Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar l-agrikoltura tal-UE u t-tibdil fil-klima (2009/2157(INI))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-dokument ta“ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu ”L-adattament għat-tibdil fil-klima: l-isfida għall-agrikoltura u għaż-żoni rurali Ewropej“ (SEC(2009)0417),
– wara li kkunsidra d-dokument ta“ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni bit-titolu ”Ir-rwol tal-agrikoltura Ewropea fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima“ (SEC(2009)1093),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta“ Novembru 2007 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ħamrija u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta“ Marzu 2008 dwar ”l-agrikoltura sostenibbli u l-bijogass: il-ħtieġa għal reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE“(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta“ Frar 2009 dwar ”l-2050: Il-Ġejjieni jibda llum – Rakkomandazzjonijiet għal politika tal-UE integrata fil-ġejjieni dwar il-bidla fil-Klima“(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta“ Marzu 2009 dwar ”l-isfida tad-degradazzjoni tal-art agrikola fl-UE, b'mod partikulari fl-Ewropa tan-nofsinhar: tweġiba permezz tal-istrumenti tal-politika agrikola komuni“(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta“ Novembru 2009 dwar l-istrateġija tal-UE għall-Konferenza ta” Kopenħagen dwar il-Bidla fil-Klima (COP 15)(5),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Evalwazzjoni Internazzjonali tal-Agrikoltura, ix-Xjenza u t-Teknoloġija għall-Iżvilupp (IAASTD) imfassal mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) u l-Bank Dinji u ffirmata minn 58 pajjiż,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0060/2010),
A. billi t-tibdil fil-klima b'riżultat tal-akkumulazzjoni fil-passat ta“ gassijiet b'effett ta” serra fl-atmosfera huwa fatt stabbilit xjentifikament li jista“ jkollu konsegwenzi gravi fuq l-ekosistemi,
B. billi l-agrikoltura hi konċernata b'mod dirett minħabba li hi waħda mill-attivitajiet ekonomiċi li jimmaniġġjaw ir-riżorsi naturali għall-benefiċċju tal-bniedem,
C. billi t-tibdil fil-klima huwa wieħed mill-perikli l-iktar serji għall-ambjent, iżda wkoll għall-ordni soċjali u ekonomika, il-produttività ta“ prodotti agrikoli tinbidel minn sena għal oħra minħabba s-sensittività tagħha għal bidliet estremi tal-kundizzjonijiet klimatiċi, b'impatt indirett fuq is-setturi kollha tal-ekonomija, minkejja li l-agrikoltura tibqa” l-qasam l-iktar vulnerabbli minnhom,
D. billi l-agrikoltura bħala waħda mis-sorsi ewlenin ta“ żewġ gassijiet importanti li għandhom effett ta” serra, li huma l-ossidu nitruż u l-metanu, li huma ġġenerati minn proċessi bioloġiċi differenti fil-produzzjoni agrikola, qed tikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima, filwaqt li hi esposta ħafna għall-effetti ħżiena ħafna ta“ dan it-taħwid,
E. billi l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta“ serra mill-agrikoltura (inkluża t-trobbija tal-bhejjem) naqqsu b”20% fl-UE-27 bejn 1999 u l-2007 u l-proporzjon tal-emissjonijiet ta“ gassijiet b'effett ta” serra tal-Unjoni prodotti fl-agrikoltura naqas minn 11% fl-1990 għal 9.3% fl-2007, fost oħrajn bħala riżultat taż-żieda fl-effiċjenza tal-agrikoltura tal-UE, innovazzjonijiet kontinwi u l-użu ta“ tekniki ġodda, l-użu iktar effikaċi ta” fertilizzanti u r-riformi riċenti tal-PAK,
