Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2188(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0077/2010

Testi mressqa :

A7-0077/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.31
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0121

Testi adottati
PDF 309kWORD 61k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell
Kwittanza 2008: l-Impriża Konġunta SESAR (SJU)
P7_TA(2010)0121A7-0077/2010
Deċiżjoni
 Deċiżjoni
 Riżoluzzjoni

1.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0262/2009 – 2009/2188(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta“ Diċembru 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5829/2010 – C7-0060/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta“ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta” Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta“ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4b tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0077/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t“ hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 310, 18.12.2009, p. 9.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


2.Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0262/2009 – 2009/2188(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta“ Diċembru 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5829/2010 – C7-0060/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta“ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta” Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta“ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4b tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0077/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1) ĠU C 310, 18.12.2009, p. 9.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


3.Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0262/2009 – 2009/2188(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta“ Diċembru 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta“ Frar 2010 (5829/2010 – C7-0060/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta“ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta” Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta“ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4b tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta SESAR adottat mill-Bord Amministrattiv SESAR fit-3 ta“ Lulju 2007 (minn hawn ”il quddiem imsejjaħ “Regolament Finanzjarju SESAR”),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0077/2010),

A.   billi l-Qorti tal-Awdituri indikat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati huma legali u regolari,

B.   billi l-Impriża Konġunta SESAR twaqqfet fi Frar 2007 bil-għan li tħaddem il-programm SESAR (Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku fl-Ajru Uniku Ewropew),

C.   billi l-Impriża Konġunta tinsab fil-fażi tagħha ta“ tnedija u kienet għadha ma stabbilixxietx bis-sħiħ il-kontrolli interni tagħha u s-sistemi tagħha ta” informazzjoni finanzjarja sa tmiem l-2008,

D.   billi l-Impriża Konġunta hija s-sid tal-assi kollha tanġibbli u mhux tanġibbli maħluqa minnha jew li jiġu trasferiti lilha għall-fażi ta“ żvilupp tal-proġett SESAR, b'konformità mal-ftehim speċifiku milħuq mal-membri tagħha,

1.  Jilqa“ b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-kontijiet tas-SESAR għall-2008 huma affidabbli u t-tranżazzjonjiet sottostanti, jekk jitqiesu komplessivament, huma legali u regolari;

2.  Jinnota li l-Impriża Konġunta rċeviet EUR 250 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 100 900 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2008;

3.  Jirrikonoxxi li l-2007-2008 kien il-perjodu tat-tnedija għall-Impriża Konġunta, li r-Regolament il-ġdid tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008(5), li jimmodifika l-att bażiku tal-Impriża Konġunta, kien adottat biss fis-16 ta“ Diċembru 2008, u li kien hemm dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni inizjali tal-Eurocontrol;

In-nuqqas ta“ osservanza tal-prinċipju baġitarju ta” annwalità

4.  Jinnota li f'April 2008 il-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta adotta l-baġit finali li jkopri l-perjodu Awwissu 2007 – Diċembru 2008, u li dik id-deċiżjoni ma kinitx taqbel mal-prinċipju tal-annwalità;

L-implimentazzjoni tal-baġit

5.  Jinnota li l-baġit definittiv adottat mill-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta f'April 2008 rriżulta għal kollox mhux realistiku, kif jidher mill-approprjazzjonijiet tal-impenji u tal-ħlasijiet b'rati ta“ 1% u 17% rispettivament;

6.  Jiddispjaċih li, f'numru ta“ każi, il-kontrolli tat-tranżazzjonijiet ma sarux kif suppost u li ma kinux stabbiliti kontrolli interni adegwati għall-kuntratti u l-akkwisti;

Ir-rikonoxximent tal-assi

7.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li, f'kuntrast mar-rati ta“ użu baxxi ħafna, l-Impriża Konġunta kellha somom konsiderevoli f'depożiti f'kontijiet bankarji fl-aħħar tas-sena, bi ksur tal-prinċipju ta” ekwilibriju baġitarju;

8.  Jirrakkomanda espressament li l-Impriża Konġunta tifformula politika tal-kontabilità fir-rigward ta“ kwalunkwe assi ġenerati matul il-fażi ta” żvilupp tal-proġett;

Ir-Regolament Finanzjarju SESAR

9.  Jilqa“ b” sodisfazzoni l-intenzjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-fatt li xtaqet tippreżenta opinjoni dwar ir-Regolament Finanzjarju, adottat mill-Bord Amministrattiv SESAR f'Lulju 2007; jisħaq fuq l-importanza ta“ dak ir-regolament li jkun konformi mar-Regolament Finanzjarju ta” qafas għall-korpi Komunitarji, u huwa tal-istess opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li d-dispożizzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit u l-preżentazzjoni tal-kontijiet, għal proċeduri ta“ akkwist pubbliku u għall-funzjoni tal-verifika interna għandhom bżonn jiġu kompluti; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta għandha tadotta l-modalitajiet implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju tagħha;

Ir-rapport annwali dwar l-attività

10.  Jirrakkomanda b'mod espress lill-Impriża Konġunta biex tosserva l-iskadenzi miftiehma mal-Qorti tal-Awdituri għall-preżentazzjoni tar-rapport annwali dwar l-attività tagħha;

Sistemi ta“ verifika interna

11.  Jinnota li servizz ta“ verifika interna konformi mal-istandards internazzjonali applikabbli ma kienx ġie stabbilit qabel Jannar 2009; jitlob ukoll lill-Impriża Konġunta biex bl-akbar urġenza tistabbilixxi sistemi xierqa ta” kontroll intern fil-kuntest tal-akkwist tal-kuntratti pubbliċi; jenfasizza, b'mod partikolari, l-importanza li jiġi stabbilit pjan ta“ rkupru f'każ ta” diżastri, u li tiġi definita politika ta“ protezzjoni tad-data;

12.  Jinnota li fis-sena finanzjarja 2008 l-Impriża Konġunta rrappurtat dħul mill-interessi ta“ EUR 148 370; jikkonkludi li mir-rendikonti finanzjarji u mil-livell tal-pagamenti tal-interessi l-Impriża Konġunta għandha livell tar-riżervi ta” flus kontanti permanentement għoli; jinnota li sal-31 ta“ Diċembru 2008 l-ammont tar-riżervi ta” flus kontanti tal-Impriża Konġunta kien ta“ EUR 116 007569; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina modi biex tassigura li l-Impriża Konġunta timplimenta bi sħiħ il-prinċipju ta” ġestjoni ta“ kontanti abbażi tal-ħtiġijiet, u x'tibdil irid isir fl-istrateġija sabiex ir-riżervi ta” flus kontanti tal-Impriża Konġunta jinżammu permanentament baxxi kemm jista“ jkun;

13.  Jinnota, barra minn hekk, li l-Bord Amministrattiv naqas li jistabbilixxi organigramma tal-persunal għall-2008.

(1) ĠU C 310, 18.12.09, p. 9.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12.

Avviż legali - Politika tal-privatezza