Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2072(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0097/2010

Testi mressqa :

A7-0097/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0095

Testi adottati
PDF 320kWORD 56k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell
Kwittanza 2008: Il-Qorti tal-Awdituri
P7_TA(2010)0095A7-0097/2010
Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (C7-0176/2009 – 2009/2072(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7-0176/2009)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-awtorità ta“ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta“ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0097/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU L 71, 14.3.2008.
(2) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 1.
(3) ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.
(4) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


2.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri (C7-0176/2009 – 2009/2072(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (C7-0176/2009)(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-awtorità ta“ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta“ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE(4),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0097/2010),

1.  Jinnota li fl-2008 l-Qorti tal-Awdituri kellha disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji li kienu jammontaw għal total ta“ EUR 133 miljun (2007: EUR 122 miljun; 2006: EUR 114 miljun), b'rata ta” utilizzazzjoni ta“ 90.66 %, taħt il-medja tal-istituzzjonijiet l-oħrajn (95.67 %);

2.  Ifakkar li, fir-rigward tas-sena finanzjarja 2008, il-kontijiet tal-Qorti ġew ivverifikati minn kumpanija esterna, PricewaterhouseCoopers (kif ukoll fl-2007; filwaqt li qabel minn KPMG), li waslet għal dawn il-konklużjonijiet:

   (a) fir-rigward tal-preċiżjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2008, li “fil-fehma tagħna, dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jagħtu stampa vera u korretta tal-qagħda finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mill-31 ta” Diċembru 2008, u għalhekk ir-riżultat finanzjarju u l-flussi tal-likwidità tagħha għas-sena ntemmu f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM, Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta” Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi, u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri“; kif ukoll
   (b) fir-rigward tal-użu tar-riżorsi finanzjarji assenjati lill-Qorti u l-adegwatezza tal-proċeduri ta“ kontroll fis-seħħ matul is-sena finanzjarja 2008, li ”m'hemmx elementi li ġibdu l-attenzjoni tagħna biex iġegħluna naħsbu li għall-aspetti sinifikattivi kollha u abbażi tal-kriterji (identifikati), (a) ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ma ntużawx għall-iskopijiet previsti, u (b) il-proċeduri ta“ kontroll fis-seħħ ma jagħtux il-garanziji meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli”;

3.  Ifakkar is-suġġeriment tiegħu biex teżamina l-possibilità li toħloq struttura iktar razzjonali għall-Qorti, u jistieden lill-Qorti tikkunsidra mudelli alternattivi bil-għan li jitnaqqas in-numru totali tal-membri, billi jiġi stabbilit limitu ta“ membri u, pereżempju, tiġi adottata sistema ta” rotazzjoni bbażata fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza fost il-membri;

4.  Jinnota li l-isforzi tal-Qorti għat-titjib tal-proċedura tal-pubblikazzjoni u l-preżentazzjoni tar-rapporti annwali tagħha; jittama li tista“ tiġi stabbilita proċedura miftiehma għal dan l-istadju deċiżiv fil-proċess tal-kwittanza għall-użu fil-futur, b'attenzjoni xierqa għall-indipendenza assoluta tal-Qorti u l-prerogattivi tal-kumitat responsabbli;

5.  Jinnota li l-proċedura attwali tal-pubblikazzjoni u l-preżentazzjoni tar-rapporti speċjali tal-Qorti, jekk minn naħa ssaħħaħ l-identità u l-viżibilità tal-Qorti, min-naħa l-oħra tqajjem xi tħassib: filwaqt li l-Parlament jirrispetta bis-sħiħ id-dritt tal-Qorti li tippreżenta l-osservazzjonijiet fil-forma ta“ rapporti speċjali f'kull mument, huwa jqis li l-proċedura attwali, li tibda bil-preżentazzjoni pubblika tar-rapport speċjali u bil-konferenza stampa tal-Qorti sew qabel meta mqabbla mal-preżentazzjoni tar-rapport speċjali lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, mhux bilfors jirrispetta bis-sħiħ ir-rwol tal-Qorti bħala istituzzjoni li tirrapporta u li tassisti lill-Parlament u lill-Kunsill fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom ta” kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-baġit;