F. billi l-agrikoltura u l-foresta huma s-setturi ekonomiċi ewlenin li jistgħu jaqbdu s-CO2 li jirriżulta mill-attivitajiet tal-bniedem, li jikkonservaw u jaħżnuh fil-ħamrija permezz tal-kapaċità tagħhom ta“ mħażen, u li jassimilawh fil-ħxejjex permezz tal-fotosintesi; billi dawn is-setturi għandhom potenzjal sinifikanti biex jipparteċipaw b'mod pożittiv għall-isforzi ta” mitigazzjoni tat-tisħin,
G. billi t-tibdil fil-klima diġà kellu konsegwenzi negattivi fuq l-agrikoltura tal-UE (inkluż tnaqqis fir-riżorsi tal-ilma, tmelliħ tal-ilma li jintuża għat-tisqija, nixfiet aktar frekwenti, deżertifikazzjoni, żieda qawwija fl-ammont ta“ xita fix-xitwa u għargħar fit-Tramuntana, żoni kostali baxxi mhedda miż-żieda fil-livell tal-baħar u r-riskju ta” tmelliħ, tempesti u temp estrem ieħor, erożjoni, ċediment tal-art, proliferazzjoni ta“ insetti qerrieda u mard tal-annimali u tal-pjanti), u billi l-aċċellerazzjoni mistennija ta” dawn il-problemi jista“ jkollha riperkussjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali serji għas-settur agrikolu, forestali u turistiku,
H. billi s-settur agrikolu għandu l-ħila kemm li jadatta ruħu kif ukoll li jtaffi l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, bis-saħħa tal-għarfien espert tal-bdiewa, PAK b'saħħitha u l-iżvilupp tar-riċerka u l-innovazzjoni, iżda li fir-rigward ta“ proċessi naturali li huwa diffiċli li jiġu kkontrollati, l-isforzi meħtieġa huma konsiderevoli,
I. billi l-agrikoltura Ewropea hija maħżen ta“ impjiegi li għalhekk ta” min jipproteġih u jiżviluppah,
J. billi l-agrikoltura tibqa“ kruċjali għaż-żamma tal-attività umana fit-territorji Ewropej rurali, partikolarment għall-firxa wiesgħa ta” servizzi li jistgħu jipprovdu l-bdiewa għall-bqija tas-soċjetà,
K. billi l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-iżvilupp tal-enerġija li tiġġedded jikkonċernaw l-agrikoltura b'mod dirett u billi dan l-iżvilupp jista“ jgħin sostanzjalment biex jonqsu l-emissjonijiet GHG,
L. billi waħda mill-funzjonijiet ewlenin tal-agrikoltura Ewropea hija li tintema“ l-populazzjoni tal-Unjoni,
M. billi l-Unjoni għandha tkun fuq quddiem fil-ġlieda kontra t-tisħin tal-pjaneta,
Kontribut tal-agrikoltura tal-Unjoni għall-isforzi ta“ mitigazzjoni tat-tisħin
1. Jafferma li l-agrikoltura tal-UE tista“ tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta” mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, iffissati mill-Unjoni billi toffri soluzzjonijiet u appoġġ biex tgħin fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta“ serra, filwaqt li tippromwovi s-sekwestrazzjoni tas-CO2 fil-ħamrija, l-iżvilupp tal-produzzjoni ta” enerġija rinnovabbli sostenibbli u li timmassimizza l-funzjoni tal-fotosintesi; jenfasizza li, għal dawn il-finijiet, huwa essenzjali li jitkattar l-iżvilupp ta“ agrikoltura li tipproduċi oġġetti li jistgħu jiġu negozjati u dawk li ma jistgħux jiġu negozjati li jisfruttaw ir-riżorsi potenzjali u naturali ta” kull ekosistema b'mod effiċjenti kemm jista“ jkun u li jirrikonċiljaw il-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali u tal-benesseri tal-annimali sabiex titjieb is-sostenibbiltà tagħha;
2. Billi jenfasizza li fil-każ ta“ sehem aktar attiv tal-agrikoltura fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima, sabiex il-pożizzjoni kompetittiva tas-settur tal-agroalimentari ma tiġix kompromessa fil-qafas tas-suq dinji;
