Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2021(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0110/2010

Testi mressqa :

A7-0110/2010

Dibattiti :

PV 19/04/2010 - 16
CRE 19/04/2010 - 16

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.37
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0127

Testi adottati
PDF 309kWORD 66k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell
Setgħa ta“ delegazzjoni leġiżlattiva
P7_TA(2010)0127A7-0110/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar is-setgħa tad-delegazzjoni leġiżlattiva (2010/2021(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFEU”),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta“ Settembru 2008 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-allinjament ta” atti legali mad-Deċiżjoni l-ġdida tal-Komitoloġija(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta“ Mejju 2009 dwar ir-rwol u r-responsabilitajiet l-ġodda tal-Parlament fl-implimentazzjoni tat-Trattat ta” Lisbona(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta“ Novembru 2009 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tadatta għadd ta” strumenti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju –Aġġustament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Titolu V(3),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta“ Diċembru 2009 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2009)0673),

–   wara li kkunsidra l-ittra tad-29 ta“ Jannar 2010 mill-President tal-Parlament Ewropew lill-President tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Artikoli 290 u 291 tat-TFEU,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0110/2010),

A.  Billi t-Trattat ta“ Lisbona jikkonsagra l-poter leġiżlattiv u jintroduċi ġerarkija ta” normi fl-ordni legali tal-Unjoni, b'hekk isaħħaħ il-karattru demokratiku tal-Unjoni u jirrazzjonalizza l-ordni legali tiegħu; billi t-Trattat ta“ Lisbona jintroduċi kunċett ġdid ta” att leġiżlattiv, b'konsegwenzi estiżi,

B.   billi wieħed mill-elementi tal-poter leġiżlattiv huwa l-possibilità, prevista fl-Artikolu 290 tat-TFEU, għal-Leġiżlatur li jiddelega parti mill-poteri tiegħu lill-Kummissjoni f'att leġiżlattiv (minn hawn “il quddiem ”l-att bażiku“),

C.   billi d-delegazzjoni hija operazzjoni delikata li fiha l-Kummissjoni għandha l-istruzzjoni li teżerċita s-setgħa li hija intrinsika għar-rwol proprju tal-Leġiżlatur; billi l-punt ta“ tluq fl-eżaminazzjoni tal-kwistjoni tad-delegazzjoni għandu għalhekk dejjem ikun il-libertà tal-Leġiżlatur,

D.   billi din is-setgħa ddelegata tista“ tikkonsisti biss f'li tissupplimenta jew temenda partijiet ta” att leġiżlattiv li l-Leġiżlatur ma jqisx bħala essenzjali; billi l-atti ddelegati li jirriżultaw u li adottati mill-Kummissjoni se jkunu atti mhux leġiżlattivi ta“ ambitu ġenerali; billi l-att bażiku għandu jiddefinixxi b'mod espliċitu l-objettiv, il-kontenut, il-firxa ta” applikazzjoni u t-tul ta“ din id-delegazzjoni, u għandu jistipula l-kundizzjonijiet li d-delegazzjoni hija suġġetta għaliha,

E.   billi l-atti ddelegati se jkollhom implikazzjonijiet importanti f'ħafna oqsma; billi għalhekk huwa ta“ importanza kbira, b'mod partikolari fir-rigward ta” atti ddelegati, li dawn jiġu żviluppati u deċiżi b'mod trasparenti għalkollox li effettivament jippermetti lill-koleġiżlaturi li jikkontrollaw demokratikament l-eżerċizzju tas-setgħa ddelegata lill-Kummissjoni, b'dibattitu pubbliku fil-Parlament, fejn ikun meħtieġ,

F.   billi l-Parlament għandu jkollu l-istess pożizzjoni bħall-Kunsill fir-rigward tal-aspetti kollha tas-setgħa tad-delegazzjoni leġiżlattiva,

G.   billi l-“proċedura Lamfalussy” wittiet it-triq għall-mekkaniżmu preżenti tad-delegazzjoni b'kontroll sħiħ mil-Leġiżlatur; billi d-Dikjarazzjoni 39 tal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-23 ta“ Lulju 2007, annessa mat-Trattat ta” Lisbona, irrikonoxxiet in-natura speċifika tal-qasam tas-servizzi finanzjarji; billi r-reġim il-ġdid għall-atti ddelegati ma jista“ bl-ebda mod idgħajjef id-drittijiet eżistenti tal-Parlament f'dan il-qasam, speċjalment fir-rigward tat-trażmissjoni bikrija tad-dokumenti u tal-informazzjoni,

H.   billi d-delgazzjoni tista“ titqies bħala strument għal tfassil aħjar tal-leġiżlazzjoni, li l-objettiv tagħha huwa li tiżgura li l-leġiżlazzjoni tista” fl-istess ħin tibqa“ sempliċi u tkun kompluta u aġġornata mingħajr il-bżonn ta” rikors għal proċeduri leġiżlattivi ripetuti, filwaqt li tippermetti lil-Leġiżlatur li jżomm is-setgħa u r-responsabilità assoluta tiegħu,

I.   billi, b'kuntrast mal-approċċ meħud fl-Artikolu 291 TFEU dwar il-miżuri ta“ implimentazzjoni, l-Artikolu 290 TFEU ma fihx bażi legali għall-adozzjoni ta” att orizzontali li jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali applikabbli għad-delegazzjoni tas-setgħa; billi dawn il-kundizzjonijiet għandhom għalhekk ikunu stipulati f'kull att bażiku,

J.   billi l-Kummissjoni hija responsabbli quddiem il-Parlament; billi l-Kummissarju responsabbli għar-relazzjonijiet u l-amministrazzjoni interistituzzjonali impenja ruħu, fis-smigħ tiegħu quddiem il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tat-18 ta“ Jannar 2010, li jaħdem mill-qrib sew mal-Parlament u jiżgura li l-eżerċizzju tas-setgħa ddelegata lill-Kummissjoni jissodisfa lill-Parlament,

Aspetti li għandhom jiġu definiti fl-att bażiku

1.  Iqis li l-objettivi, il-kontenut, il-firxa ta“ applikazzjoni u t-tul ta” żmien ta“ din id-delegazzjoni skont l-Artikolu 290 TFEU għandhom jiġu definiti espressament u b'mod metikoluż f'”kull att bażiku;

2.  Jenfasizza li l-Artikolu 290 TFEU jagħti lil-Leġiżlatur il-libertà li jagħżel liema mekkaniżmu/i ta“ kontroll jidħol/jidħlu fis-seħħ; Iqis li ż-żewġ eżempji enumerati fl-Artikolu 290(2), oġġezzjoni u jirtira, huma purament spjegattivi u li wieħed jista” jbassar li delega ta“ setgħa tiġi soġġetta għal mezzi oħra ta” kontroll, bħall-approvazzjoni rapida mill-Parlament u l-Kunsill ta“ kull att iddelegat jew il-possibilità li atti individwali ddelegati li diġa huma fis-seħħ jiġu rtirati;

3.  Huwa tal-opinjoni, madankollu, li ż-żewġ eżempji ta“ kundizzjonijiet possibbli msemmija fl-Artikolu 290(2) TFEU, oġġezzjoni u revoka, jistgħu jitqiesu bħala l-aktar modi komuni biex jiġi kkontrollat l-użu tas-setgħat iddelegati lill-Kummissjoni u għandhom jiġu inklużi t-tnejn f'kull att bażiku;

4.  Huwa tal-opinjoni li l-mekkaniżmi ta“ kontroll stipulati mil-Leġiżlatur għandhom jirrispettaw ċerti prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u li, b'mod partikolari, għandhom:

   ikunu sempliċi u jinftiehmu faċilment,
   jissalvagwardjaw iċ-ċertezza legali,
   jippermettu lill-Kummissjoni teżerċita s-setgħa ddelegata b'mod effikaċi, u
   jippermettu lil-Leġiżlatur li jissorvelja sew l-użu li jkun sar tas-setgħa ddelegata;

5.  Iqis li l-eżerċizzju tad-dritt ta“ oġġezzjoni tal-Parlament huwa neċessarjament ikkundizzjonat mir-rwol parlamentari u l-postijiet tax-xogħol tiegħu; iqis li perjodu fiss għal oġġezzjoni applikabbli għall-atti legali kollha mhuwiex ġustifikat, u li dan il-perjodu għandu jiġi stabbilit skont il-każ f'kull att bażiku, filwaqt li titqies il-kumplessità tal-kwistjonijiet, u għandu jkun biżżejjed biex jippermetti l-kontroll effikaċi tad-delega, mingħajr ma jdewwem b'mod li ma jkunx xieraq id-dħul fis-seħħ tal-atti ddelegati li ma jkunux kontroversjali;

6.  Iqis li proċedura ta“ urġenza prevista fl-att bażiku nnifsu għandha tiddaħħal għal każijiet partikolarment eċċezzjonali, pereżempju dawk dwar kwistjonijiet ta” sigurtà, saħħa jew kriżijiet umanitarji;

7.  Jemmen, madankollu, li l-maġġoranza l-kbira ta“ sitwazzjonijiet li jeħtieġu l-adozzjoni rapida ta” atti ddelegati jistgħu jiġu indirizzati bi proċedura flessibbli li tippermetti li jintwera nuqqas ta“ oġġezzjoni fi stadju bikri mill-Parlament u l-Kunsill, wara rikjesta mill-Kummissjoni f'każijiet ġustifikati sew;

8.  Isostni li l-perjodu ta“ żmien ta” delega jista“ jkun indefinit, b'kunsiderazzjoni tal-fatt li d-delega tista” tiġi revokata fi kwalunkwe ħin; huwa tal-opinjoni, madankollu, li delega ta“ perjodu limitat tista” tipprovdi l-possibilità ta“ tiġdid perjodiku wara talba espressa mill-Kummissjoni; iqis li d-delega tista” tiġġedded biss bil-kundizzjoni li la l-Parlament u lanqas il-Kunsill ma jesprimu xi oġġezzjonijiet qabel skadenza speċifikata;

9.  Joġġezzjona bil-qawwi għall-inserzjoni fl-atti bażiċi ta“ dispożizzjonijiet li jimponu obbligi addizzjonali fuq il-Leġiżlatur li jmorru lil hinn minn dawk li jinsabu fl-Artikolu 290 TFEU;

Arranġamenti prattiċi

10.  Iqis li ċerti arranġamenti prattiċi jistgħu jiġu kkoordinati aħjar f'Fehim Komuni bejn l-istituzzjonijiet, li jista“ jieħu l-forma ta” ftehim interistituzzjonali, u li jkopri inter alia:

   il-konsultazzjonijiet fit-tħejjija u t-tfassil ta“ atti ddelegati,
   l-iskambji reċiproċi ta“ tagħrif, b'mod partikolari fil-każ ta” revoka,
   l-arranġamenti għat-trażmissjoni tad-dokumenti,
   il-perjodi minimi għal oġġezzjoni mill-Parlament u mill-Kunsill;
   il-komputazzjoni tal-perjodi ta“ żmien,
   il-pubblikazzjoni ta“ atti fil-Ġurnal Uffiċjali fi stadji differenti tal-proċedura;

11.  Jenfasizza li, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha:

   tiżgura trażmissjoni bikrija u kontinwa ta“ informazzjoni u dokumenti rilevanti lill-kumitati rilevanti tal-Parlament, inklużi abbozzi suċċessivi ta” atti ddelegati u kwalunkwe kontribuzzjoni li tasal; għal dan l-għan jista“ jintuża r-reġistru attwali tal-komitoloġija bħala mudell għal sistema mtejba ta” informazzjoni diġitali,
   tagħti lill-Parlament aċċess għal laqgħat preparatorji, skambji ta“ opinjonijiet u konsultazzjonijiet relatati;

12.  Huwa tal-opinjoni li l-iskambju ta“ tagħrif qabel revoka għandu jseħħ bħala kwistjoni ta” trasparenza, kortesija u kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati biex b'hekk jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet kollha jkunu jafu tajjeb minn qabel bil-possibilità ta“ revoka; madankollu, iqis li l-introduzzjoni ta” obbligu legali speċifiku f'atti bażiċi li jeħtieġu stqarrija ta“ raġunijiet għall-adozzjoni ta” ċerti atti legali, apparti r-rekwiżit ġenerali stipulat fl-Artikolu 296 TFUE li hu applikabbli għall-atti legali kollha, hija eċċessiva u toħloq konfużjoni;

13.  Jipproponi li jiġi stabbilit perjodu minimu għall-oġġezzjoni fi kwalunkwe ftehim futur, b'mod li jingħad ċar li dan għandu jinftiehem mhux bħala miżura restrittiva iżda sempliċement bħala minimu li taħtu l-kontroll demokratiku tal-Parlament ma jkun jiswa xejn; iqis li l-perjodu minimu għal oġġezzjoni għandu jkun ta“ xahrejn, bil-possibilità li dan jiġi estiż b'xahrejn oħra fuq l-inizjattiva tal-Parlament jew tal-Kunsill; jenfasizza, madankollu, li l-perjodu għal oġġezzjoni għandu jiddependi min-natura tal-att iddelegat;

14.  Jinsisti, fil-kuntest ta“ kwalunkwe ftehim fil-futur, li l-perjodi differenti għall-iskrutinju ta” atti ddelegati għandhom jibdew biss meta l-Kummissjoni tittrażmetti l-verżjonijiet lingwistiċi kollha, u għandhom jikkunsidraw tajjeb il-perjodu ta“ waqfien mix-xogħol u dak elettorali tal-Parlament;

15.  Jenfasizza, fil-kuntest ta“ kwalunkwe ftehim futur, li l-atti delegati soġġetti għal dritt ta” oġġezzjoni jistgħu jiġu ppubblikati biss fil-Ġurnal Uffiċjali u għalhekk jidħlu fis-seħħ wara l-iskadenza tal-perjodu ta“ oġġezzjoni, ħlief meta tingħata nuqqas ta” oġġezzjoni bikrija; iqis li obbligu espress, li jeħtieġ li f'kull att bażiku l-Parlament u l-Kunsill jippubblikaw deċiżjonijiet meħuda biex jiġi kkontrollat l-eżerċizzju tas-setgħat iddelegati tal-Kummissjoni, huwa żejjed;

Rimarki finali

16.  Jistieden lil kull wieħed mill-kumitati tiegħu sabiex jiskambja u jaġġorna b'mod regolari l-aħjar prattika u jistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi żgurat li l-prattiki tal-Parlament skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jkunu koerenti kemm jista“ jkun; jenfasizza l-ħtieġa li kull kumitat parlamentari jorganizza l-ħidma tiegħu b'mod li jkun kompatibbli mal-karattru speċifiku tiegħu u li jibbenefika mill-kompetenza akkumulata;

17.  Jitlob lill-amministrazzjoni tal-Parlament biex tagħmel riallokazzjoni tar-riżorsi (b'mod li tiġi żgurata n-newtralità baġitarja) bħala mezz kif tipprovdi l-impjiegi meħtieġa biex jingħata appoġġ xieraq fil-qadi tal-obbligi marbuta mal-Artikolu 290 TFEU; jitlob approċċ istituzzjonali għall-evalwazzjoni tal-istrutturi amministrattivi u r-riżorsi umani disponibbli biex jiġu żviluppati kompetenzi ddelegati;

18.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta bħala kwistjoni ta“ prijorità l-proposti leġiżlattivi meħtieġa biex l-acquis jiġi adattat għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE; jikkunsidra, fir-rigward tal-Artikolu 290 tat-TFUE, li dan l-allinjament ma għandux ikun limitat għal dawk il-miżuri li diġà ġew indirizzati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju, iżda għandu jkopri l-miżuri xierqa kollha ta” ambitu ġenerali indipendentement mill-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew tal-komitoloġija applikabbli għalihom qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona;

19.  Jinsisti li l-ewwel prijorità għandha tkun li jiġi adattat l-acquis fl-oqsma politiċi li qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta“ Lisbona ma kienux suġġetti għall-proċedura ta” kodeċiżjoni; jitlob li jiġu ttrattati skont il-każ b'tali mod biex jiġi żgurat, b'mod partikolari, li l-miżuri xierqa kollha ta“ ambitu ġenerali li qabel kienu adottati skont l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta” Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(4) jkunu definiti bħala atti ddelegati;

20.  Iqis li sabiex jisseddqu bis-sħiħ il-prerogattivi tal-Leġiżlatur, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-użu relattiv tal-Artikoli 290 u 291 TFUE u lill-konsegwenzi prattiċi tal-applikazzjoni ta“ wieħed mill-artikoli jew l-ieħor, sew waqt l-allinjament imsemmi aktar ”il fuq u sew waqt li jkunu qed jiġu ttrattati proposti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja; jinsisti li l-koleġiżlaturi għandhom is-setgħa li jiddeċiedu li l-kwistjonijiet li jkunu ġew adottati qabel skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju (RPS) jistgħu jiġu adottati skont l-Artikolu 290 TFUE jew skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

o
o   o

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 8 E, 14.1.2010, p. 22.
(2) Testi adottati, P6_TA(2009)0373.
(3) Testi adottati, P7_TA(2009)0083.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

Avviż legali - Politika tal-privatezza