li għandhom jiġu implimentati kif u meta meħtieġ; jinsisti li l-għażla tal-mument f'waqtu u l-koordinazzjoni politika bejn l-Istati Membri huma essenzjali f'dan ir-rigward; f'dan il-kuntest, jilqa“ l-fatt li l-maġġoranza ta” dawn il-miżuri awtomatikament mhumiex se japplikaw jekk il-qagħda ekonomika titjieb b'mod kostanti;
17. Jirrakkomanda li kull mossa biex jiżdiedu r-rati tal-imgħax għandha ssir bl-akbar attenzjoni sabiex ma tipperikolax it-tkabbir ekonomiku futur;
18. Iqis li l-Istati Membri għandhom iżommu l-miżuri attwali ta“ stimolu fiskali tagħhom sabiex iħarsu l-impjiegi, iħeġġu l-investiment u jistimolaw it-tkabbir kif ukoll jirrevokaw dawn il-miżuri ladarba jkun hemm ritorn sostenibbli għat-tkabbir; f'liema waqt l-Istati Membri għandhom jindirizzaw l-iżbilanċ pubbliku eċċessiv;
Stabilità ekonomika u monetarja
19. Jaqbel mat-tħassib tal-BĊE dwar id-diverġenzi bejn ekonomiji fiż-żona tal-euro u l-mod li bih il-kriżi laqtet pajjiżi differenti, b'mod partikulari dawk b'ineffiċjenzi strutturali li kienu hemm minn qabel, spejjeż għolja għal kull unità ta“ xogħol, żbilanċi tal-kont kurrenti u dejn;
20. Jistieden lill-Istati Membri kollha fiż-żona tal-euro biex jieħdu nota li, biex tassew ikun hemm unjoni ekonomika u monetarja, il-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro ma tistax titqies bħala għan aħħari fiha nnifisha, u jenfasizza l-bżonn li jsiru riformi strutturali; iżid li jekk dawn ir-riformi ma jsirux il-kredibilità u s-sostenibilità tal-Patt ta“ Stabilità u Tkabbir tkun ipperikolata;
Governanza u teħid ta“ deċiżjonijiet
21. Jinnota li, matul perjodu kkaratterizzat bi grad għoli ta“ volatilità tar-rati tal-kambju, l-euro żied is-saħħa tiegħu, partikolarment mad-dollaru Amerikan u r-renminbi-yuan, u jesprimi tħassib li dan jista” jkollu effett negattiv fuq il-kompetittività taż-żona tal-euro;
22. Jirrakkomanda li l-BĊE isaħħaħ it-trasparenza tal-ħidma tiegħu sabiex iżid il-leġittimità u l-prevedibilità tiegħu, b'mod partikolari billi jippubblika l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv, skont il-prattiki tas-Sistema tal-Federal Reserve tal-Istati Uniti, tal-Bank of England kif ukoll tal-Bank of Japan; hu tal-fehma li din it-trasparenza hija meħtieġa wkoll fir-rigward tal-mudelli interni użati biex ikun ikkwantifikat il-kollateral mhux likwidu u fir-rigward tal-valutazzjonijiet assenjati għal titoli speċifiċi offruti bħala kollateral;
23. Isostni mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għad-djalogu monetarju li jsir kull erba“ xhur bejn il-Parlament u l-BĊE. iżid li d-djalogu huwa mekkaniżmu importanti għall-iskrutinju tax-xogħol tal-BĊE u biex jikkontribwixxi għar-responsabilità pubblika u t-trasparenza tiegħu;
24. Jenfasizza l-indipendenza tal-BĊE, li għaliha tikkontribwixxi l-proċedura għall-ħatra tal-Bord Eżekuttiv tiegħu; iqis li din tista“ tissaħħaħ bl-istatus legali l-ġdid mogħti lill-BĊE skont it-Trattat ta” Lisbona u l-Istatut eżistenti tal-BĊE biex il-kandidati proposti mill-Kunsill ikunu suġġetti għal vot mill-Parlament Ewropew;
