1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0191/2009 – 2009/2120(DEC))
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(1)
,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2008 tas-16 ta“ Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (riformulazzjoni)(3)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” Qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0083/2010),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2008;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t“ hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0191/2009 – 2009/2120(DEC))
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(1)
,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2008 tas-16 ta“ Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (riformulazzjoni)(3)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” Qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0083/2010),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0191/2009 – 2009/2120(DEC))
Il-Parlament Ewropew
,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(1)
,
– – wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5827/2010 – C7-0061/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2008 tas-16 ta“ Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (riformulazzjoni)(3)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” Qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4)
, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0083/2010),
A.. billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri indikat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati huma legali u regolari,A. ,
B. billi fit-23 ta'April 2009 il-Parlament ta kwittanza lid-Direttriċi tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2007(5)
, u billi fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta“ kwittanza, inter alia:
–
innota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-ammont ta“ dħul assenjat fil-baġit ta” emenda kien żbaljat (kellu jkun ta“ EUR 1 200 000 u mhux ta” EUR 3 400 000),
–
osserva li, fid-dikjarazzjoni tagħha ta“ assigurazzjoni (mehmuża mar-rapport ta” attività annwali), id-Direttriċi esprimiet l-istess riservi bħas-sena ta“ qabel rigward l-inċertezza politika fil-pajjiżi sħab, il-ġestjoni finanzjarja tal-konvenzjoni Tempus u l-possibilità ta” implikazzjonijiet soċjali, ta“ reputazzjoni, legali u finanzjarji tal-għajnuna teknika Tempus fi ħdan il-Fondazzjoni;
1. Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2008 humalegali u regolari;
Prestazzjoni
2. Jinnota li, fil-valutazzjoni ad interim tal-Fondazzjoni (EAC/06/05 rapport finali, 25 ta“ Mejju 2006), l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq il-benefiċjarji diretti tagħha kien ikkunsidrat, b'mod ġenerali, wieħed pożittiv; jinnota madankollu li l-impatt fuq l-istituzzjonijiet governattivi ma jistax ikun ippruvat faċilment minħabba d-diffikultà li tiġi stabbilita rabta diretta bejn ir-riżultati tal-proġetti tal-Fondazzjoni u l-attivitajiet ta” dawn l-istituzzjonijiet;
3. Jifraħ lill-Fondazzjoni li, tal-appoġġ tagħha lill-Kummissjoni fl-2008, kisbet rata ta“ sodisfazzjon ta” 97% mingħand il-Kummissjoni; jirrimarka, b'mod partikulari, li l-applikazzjonijiet l-aktar frekwenti li saru lill-Fondazzjoni kienu dawk fil-qasam tal-politiki u l-kontribuzzjonijiet fit-tħejjija tal-Istrumenti Ewropej ta“ Viċinat (32%), segwiti mill-formulazzjoni (21%), l-ipprogrammar (11%), l-identifikazzjoni ta” proġetti (10%) u s-segwitu;
4. Jistieden lill-Fondazzjoni biex, fit-tabella tagħha li għandha tiġi annessa mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tippreżenta paragun tal-operazzjonijiet li twettqu matul is-sena li għaliha għandha tingħata l-kwittanza u dawk imwettqa fis-sena finanzjarja preċedenti, sabiex l-awtorità ta“ kwittanza tkun tista” tevalwa b'mod aktar effettiv il-prestazzjoni tal-Fondazzjoni minn sena għal oħra;
Il-kamp ta“ azzjoni tal-Fondazzjoni
5. Jinnota li, wara r-riformulazzjoni, fl-2008, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta“ Mejju 1990 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(6)
, il-Fondazzjoni issa għandha l-għażla li tiżviluppa l-kompetenza tagħha f'setturi differenti minn dawk meqjusa fis-snin preċedenti; jinnota li r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 jispeċifika mekkaniżmi proċedurali ġodda għall-approvazzjoni ta“ twessigħ tal-ambitu tematiku u ġeografiku tal-Fondazzjoni;
Kooperazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħrig Vokazzjonali (Cedefop)
6. Jitlob, minħabba l-fatt li xi oqsma ta“ interess huma kondiviżi, li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib u sinerġiji bejn il-Fondazzjoni u s-Cedefop u jitlob li tingħata informazzjoni b'mod regolari fir-rapporti ta” attività mid-Diretturi taż-żewġ aġenziji;
Verifika Interna
7. Jirrikonoxxi li mill-2006 “l hawn, ġew implimentati 12 mis-27 rakkomandazzjoni magħmula mis-Servizz tal-Verifika Interna (SVI); jinnota li, fost il-ħmistax-il rakkomandazzjoni li għadha ma ġietx implimentata, sitta huma meqjusa ”importanti ħafna“; iħeġġeġ lill-Fondazzjoni, għalhekk, biex mingħajr dewmien tistabbilixxi ċerti standards ta” kontroll (rigward id-dokumentazzjoni ta“ proċeduri, is-superviżjoni ta” tranżazzjonijiet finanzjarji u l-kontinwità tal-operazzjonijiet) u ċerti rakkomandazzjonijiet dwar l-immaniġġjar tar-riżorsi umani (rigward l-immaniġġjar tar-riżorsi umani fl-ippjanar annwali u fir-rappurtar annwali tal-attività; l-iffissar ta“ objettivi; u r-reġistrar tal-ħinijiet tal-persunal);
Riżorsi Umani
8. Jinsab imħasseb li l-Qorti tal-Awditurisabet nuqqas ta“ trasparenza fil-proċeduri tar-reklutaġġ u l-intervent tal-Uffiċċju Ewropew ta” Kontra l-Frodi (OLAF), li fetaħ inkjesta (OF/2009/0370); jiġbed l-attenzjoni għall-Linji Gwida tal-Unjoni dwar l-Impjiegi u b'mod partikolari għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta“ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(7)
fir-rigward tal-kriterji tal-għażla u l-kundizzjonijiet tar-reklutaġġ; jistenna li l-Aġenziji kollha tal-Unjoni bħala minimu jikkonformaw ma“ dawk il-Linji Gwida u jistieden lill-Fondazzjoni biex tagħti eżempju billi fil-ġejjieni timplimenta proċeduri ta” reklutaġġ ġusti, trasparenti u komprensivi;
9. Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni biex tirrapporta dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi umani tagħha; jirrimarka, b'mod partikolari, li kunsiderazzjoni inadegwata tar-riżorsi umani fil-kuntest tal-ippjanar annwali u tar-rappurtar annwali tal-attività jinvolvi riskju ta“ ineffiċjenza u ta” nuqqas ta“ trasparenza fl-allokazzjoni u l-użu tal-persunal tal-Fondazzjoni; jenfasizza, barra minn hekk, li l-objettivi għal membri individwali tal-persunal għandhom ikunu allinjati aħjar mal-objettivi annwali u strateġiċi tal-Fondazzjoni u li anke s-sistema tar-reġistrar tal-ħinijiet tal-persunal għandha tkun inkorporata fil-qafas tal-ippjanar u l-ibbaġittjar annwali;
10. Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li hemm diversi nuqqasijiet fil-proċeduri tar-reklutaġġ; jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li l-Bordijiet ta“ Evalwazzjoni tar-Reklutaġġ jipprovdu informazzjoni biżżejjed dwar il-proċeduri segwiti, inklużi ġustifikazzjonijiet għad-deċiżjonijiet u d-dati li fihom ittieħdu, sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza ta” dawn il-proċeduri;
11. Jinnota, madankollu, li l-Fondazzjoni issa qed tgħid bdiet tagħmel reviżjoni fil-fond tal-proċeduri tar-reklutaġġ tagħha bi tweġiba għas-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri u fid-dawl ta“ verifika interna li saret mis-Servizz ta” Verifika Interna fl-2008; jistieden lill-Fondazzjoni, għalhekk, biex tinforma lill-awtorità ta“ kwittanza dwar l-azzjoni meħudha u r-riżultati sussegwenti;
12. Jinnota r-risposta tal-Fondazzjoni fejn tammetti l-validità tal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward l-allowance tal-espatrijazzjoni li ġiet irrifjutata lill-ċerti membri tal-persunal minħabba interpretazzjoni ħażina tar-regoli; jifraħ lill-Fondazzjoni tal-wiegħda tagħha li teżamina l-każijiet ikkonċernati u li mbagħad tagħmel it-tibdiliet meħtieġa;
o o o
13. Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra, li huma ta“ natura orizzontali u li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta” Mejju 2010(8)
dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.