Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2187(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0094/2010

Testi mressqa :

A7-0094/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.30
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0120

Testi adottati
PDF 119kDOC 62k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell Verżjoni finali
Kwittanza 2008: L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
P7_TA(2010)0120A7-0094/2010
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0261/2009 – 2009/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u tal-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta“ Diċembru 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1) ,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5829/2010 – C7-0060/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 ta“ 25 ta” Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta“ Marzu 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni(3) , b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4) , u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0094/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 310, 18.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0261/2009 – 2009/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta“ Diċembru 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1) ,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5829/2010 – C7-0060/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta“ Marzu 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni(3) , b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4) , u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0094/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 310, 18.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0261/2009 – 2009/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta“ Diċembru 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1) ,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5829/2010 – C7-0060/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2) , u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta“ Marzu 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni(3) , b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp għall-Enerġija mill-Fużjoni, adottat mid-deċiżjoni tal-kunsill amministrattiv tiegħu tat-22 ta“ Ottubru 2007 (minn hawn ”il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju ITER”),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4) , u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0094/2010),

A.   billi l-Qorti tal-Awdituri indikat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati huma legali u regolari,

B.   billi l-Impriża Konġunta tinsab fil-fażi tagħha ta“ tnedija u għadha m'applikatx bis-sħiħ il-kontrolli interni tagħha u s-sistema tagħha ta” rappurtar finanzjarju matul is-sena finanzjarja 2008,

C.   billi skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju ITER, din għandu jkollha servizz ta“ verifika interna li għandu josserva l-istandards internazzjonali f'dan il-qasam,

D.   billi r-Regolament Finanzjarju ITER huwa bbażat fuq ir-Regolament Finanzjarju qafas, li ġie modifikat dan l-aħħar biex jiġi konformi mal-bidliet li saru għar-Regolament Finanzjarju ġenerali,

E.   billi fit-28 ta“ Frar 2008, id-Direttur tal-Impriża Konġunta ressaq talba għal opinjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-Regolament Finanzjarju ITER,

F.   billi l-Qorti tal-Awdituri esprimiet l-opinjoni tagħha Nru 4/2008 dwar dan ir-Regolament f'Ottubru 2008,

It-trasferiment ta“ approprjazzjonijiet għas-sena ta” wara

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri identifikat fil-kont eċċess ta“ 57 600 000 EUR, li jirrappreżentaw 38% tal-149 700 000 EUR tal-ispejjeż dovuti; jenfasizza, b'mod partikolari, li parti minn dan l-eċċess (jiġifieri 32 200 000 EUR) ġiet trasferita għall-2009; jinnota, madankollu, it-tweġiba tal-Impriża Konġunta li, ġustament, tispjega li n-nuqqas ta” użu ta“ dawn il-fondi kien inerenti għall-ewwel sena ta” awtonomija finanzjarja tal-Impriża Konġunta meta mqabbla mal-Kummissjoni, kif ukoll għad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni internazzjonali ITER u tat-totalità tal-programm “fużjoni” ta“ Euratom;

Irregolaritajiet fl-impenji

2.  Jiżvela li f'sitt każijiet eżaminati mill-Qorti tal-Awdituri, l-Impriża Konġunta wettqet l-impenji baġitarji wara l-impenji ġuridiċi korrispondenti; jitlob, bħala konsegwenza, lill-Impriża Konġunta biex tirrispetta r-Regolament Finanzjarju anki f'dan is-settur;

Ir-Regolament Finanzjarju ITER

3.  Jilqa“ b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li r-Regolament Finanzjarju ITER hu essenzjalment ibbażat fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju qafas u tar-Regolament Finanzjarju ġenerali; jinnota, madankollu, li għadd ta” punti speċifiċi jeħtieġu xi modifiki, partikolarment fir-rigward tal-eċċezzjonijiet għall-prinċipji baġitarji, ir-rwol tas-servizz ta“ verifika interna tal-Kummissjoni, il-ħlas tard tad-drittijiet ta” sħubija, il-kundizzjonijiet tal-għoti ta“ sussidji u d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali previsti fl-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju ITER;

Ir-rapport annwali dwar l-attività

4.  Jirrakkomanda b'mod espliċitu lill-Impriża Konġunta biex tosserva l-iskadenzi miftiehma mal-Qorti tal-Awdituri għall-preżentazzjoni tar-rapport annwali dwar l-attività tagħha;

Sistemi ta“ kontroll intern

5.  Jirrakkomanda espressament lill-Impriża Konġunta biex tibda xogħlijiet supplimentari fir-rigward tad-dokumentazzjoni tal-proċessi u l-attivitajiet informatiċi, kif ukoll l-eżami tar-riskji marbuta mal-informatika;

6.  Jinnota li l-awditur intern tal-Impriża Konġunta beda l-kariga tiegħu fl-1 ta“ Lulju 2009; jilqa” b'sodisfazzjon madankollu li l-ITER issa ħejjiet pjan ta“ azzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istandards ta” kontroll intern u li stabilixxiet grupp ta“ ħidma biex jikkoordina u jikkontrolla l-implimentazzjoni tiegħu; jenfasizza, barra minn hekk, li l-ITER ħatret persuna responsabbli għall-protezzjoni tad-data u li ġew adottati miżuri biex ikompli l-iżvilupp ta” programm ta“ kontinwità tal-attivitajiet u tal-irkupru tad-data;

7.  Jinnota li l-Impriża Konġunta ddikjarat li qed isir eżami tal-proċessi operattivi sottostanti kollha;

8.  Jinnota li fl-2008 l-Impriża Konġunta rrappurtat dħul mill-interessi ta“ EUR 216 304.89; jikkonkludi mir-rendikonti finanzjarji u mil-livell tal-pagamenti tal-imgħax li l-Impriża Konġunta għandha livell tar-riżervi ta” flus kontanti permanentement għoli; jinnota li sal-31 ta“ Diċembru 2008 l-ammont tar-riżervi ta” flus kontanti tal-Impriża Konġunta kien ta“ EUR 58 980 569.87; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina xi skop hemm li tiġi introdotta l-ġestjoni ta” kontanti abbażi tal-ħtiġijiet, u x'tibdil irid isir fl-istrateġija sabiex ir-riżervi ta“ flus kontanti tal-Impriża Konġunta jinżammu permanentement baxxi kemm jista” jkun.

(1) ĠU C 310, 18.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p.1.
(3) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Frar 2011Avviż legali