Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2114(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0067/2010

Testi mressqa :

A7-0067/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0107

Testi adottati
PDF 241kWORD 61k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell
Kwittanza 2008: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
P7_TA(2010)0107A7-0067/2010
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0185/2009 – 2009/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta“ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta” Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid)(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0067/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta“ Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t“ hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 148.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0185/2009 – 2009/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta“ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta” Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid)(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0067/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta“ Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 148.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0185/2009 – 2009/2114(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta“ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta” Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (tfassil mill-ġdid)(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0067/2010),

A.   billi l-Qorti tal-Awdituri indikat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati huma legali u regolari,

B.   billi fit-23 ta“ April 2009, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2007(5), u billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta“ kwittanza, inter alia,

–   sab li ċ-Ċentru kien introduċa proċeduri u strumenti ta“ kontroll regolari u ta” kontroll ex-post u kien ħejja pjan ta“ ġestjoni aktar dettaljat tar-riżorsi umani, li bihom ħoloq b'mod partikolari punt ta” aċċess iddedikat għar-riżorsi umani fuq is-sit tal-internet tiegħu,

–   jifraħ liċ-Ċentru dwar il-kooperazzjoni sħiħa tiegħu mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, li wkoll għandha s-sede tagħha f'Lisbona, u talli qasam il-bini tiegħu u uża b'mod konġunt l-infrastrutturi u s-servizzi magħha, u ħa nota li ċ-ċaqliq fl-uffiċċji tagħha kien previst għall-ewwel trimestru tal-2009;

1.  Jinnota bi pjaċir li l-Qorti tal-Awdituri rnexxielha tikseb assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta“ Diċembru 2008 kienu affidabbli fl-aspetti konkreti kollha u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati, meta meqjusa globalment, kienu legali u regolari;

Prestazzjoni

2.  Jisħaq fuq l-importanza li ċ-Ċentru jfassal l-objettivi SMART u l-indikaturi RACER fil-programmazzjoni tiegħu sabiex jevalwa l-eżekuzzjonijiet tiegħu; jinnota b'sodisfazzjon li ċ-Ċentru ddikjara li qies dawn il-kunsiderazzjonijiet fil-programm ta“ ħidma tiegħu għall-2009;

3.  Barra minn hekk, jistieden liċ-Ċentru biex iqis l-introduzzjoni ta“ organigramma ta” Gantt fil-programmazzjoni ta“ kull attività operattiva tiegħu, b'tali mod li tindika b'mod mgħaġġel iż-żmien li jkun ħa kull uffiċjal fuq proġett u jħeġġeġ approċċ favur il-kisba tar- riżultati;

4.  Jinnota li fis-snin li ġejjin il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għandha tiġi bbażata aktar fuq il-prestazzjoni taċ-Ċentru matul is-sena;

Verifika interna

5.  Jirrikonoxxi li mill-2006, l-Aġenzija implimentat 15mill-41 rakkomandazzjoni tas-Servizz tal-Verifika Interna (IAS); jinnota li mis-26 li għadhom għaddejjin, 14 huma meqjusa “vera importanti” u prinċipalment jikkonċernaw il-livell ta“ preparazzjoni tar-rilokazzjoni (fir-rigward tal-kontroll tal-kwalità tal-post il-ġdid, tal-prekawzjonijiet kontra d-dannu mill-għargħar, tal-pjan ta” kontinwità tax-xogħol u tal-investiment fl-apparat) u l-implimentazzjoni tal-istandards tal-kontroll intern (fir-rigward tal-promozzjoni u tal-valutazzjoni tal-persunal, tal-immaniġġjar tar-riskji u tar-reġistrazzjoni tal-eċċezzjonijiet);

6.  Jinnota li fis-sena 2008 ċ-Ċentru rrappurta dħul mill-interessi ta“ EUR 107,591.31; jikkonkludi li mir-rendikonti finanzjarji u mil-livell tal-pagamenti tal-interessi ċ-Ċentru għandu livell tar-riżervi ta” flus kontanti permanentement għoli; jinnota li sal-31 ta“ Diċembru 2008 l-ammont tar-riżervi ta” flus kontanti taċ-Ċentru kien ta“ EUR 1,635,537.86 u li fil-bidu tas-sena 2009 approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 354,051.31 EUR, minħabba żball fil-kontabilità min-naħa tal-bank, iddaħħlu bħala ammont irċevut fil-kontijiet taċ-Ċentru; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina modi biex tassigura li l-prinċipju ta” ġestjoni ta“ kontanti abbażi tal-ħtiġijiet stabbilit mill-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, jiġi mplimentat bi sħiħ, u x'tibdil irid isir fl-istrateġija sabiex ir-riżervi ta” flus kontanti taċ-Ċentru jinżammu permanentament baxxi kemm jista“ jkun;

o
o   o

7.  Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta“ natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta” kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta“ Mejju 2010(6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 148.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 137.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0139.

Avviż legali - Politika tal-privatezza