3. Iqis li l-agrikoltura organika, il-prattika estensiva tal-mergħa u l-produzzjoni integrata huma xi alternattivi għal produzzjoni agrikola aktar ekoloġika; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet li jagħmluha possibbli għall-agrikoltura konvenzjonali, li tifforma l-parti l-kbira tal-biedja Ewropea, li tagħti kontribut kunsiderevoli għal approċċ sostenibbli għall-ambjent;
4. Jirrikonoxxi li l-innovazzjonijiet għandhom rwol ewlieni biex inaqqsu l-impatt li l-agrikoltura għandha fuq it-tibdil fil-klima u biex jonqsu l-konsegwenzi ambjentali;
5. Jitlob b'mod partikolari li l-PAK ġejjiena tinkoraġġixxi, permezz ta“ azzjonijiet ta” informazzjoni u ta“ taħriġ u permezz ta” miżuri li joffru inċentivi, il-prattiki li jikkontribwixxu għal titjib fl-effiċjenza tal-agrikoltura u l-potenzjal tagħha biex tnaqqas l-emissjonijiet ta“ gassijiet b'effett ta” serra, u għal titjib fis-sekwestru tal-karbonju, bħal:
–
it-tekniki li jikkombinaw l-użu simplifikat u xieraq tal-art li jiżguraw kopertura veġetali (bħat-tnaqqis fil-kultivazzjoni jew l-ebda kultivazzjoni tar-raba“, u li l-fdalijiet tal-uċuħ tar-raba” jitħallew fl-għelieqi) u li jippermettu l-kultivazzjoni ta“ diversi uċuħ u n-newba, li jimmassimizzaw il-fotosintesi u jippromwovu l-arrikkiment tal-ħamrija mil-lat ta” materji organiċi, kif wera l-proġett SoCo imniedi fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew;
–
il-konservazzjoni u l-iżvilupp tal-afforestazzjoni u l-forestazzjoni, l-iżvilupp tal-agroforestrija, l-ilqugħ tal-ħaxix (hedges), l-imsaġar fuq il-biċċiet tal-art, is-sistemi tal-mergħat permanenti jew temporanji;
il-ġestjoni aħjar tal-ħamrija u tal-minerali, u l-protezzjoni xierqa ta“ artijiet b'ħafna karbonju bħal pantani ta” artijiet mistagħdra (tkabbir ta“ uċuħ adattati bħall-qasab minflok ma l-art titnixxef mill-ilma);
–
il-modernizzazzjoni tal-farms (iżolament tal-bini, tagħmir effiċjenti mil-lat enerġetiku, użu ta“ enerġija li tiġġedded) u katini ta” produzzjoni aktar effiċjenti;
–
tekniki moderni ta“ tagħlif, taż-żamma tal-annimali u tat-trattament u l-użu tad-demel, li għandhom inaqqsu l-emissjonijiet tal-metanu b'mod sinifikanti;
–
l-użu ta“ enerġija tal-bijomassa integrata fil-produzzjoni tal-ikel, li għandha tikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju flimkien mal-użu ta” prodotti sekondarji u skart tas-CO2;
–
it-taħwil ta“ wċuħ għall-enerġija mill-injam u mill-ħaxix f'artijiet mistagħdra, żoni li huma niedja jew imrammla u żoni li huma anqas adattati għall-agrikoltura, bil-għan li jiżdied l-assorbiment tas-CO2 u s-sekwestru tal-karbonju;
6. Jenfasizza li dawn il-prattiki agrikoli li jirrispettaw aktar l-ambjenti naturali għandhom ukoll effetti pożittivi fuq l-arrikkiment tal-bijodiversità u fuq il-kwalità tal-ħamrija, fuq iż-żamma tal-ilma u fuq il-ġlieda kontra l-erożjoni u t-tniġġis u li l-mitigazzjoni tal-impatt tal-attività tal-biedja fuq it-tibdil fil-klima huma wkoll fl-interess komuni għall-pubbliku, li għalih tikkontribwixxi l-agrikoltura;
7. Jiffavorixxi l-ħolqien ta“ politika forestali Ewropea komuni li tippromwovi ġestjoni u produzzjoni sostenibbli tal-foresti u li tivvaluta aħjar il-kontribut u l-iżvilupp ekonomiku tas-settur tal-injam, minħabba li dan is-settur jikkontribwixxi l-aktar għall-qbid tal-karbonju. Din il-politika għandha tqis bl-ikbar mod possibbli l-kundizzjonijiet reġjonali differenti għall-forestrija, minħabba li kemm opportunitajiet u theddidiet differenti għall-ambjent tal-foresti fl-Ewropa tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar;
8. Jindika li l-foresti jagħtu kontribut sinjifikanti għall-ġestjoni effiċjenti tal-ilma; għalhekk jenfasizza li l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa biex jimpenjaw ruħhom f'metodi ta“ ġestjoni tal-foresti li jwasslu għat-tnaqqis tad-differenzi fis-sistema tal-ilma bejn il-perijodi ta” nixfa u l-perijodi ta“ għargħar, li jwassal biex jiġu llimitati n-nixfa u l-għargħar negattivi għall-agrikoltura, il-produzzjoni tal-enerġija u l-populazzjoni;
9. Jirrakkomanda li jissaħħu l-politiki dwar ir-reġjuni muntanjużi, minħabba li s-setturi tal-mergħat u tat-trobbija tal-annimali għandhom rwol partikolarment importanti fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u jgħinu biex jaġġustaw u jnaqqsu l-vulnerabilità, b'mod partikulari permezz tal-ġestjoni xierqa tal-mergħat;
10. Jirrakkomanda li għandhom jitfasslu strateġiji għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-konsegwenzi negattivi għall-agrikoltura fl-Unjoni Ewropea permezz ta“:
–
pjan ta“ azzjoni għal dawk iż-żoni l-aktar milquta: l-użu ta” ċerti varjetajiet ta“ pjanti li huma reżistenti għall-kundizzjonijiet ġodda fil-klima, l-adattament tal-kalendarju ta” attivitajiet tal-biedja għall-kundizzjoniet il-ġodda, l-afforestazzjoni, il-bini ta“ serer, il-ġestjoni ta” riżorsi tal-ilma għall-agrikoltura u li l-art imniġġsa tagħmel anqas ħsara lill-ambjent;
–
barra minn hekk, miżura oħra għandha tkun pjan għall-futur bil-għan li jiġu eliminati l-kawżi tat-tibdil fil-klima bil-promozzjoni ta“ ekonomija globali bbażata fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2,u fuq il-promozzjoni tas-sigurtà fil-provvista tal-enerġija;
11. Jenfasizza li l-emissjonijiet ta“ ossidu nitruż jistgħu jitnaqqsu permezz ta” użu aktar effiċjenti tal-fertilizzanti tan-nitroġenu (l-agrikoltura ta“ preċiżjoni); jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li l-fertilizzazzjoni bl-użu tar-residwu tal-massa mill-produzzjoni tal-bijogass tipprovdi opportunitajiet għall-fertilizzazzjoni organika ta” preċiżjoni u għalhekk għat-tnaqqis tal-emissjonijiet;
12. Jitlob għal tisħiħ fir-riċerka dwar l-għalf għall-bhejjem u l-għażla ġenetika ta“ bhejjem tat-trobbija bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metanu, sakemm miżuri ta” mitigazzjoni bħal dawn ma jiġux adottati jekk jipperikolaw is-saħħa jew il-benesseri tal-annimali; jitlob ukoll li jkun hemm programm ta“ informazzjoni għall-edukazzjoni tal-konsumaturi dwar l-impatt tal-imġiba tax-xiri u tal-preferenzi tal-ikel tagħhom fuq il-klima;
13. Iħeġġeġ ukoll biex il-miżuri jiġu adottati bl-għan li titħaffef u tiġi intensifikata r-riċerka fit-tkattir tal-pjanti sabiex l-uċuħ tar-raba“ jkunu jistgħu jifilħu aktar għall-kundizzjonijiet klimatiċi l-ġodda u biex ikunu jistgħu jiġu ffaċċjati l-isfidi li joħolqu dawn il-bidliet, partikolarment billi tinżamm kwantità xierqa ta” materja prima ta“ kwalità tajba, li tiggarantixxi l-provvista tal-ikel; jemmen li riċerka bħal din għandha tiffoka prinċipalment fuq il-varjetajiet ta” pjanti reżistenti għan-nixfa u temperaturi għoljin u t-tekniċi rilevanti tal-uċuħ tar-raba“; jenfasizza wkoll li dawn il-varjetajiet jistgħu joffru alternattiva vijabbli għas-sistemi tal-irrigazzjoni attwali li jiswew il-flus u mhumiex effiċjenti u li jinsabu f'xi żoni, u għandhom ukoll il-vantaġġ li jintlaqgħu aħjar mill-komunitajiet lokal;