25. Jimpenja ruħu li jistabbilixxi bord ta“ selezzjoni magħmul minn esperti esterni sabiex permezz tagħhom fl-2010 jkunu jistgħu jintgħażlu għadd ta” kandidati għall-kariga ta“ membru tal-Bord Eżekuttiv; jinnota li dawk il-kandidati magħżula għandhom imbagħad jissejħu għal seduta ta” smigħ mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew, li għandu jifformalizza r-rwol konsultattiv tal-Parlament Ewropew fl-evalwazzjoni tal-kandidati; dan għandu jwassal biex il-Parlament Ewropew f'seduta plenarja jadotta riżoluzzjoni li għandha titressaq lill-Kunsill qabel ma dan tal-aħħar jagħti r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-gvernijiet tal-Istati Membri;
26. Iqis li l-kriżi wriet li s-swieq huma suxxettibbli għal riskji sistemiċi; jilqa“ l-proposta li jiġi stabbilit Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ESRB), li se jipprovdi twissija bikrija dwar riskji u żbilanċi futuri fis-swieq finanzjarji; jinnota li l-ESRB għandu jirreaġixxi fil-waqt u b'mod effettiv għal riskju sistemiku fl-istadji bikrija; jinnota li hemm bżonn ta” definizzjoni kwalitattiva ta“ ”riskju sistemiku“ sabiex tippermetti l-operat effettiv tal-ESRB; għalhekk jitlob lill-BĊE biex jistabbilixxi mudelli u definizzjonijiet ċari kif ukoll, b'mod aktar ġenerali, jagħti appoġġ sħiħ lill-operat effettiv tal-ESRB; iżid li kwalunkwe kompitu ġdid mogħti lill-BĊE fir-rigward tal-ESRB ma għandu jikkomprometti bl-ebda mod l-indipendenza tal-BĊE;
27. Jieħu nota tar-rwol li kellu l-Grupp tal-Euro fl-iżvilupp ta“ koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi fiż-żona tal-euro; għaldaqstant, jilqa” l-għoti ta“ personalità legali lill-Grupp tal-Euro min-naħa t-Trattat ta” Lisbona; barra minn hekk jirrakkomanda li l-BĊE jkompli jipparteċipa bis-sħiħ fil-laqgħat informali fost il-membri tal-Grupp tal-Euro;
Id-dimensjoni esterna tal-Euro
28. Jilqa“ l-fatt li l-euro ta l-kontribut tiegħu biex tiżdied il-provvista transkonfinali tas-servizzi finanzjarji fiż-żona tal-euro, u għalhekk ikkontribwixxa biex ikun hemm suq tal-flus integrat ħafna;
29. Jinnota li l-istatus tal-euro bħala munita internazzjonali qed ikompli jiżdied, b“26.5% tar-riżervi ta” munita barranija miżmuma f'euro fi tmiem l-2008;
30. Jemmen li l-istatus internazzjonali dejjem ikbar tal-euro se joffri vantaġġi u responsabilitajiet fix-xena dinjija; jemmen li dan se jkompli jħeġġeġ Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro kif ukoll pajjiżi terzi, biex ifittxu jissieħbu fiż-żona tal-euro;
31. Jemmen li l-Parlament għandu jaħdem mal-BĊE u ma“ istituzzjonijiet oħra tal-UE sabiex ikompli jsaħħaħ ir-rwol taż-żona tal-euro fix-xena monetarja u finanzjarja dinjija;
32. Iqis li, hija u tesprimi l-viżjoni tagħha għall-futur tas-sistema monetarja internazzjonali, l-Unjoni Ewropea għandha tislet ispirazzjoni mill-proċess li għamel l-adozzjoni tal-euro possibbli;
33. Iqis li l-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali u l-Kunsill Governattiv għandhom jirrikonoxxu u jissodisfaw ir-responsabilitajiet soċjali tagħhom lejn il-persunal li jħaddmu u jqisu aktar il-memorandum dwar l-aspetti soċjali imfassal mill-Kumitat Permanenti tal-Unjins tal-Bank Ċentrali Ewropew;
o o o
34. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Grupp tal-Euro u lill-Bank Ċentrali Ewropew.