Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2125(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0087/2010

Testi mressqa :

A7-0087/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.20
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0110

Testi adottati
PDF 119kDOC 61k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2008: L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni
P7_TA(2010)0110A7-0087/2010
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-Kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0196/2009 – 2009/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1) ,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7–0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta“ Marzu 2004 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(3) , u b'mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4) , u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju (A7-0087/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t“ hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 16.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0196/2009 – 2009/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1) ,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7–0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta“ Marzu 2004 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(3) , u b'mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4) , u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju (A7-0087/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 16.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0196/2009 – 2009/2125(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1) ,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7–0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta“ Marzu 2004 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(3) , u b'mod partikulari l-Artikolu 17 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4) , u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju (A7-0087/2010),

A.   billi l-Qorti tal-Awdituri indikat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati huma legali u regolari,

B.   billi fit-23 ta“ April 2009 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007(5) , u fir-riżoluzzjoni tiegħu li jakkumpanja d-deċiżjoni tal-kwittanza, inter alia:

–   innota li l-kritika tal-Qorti tal-Awdituri li l-implimentazzjoni tal-attivitajiet operattivi kienu kkonċentrati fl-aħħar kwart tal-2007, b'madwar 40% tal-impenji u iżjed minn 50% tal-ħlasijiet fir-rigward tal-attivitajiet operattivi li ġew esegwiti f'Novembru u Diċembru 2007,

–   ma kienx sodisfatt bit-tweġiba tal-Aġenzija li f'ċertu każijiet l-approprjazzjonijiet trasferiti ġew ikkalkulati b'ċertu livell ta“ approssimazzjoni,

–   esprima t-tħassib tiegħu minħabba l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri kienet innutat xi nuqqasijiet fil-proċeduri ta“ iffirmar ta” kuntratti, b'mod partikolari li l-preselezzjonijiet ta“ offerti ma kinux iġġustifikati, li l-kumitat ta” evalwazzjoni ma kienx iffirma d-dokumenti ta“ evalwazzjoni u li d-dossjers kienu nieqsa minn struttura u ma kinux kompleti,

Prestazzjoni

1.  Jifraħ lill-Aġenzija dwar dak li wettqet fl-2008, it-titjib li sar fil-kapaċità tagħha ta“ rkupru tan-networks Ewropej ta” komunikazzjoni elettronika, l-iżvilupp u l-koperazzjoni li żammet għaddejja flimkien mal-Istati Membri;

2.  Jitlob lill-Aġenzija tressaq, fit-tabella li għandha tibgħat bħala Anness mar-rapport li jmiss lill-Qorti tal-Awdituri, tqabbil bejn dak li wettqet matul is-sena ta“ kwittanza eżaminata u dak li wettqet waqt is-sena finanzjarja ta” qabel, bil-għan li l-awtorità ta“ kwittanza tkun tista” tevalwa aħjar ir-rendiment tal-Aġenzija minn sena għall-oħra;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri osservat xi nuqqasijiet fil-proċeduri ta“ akkwist pubbliku, b'mod partikolari, f'dak li jirrigwarda s-sottovalutazzjoni tal-baġits ta” kuntratt ta“ qafas; jenfasizza, b'mod partikolari, li s-sottovalutazzjoni tal-baġits iddedikati lill-akkwisti tikkostitwixxi ostakli għall- kompetizzjoni ġusta, minħabba li l-intrapriżi jkollhom tendenza anqas li jitfgħu offerti għal ammonti mnaqqsa; jieħu nota, madankollu, tar-reazzjoni tal-Aġenzija li, matul l-aħħar tliet xhur tas-sena 2009, nidiet sejħa ġdida għall-offerti bil-għan li tagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet preċedenti tagħha;

4.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija qed tkompli tieħu l-miżuri kollha possibbli biex takkwista mingħand l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru ospitanti rimbors ta“ EUR 45 000 li jikkorrispondu għat-total tal-VAT imħallsa minn qabel mill-Aġenzija;

5.  Jinnota li fis-sena 2008 l-Aġenzija rrappurtat dħul mill-interessi ta“ EUR 143 818; jikkonkludi li mir-rendikonti finanzjarji u mil-livell tal-pagamenti tal-imgħax l-Aġenzija għandha livell tar-riżervi ta” flus kontanti permanentement għoli; jinnota li sal-31 ta“ Diċembru 2008 l-ammont tar-riżervi ta” flus kontanti tal-Aġenzija kien ta“ EUR 2 436 694; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina x'possibilitajiet hemm li jgħinu biex jiġi żgurat li r-riżervi ta” flus kontanti jkunu ġestiti b'mod sħiħ fuq bażi orjentata lejn il-ħtiġijiet, skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, u x'tibdil irid isir fl-istrateġija sabiex ir-riżervi ta“ flus kontanti tal-Impriża Konġunta jinżammu permanentament baxxi kemm jista” jkun;

Verifika interna u riżorsi umani

6.  Jifraħ lill-Aġenzija dwar il-fatt li t-tmien rakkomandazzjonijiet tas-Servizz ta“ Verifika Interna li huma ġġudikati bħala ”importanti ħafna“, kollha ġew implimentati; jinnota li dawk ir-rakkomandazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni tal-verifika tal-istandard tal-kontroll intern u l-immaniġġjar tar-riżorsi umani (politika dwar l-istaff, tiġdid ta” kuntratti li jagħlqu fl-2008, indipendenza tal-kumitati tal-għażla, servizzi ta“ taħriġ u trasparenza fil-proċedura tal-promozzjoni);

o
o   o

7.  Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra, ta“ natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta” kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta“ Mejju 2010(6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 16.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 255, 26.9.2009, p. 153.
(6) Testi adottati, P7_TA(2010)0139.

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Frar 2011Avviż legali