14. Jenfasizza li l-ottimizzazzjoni tal-ħżin u t-tifrix tal-fertilizzant organiku u t-trattament ta“ dan il-fertilizzant f'digesters anerobiċi bħalissa huma fost it-tekniki l-aktar promettenti għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-metanu (filwaqt li jipprovdu sors ta” enerġija li tiġġedded) u limitazzjoni tad-dependenza minn fertilizzanti kimiċi tan-nitroġenu, b'mod partikolari fir-reġjuni b'densità għolja ta“ trobbija; iqis li dan il-bijogass jgħin biex l-agrikoltura ssir awtosuffiċjenti fl-enerġija;
15. F'dan ir-rigward, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jkun jista“ jintuża diġestat mill-impjanti tal-fermentazzjoni tad-demel għall-produzzjoni tal-bijogass bħala sostitut għall-fertilizzant artifiċjali mingħajr ma dan jidħol fil-kategorija ta” “demel tal-annimali”, sabiex l-użu tal-fertilizzant artifiċjali jkun jista“ jkompli jonqos;
16. Jitlob li jiżdiedu l-isforzi tas-simplifikazzjoni amministrattiva u tar-riċerka u tal-iżvilupp għall-użu u l-promozzjoni tal-bijomassa li tinstab fil-farms (skart agrikolu jew forestali), il-bijogass li jirriżulta mit-trobbija u agrofjuwils sostenibbli oħra, sakemm dawn ma jipperikolawx is-sigurtà tal-ikel;
17. Jenfasizza li l-prinċipju tas-sostenibilità jrid jiġi infurzat meta tintuża l-bijomassa; għalhekk iqis li għandu jiġi mħeġġeġ l-użu tagħha qrib kemm jista“ jkun tal-post tal-produzzjoni tal-materja prima agrikola, li jippermetti biex jitnaqqas it-telf ta” enerġija minħabba trasport;
18. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-użu tal-bijomassa għat-tisħin jista“ jnaqqas b'mod konsiderevoli l-konsegwenzi negattivi tat-tibdil fil-klima; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu għajnuna għall-iżvilupp rurali lill-iskejjel pubbliċi rurali li jibdew jużaw sistemi ta” tisħin ibbażati fuq il-bijoenerġija;
19. Jenfasizza li użu aktar estensiv tal-ICT jista“ jtejjeb il-monitoraġġ ta” diversi fażijiet tal-produzzjoni u jtejjeb il-ġestjoni tagħhom biex tiżdied il-produzzjoni f'relazzjoni mal-użu tal-mezzi tal-produzzjoni u, fl-istess ħin, jonqsu l-emissjonijiet ta“ gassijiet serra u l-konsum tal-enerġija; jenfasizza, bl-istess mod, li l-użu aktar estensiv tal-ICT, l-integrazzjoni tal-politiki għall-promozzjoni tat-taħriġ għall-bdiewa f'teknoloġiji ġodda u l-appoġġ għall-innovazzjoni u l-intraprenditorija fost il-bdiewa żgħażagħ, b'mod partikolari huma temi importanti, kemm biex il-agrikoltura ssir aktar sostenibbli mil-lat ambjentali kif ukoll biex is-settur isir aktar kompetittiv;
20. Jenfasizza li l-Unjoni hi l-ikbar importatur tal-prodotti agrikoli, u dan jirrappreżenta spiża ikbar mil-lat ta“ karbonju minn dik tal-produzzjoni Ewropea, minħabba standards ambjentali li sikwit ikunu aktar baxxi f'pajjiżi terzi u minħabba emissjonijiet li jirriżultaw mit-trasport fuq distanzi twal u d-diforestazzjoni; iqis li jeħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati permezz ta” strateġija ta“ komunikazzjoni speċifika, dwar il-benefiċċji ta” dieta bbilanċjata u tajba għas-saħħa li tkun komposta minn prodotti reġjonali staġjonali ta“ kwalità għolja, u li jkunu prodotti minn agrikoltura sostenibbli u effiċjenti, li l-marka tal-karbonju tagħha tkun iddifferenzjata minn dik ta” prodotti importati; iqis ukoll li jeħtieġ li l-bdiewa Ewropej jiġu kumpensati b'mod ġust għall-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom u tiġi mħeġġa d-diversifikazzjoni fil-farms lokali (fost l-oħrajn permezz tal-iżvilupp tal-proteini veġetali fl-UE);