6.  Jilqa“ l-fatt li rapport ta” “reviżjoni bejn il-pari” minn grupp internazzjonali ta“ reviżjoni bejn il-pari (ikkunsinnat f'Diċembru 2008) wasal għal konklużjoni ġenerali, u li r-rapport għaraf li l-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet ġew antiċipati fil-qafas tal-pjan ta” azzjoni li sar qabel ir-reviżjoni; jilqa“ l-intenzjoni tal-Qorti li tintegra r-rakkomandazzjonijiet l-oħra fl-Istrateġija ta” Verifika 2009–2012 u l-impenn tagħha biex timplimentahom waqt it-tali perjodu;

7.  Jinnota li minkejja l-Qorti rreklutat 97 impjegat fl-2008 (48 uffiċjal, 18-il aġent temporanju u 31 aġent kuntrattwali), in-numru kumplessiv ta“ postijiet battala fi tmiem l-2008 (69) kienu ogħla minn dak ta” tmiem l-2007 (56); jieħu f'kunsiderazzjoni l-fatt li l-Qorti kisbet 22 post ġdid (b'total ta“ 853), u li kien in-nuqqas ta” kandidati idonei li impedixxa lill-Qorti milli tirrekluta kemm jista“ jkun membri tal-persunal ġodda kif ippjanat; jitlob lill-Qorti tirrapporta dwar il-progress tagħha biex tqassar id-dewmien fil-proċess tar-reklutaġġ;

8.  Jilqa“ t-twaqqif ta” Kumitat Konġunt għall-Opportunitajiet Indaqs, il-progress li sar fl-oqsma tal-informatika u tat-telekomunikazzjonijiet, u l-ġestjoni effikaċi tal-ispazju tal-uffiċini;

9.  Jinnota li r-rapport tal-2008 tal-awditur intern tal-Qorti kien ġeneralment pożittiv, u jilqa“ f'dan il-kuntest il-fatt li l-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet imressqa mill-awditur intern ġew aċċettati u integrati fi pjanjiet ta” azzjoni korrettivi; jilqa“ l-istabbiliment ta” qafas għall-monitoraġġ tal-effikaċja tal-kontrolli interni, kif ukoll l-adozzjoni ta“ Indikaturi Ewlenin tar-Rendiment;

10.  Jilqa“ s-sistema integrata l-ġdida ta” ġestjoni u kontroll finanzjarju (SAP), operattiva mill-1 ta“ Jannar 2008, li ppermettiet iffrankar tal-baġit u aktar effiċjenza għat-tliet istituzzjonijiet involuti (Kunsill, Qorti tal-Awdituri u Qorti tal-Ġustizzja) filwaqt li jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri ma implimentatx is-sistema qabel;

11.  Jilqa“ s-suċċess li għaddejja minnu l-kooperazzjoni interistituzzjonali mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-taħriġ;

12.  Ifakkar, fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri, li f'konformità mal-Kodiċi tal-Kondotta tal-Qorti, il-membri ta“ din tal-aħħar għandhom jittrasmettu dikjarazzjoni dwar l-interessi finanzjarji tagħhom lill-President tal-Qorti, li jżommha f'kundizzjonijiet ta” riservatezza, u li dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex ippubblikati; itenni l-pożizzjoni tiegħu li skont din, fl-interess tat-trasparenza, id-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE għandhom ikunu aċċessibbli fuq l-Internet permezz ta“ reġistru pubbliku, u jistieden lill-Qorti biex tieħu l-miżuri meħtieġa f'dan ir-rigward;

13.  Ifaħħar lill-Qorti għall-kwalità tar-rapport annwali ta“ attività tagħha u jilqa” l-inklużjoni ta“ kapitolu dwar is-segwitu li jingħata matul is-sena lid-deċiżjonijiet tal-Parlament dwar il-kwittanzi preċedenti.

(1) ĠU L 71, 14.3.2008.
(2) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 1.
(3) ĠU C 269, 10.11.2009, p. 1.
(4) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza