1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0201/2009 – 2009/2130(DEC))
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1)
,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 768/2005 tal-Kunsill tas-26 ta“ April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd(3)
, u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0105/2010),
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta“ hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0201/2009 – 2009/2130(DEC))
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1)
,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 768/2005 tal-Kunsill tas-26 ta“ April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd(3)
, u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0105/2010),
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 li tinkludi osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0201/2009 – 2009/2130(DEC))
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1)
,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 768/2005 tal-Kunsill tas-26 ta“ April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd(3)
, u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0105/2010),
A. billi l-Qorti tal-Awdituri tistqarr li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,
B. billi fit-23 ta“ April 2009, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007(5)
u li, fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta“ kwittanza, innota, inter alia:
–
l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija ma stabbilietx proċeduri xierqa sabiex tiddetermina l-fondi li għandhom jiġu trasferiti, wasslet biex tal-anqas EUR 125 000 jiġu ttrasferiti għas-sena ta“ wara mingħajr impenji legali,
–
li skont il-Qorti tal-Awdituri l-Aġenzija kienet għadha ma ddokumentatx biżżejjed il-proċeduri għall-kontroll intern tagħha;
Rendiment
1. Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija ma elaboratx programm ta“ ħidma pluriennali; jenfasizza għalhekk l-importanza tal-iżvilupp ta” dan id-dokument sabiex l-Aġenzija tkun tista“ torganizza b'mod effettiv l-implimentazzjoni tal-istrateġija tagħha u r-realizzazzjoni tal-għanijiet tagħha; jifraħ madankollu lill-Aġenzija għad-deċiżjoni tagħha li tiżviluppa dan id-dokument skont l-istrateġija fuq perjodu ta” żmien medju tal-Bord Amministrattiv tagħha;
2. Jistieden, barra minn hekk, lill-Aġenzija biex tqis l-introduzzjoni tad-dijagramma ta“ Gantt fil-programmazzjoni ta” kull attività operattiva tagħha, sabiex tindika b'mod konċiż l-ammont ta“ żmien li jkun ħa kull membru tal-persunal fuq proġett u tħeġġeġ approċċ orjentat lejn il-kisba tar-riżultati;
3. Jitlob lill-Aġenzija biex tistabbilixxi, f'tabella li għandha tinhmeż mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tqabbil bejn dak li wettqet matul is-sena ta“ kwittanza eżaminata u dak li wettqet matul is-sena finanzjarja ta” qabel, bil-għan li l-awtorità ta“ kwittanza tkun tista” tevalwa aħjar ir-rendiment tal-Aġenzija minn sena għall-oħra;
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
4. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-Aġenzija tindirizza n-nuqqasijiet fl-ippjanar tal-attivitajiet tagħha sabiex, fil-futur, il-proċeduri li għandhom x'jaqsmu mal-istabbiliment tal-baġit ikunu stretti biżżejjed u jevitaw kull bżonn ta“ żieda u/jew tnaqqis fl-approprjazzjonijiet fil-linji baġitarji tagħha; jenfasizza, barra minn hekk, li din is-sitwazzjoni tmur kontra l-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni; jinnota wkoll li, kuntrarju għar-regoli fis-seħħ, il-Bord Amministrattiv ma kienx mitlub jawtorizza t-trasferimenti u lanqas ma kien infurmat dwarhom; ħa nota, madankollu, li l-Aġenzija ħadet l-impenn li ttejjeb l-ippjanar u l-monitoraġġ tal-baġit u konsegwentement li tnaqqas l-għadd ta” emendi għall-baġit;
5. Jinnota, ukoll, it-tweġiba tal-Aġenzija li tenfasizza li l-2008 kienet sena partikolarment diffiċli f'termini ta“ ppjanar tal-baġit, minħabba r-rilokazzjoni għas-sede definittiva tal-aġenzija;
6. Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li, kuntrarju għar-Regolament Finanzjarju, ċerti impenji legali (ammont total ta“ 1 400 000 EUR) ittieħdu qabel saru l-impenji korrispondenti tal-baġit;
Verifika interna
7. Jirrikonoxxi li s-Servizz ta“ Verifika Interna (IAS) identifika 15-il rakkomandazzjoni għall-Aġenzija, li disgħa minnhom kienu meqjusa bħala ”importanti ħafna“ u jirrelataw għall-ħtieġa tal-iżvilupp ta” sett ta“ indikaturi li jkopri l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija, l-organizzazzjoni interna u l-istruttura proċedurali ta” appoġġ għall-garanzija ta“ ġestjoni, il-ġestjoni tar-riżorsi umani (fir-rigward tat-tisħiħ tal-proċeduri ta” reklutaġġ u sistemi ta“ dokumentazzjoni) u l-ħtieġa għall-proċeduri interni biex jitnaqqas id-dewmien fil-ħlasijiet tal-Aġenzija;
Riżorsi umani
8. Josserva li, fl-2008, ir-ritmu tar-reklutaġġ kien aktar mgħaġġel milli kien oriġinarjament ippjanat u li l-ammont ta“ approprjazzjonijiet meħtieġa għall-ħlas tal-pagi kienu ssottovalutati b'iktar minn 35% (madwar 1 300 000 EUR); jitlob, għalhekk lill-Aġenzija li ttejjeb il-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-baġit tagħha;
o o o
9. Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra, ta“ natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta” kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar ir-rendiment(6)
, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.