Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 107kWORD 75k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2008: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
P7_TA(2010)0105A7-0092/2010
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0186/2009 – 2009/2115(DEC))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal- Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ambjentali Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenżija(1) ,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta “April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta” Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (verżjoni kkodifikata)(3) , u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4) , u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0092/2010),

1.  Jagħti lid-Direttur Eżekuttiv ta “l-kwittanza Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fir-rigward ta” l-implimentazzjoni tal-baġit l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t“ hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv ta “l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 60.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta ”l-Aġenzija Ambjentali Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0186/2009 – 2009/2115(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ambjentali Ewropea għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ambjentali Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenżija(1) ,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta “April 2002 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta” Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (verżjoni kkodifikata)(3) , u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4) , u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0092/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ambjentali Ewropea għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewropea (serje L).

(1) OJ C 304, 15.12.2009, p. 60.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 b'osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali tad-Deċiżjoni tagħha dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0186/2009 – 2009/2115(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ambjentali Ewropea għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal- Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ambjentali Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenżija(1) ,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta “April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta” Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (verżjoni kkodifikata)(3) , u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4) , u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0092/2010),

A.   billi l-Qorti tal-Awdituri indikat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati huma legali u regolari,

B.   billi fl-23 ta“ April 2009, il-Parlament ta kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007(5) , u billi fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta“ kwittanza, fost affarijiet oħra, il-Parlament innota partikolarment nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-ftehim ta” għotjiet ma“ ċentri tematiċi Ewropej, u talab lill-Aġenzija tirrispetta bis-sħiħ ir-regoli tal-għoti tal-kuntratti,

1.  Jinnota li d-dħul operattiv tal-Aġenzija għas-sena 2008 jammonta għal EUR 37,100,000, inkluż is-sussidju Komunitarju ta“ EUR 31,700,000; jirrimarka li din iċ-ċifra hija aktar minn EUR 2,000,000 inqas miċ-ċifra korrispondenti fil-baġit ġenerali 2007; jinsab sodisfatt bl-implimentazzjoni ġenerali tal-approprjazzjonijiet għall-impenji u tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet;

2.  Jenfasizza r-rwol li twettaq l-Aġenzija bħala riżultat tal-evalwazzjoni li tagħmel tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll fil-pajjiżi ġirien;

Prestazzjoni

3.  Jieħu nota tal-sejbiet ewlenin pożittivi ħafna inklużi fl-evalwazzjoni esterna tal-aġenziji deċentralizzati UE kkummissjonat mill-Kummissjoni fl-2009; b'mod partikolari, jifraħ lill-Aġenzija talli bniet attività żviluppata tajjeb ibbażata fuq sistema ta“ ġestjoni, ta” programm pluriennali ta “xogħol, skeda ta” punteġġ ekwlibrata bl-indikaturi, u sistema integrata ta“ kontroll ta” ġestjoni, li kollha jikkontribwixxu għal ġestjoni effiċjenti tal-Aġenzija;

4.  Jinnota li valutazzjoni esterna indipendenti oħra tal-istrateġija ta“ ħames snin tal-Aġenzija 2004-2008 żvela wkoll l-effettività tagħha biex tilħaq l-għanijiet tagħha u li tissodisfa l-benefiċjarji tagħha;

5.  Jitlob lill-Aġenzija tkompli tipprovdi b'mod regolari (jiġifieri, kull ħames snin) valutazzjoni esterna indipendenti fuq il-bażi tar-regolament bażiku tagħha u l-programmi ta“ ħidma adottati mill-Bord ta” Amministrazzjoni; jistieden, għaldaqstant, lill-Aġenzija żżomm lill-Awtorità ta“ kwittanza infurmata dwar l-iżviluppi tal-valutazzjoni esterna li jmiss għall-perjodu 2009-2013;

6.  Jistieden lill-Aġenzija biex tistabbilixxi, fit-tabella tagħha li trid tiġi annessa mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, paragun tal-operazzjonijiet imwettqa matul is-sena li għaliha trid tingħata kwittanza u fis-sena finanzjarja ta “qabel, sabiex tippermetti lill-awtorità ta” kwittanza tivvaluta r-rendiment tagħha minn sena għall-oħra b'mod aktar effettiv;

7.  Jieħu nota tal-kumment tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-ftehimiet ta“ għotja għaddejjin mill-Aġenzija, li ssejjaħ għal kjarifika aktar tal-ħin li għalih jintalbu li jħallsu l-imsieħba; jirrimarka li, sabiex jittaffa r-riskju ta” ħlasijiet mhux ġustifikati, għandhom jingħata istruzzjonijiet ċari lill-benefiċjarji għall-kalkolu tar-rata u għandha tiġi stabbilita rabta ċara bejn il-ispejjeż imposti u l-ispejjeż stimati fil-pjanijiet ta“ implimentazzjoni;

Kuntratt tal-kiri

8.  Jinnota l-osservazzjoni tal- Qorti tal-Awdituri li kellha titnieda proċedura għall-għoti tal-offerti għall-kuntratt għall-allestiment mill-ġdid tal-bini mikri mill-Aġenzija minflok ma jitħallsu l-ispejjeż ta“ ditta magħżula mill-proprjetarji tal-bini;

Verifika Interna

9.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija implimentat disa“ rakkomandazzjonijiet minn 27 rakkomandati mis-Servizz ta” Verifika Interna (IAS) sa mill-2006; jinnota li, mis-17 li għadhom mhux implimentati, ħamsa huma kkunsidrati “ferm importanti” u jaffettwaw il-ġestjoni ta“ għotjiet (fir-rigward tal-istabbiliment taċ-ċirkuwiti finanzjarji, tal-promozzjoni tal-kontrolli fuq il-post / verifiki ta ”għotjiet, u l-monitoraġġ u s-segwitu tal-implimentazzjoni tal-għotja) u l-implimentazzjoni tal-istandards ta“ kontroll intern (fir-rigward tad-determinazzjoni ta” funzjonijiet sensittivi u titjib tas-sistema ta “kontabilità);

o
o   o

10.  Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra, ta“ natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni ta” kwittanza, għar-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta“ Mejju 2010(6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 60.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 180.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0139.

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Frar 2011Avviż legali