21. Japprova, f'dan ir-rigward, l-idea ta“ ttikkettar volontarju tal-oriġini tal-UE fil-każ ta” prodotti li joriġinaw għal kollox mill-Unjoni Ewropea;
22. Jitlob għall-implimentazzjoni ta“ mekkaniżmi ta” kontrolli effikaċi fuq il-prodotti impurtati minn pajjiżi terzi u jappoġġa r-reċiproċità sħiħa bejn il-kriterji li għandhom jintlaħqu mill-produtturi Ewropej biex jilqgħu għat-tibdil fil-klima, u tar-rekwiżiti li japplikaw għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi, sabiex jiġi evitat kull telf fil-kompetittività tal-prodotti Komunitarji;
23. Jenfasizza l-fatt li l-Unjoni għandha tinvesti fil-politika tal-iżvilupp rurali u tal-ġestjoni tal-foresti sabiex tikkoopera fit-tixrid ta“ prattiki ġodda u tippromwovi l-iżvilupp ta” sistemi agrikoli sostenibbli oħra fid-dinja;
Miżuri ta“ adattament tal-agrikoltura Ewropea għall-konsegwenzi tat-tisħin
24. Jenfasizza li l-agrikoltura Ewropea qiegħda tadatta ruħha u għandha tkompli tadatta ruħha għall-konsegwenzi tat-tibdil li qed iseħħ fil-klima u għandha tħejji ruħha għall-impatt li se jkollu dan it-tibdil għal diversi reġjuni tal-Unjoni;
25. Iqis, f'dan il-kuntest, li l-Unjoni għandha tiżviluppa strateġija koerenti ta“ adattament tal-agrikoltura għat-tipi differenti ta” konsegwenzi klimatiċi negattivi li se jirriżultaw:
–
minn naħa t-tisħin tal-klima medja;
–
min-naħa l-oħra l-varjabilità iktar kbira tal-kundizzjonijiet klimatiċi, li wieħed jinnota permezz tal-multipliċità tal-episodji estremi;
26. Iqis li l-PAK għandha tkun iffokata fuq ġestjoni iktar effikaċi u sostenibbli tar-riżorsi u li dan għandu jitqies fir-riforma li jmiss tal-PAK, inkluż pereżempju:
–
il-ġestjoni bl-aħjar mod tar-riżorsi tal-ilma (sistemi ta“ tisqija iktar effikaċi, l-użu tal-ilma reċiklat, prattiki għall-konservazzjoni tal-ilma fir-raba”, ġwiebi eċċ.), l-għoti ta“ responsabbiltà lill-utent;
–
l-għażla ta“ varjetajiet, magħżula partikolarment għal kemm huma robusti f'dak li għandu x'jaqsam ma” sitwazzjonijiet estremi, u l-prattika tan-newba billi jitqiesu n-nixfa, il-mard, eċċ;
–
il-protezzjoni tal-ħamrija (biż-żamma tal-materjal organiku tagħha) mill-erożjoni minħabba l-ilma u minħabba r-riħ;
–
it-tħawwil ta“ siġar, sisien tal-ħaxix jew ta” żoni bis-siġar fit-trufijiet tal-oqsma tal-biedja biex jinżamm l-ilma, biex iżommu l-ilma milli jintilef fil-widien u biex iservu ta“ lqugħ kontra r-riħ u ta” kenn għall-ħlejjaq li jipproteġu l-uċuħ tar-raba“ bħalma huma l-insetti li jġorru t-trab tad-dakra;
–
il-manutenzjoni ta“ mergħat u l-promozzjoni tal-produzzjoni tal-bhejjem fil- mergħat;
–
il-miżuri ta“ sorveljanza u ta” kontroll tal-mard; f'dan il-qafas, il-ħolqien ta“ dispożizzjonijiet nazzjonali u wara Ewropej ta” segwitu tal-emerġenzi u tal-emerġenzi mill-ġdid li jidhru neċessarji;
–
il-miżuri ta“ sorveljanza u ta” kontroll tal-insetti; f'dan il-kuntest, is-segwitu tal-potenzjal tal-invażività u l-miżuri tal-protezzjoni tas-saħħa (kontrolli msaħħa fil-fruntieri u fil-postijiet sensittivi, bħall-mixtliet u l-ajruporti, miżuri ta“ bijosigurtà) għandhom jiġu żviluppati;
–
ir-rijabilitazzjoni ta“ ambjenti degradati;
–
il-manutenzjoni ta“ foresti adattati għat-tibdil fil-klima u l-ġestjoni ta” foresti għat-tnaqqis tar-riskju ta“ nirien;
27. Jenfasizza li jista“ jkun meħtieġ li mhux biss tiġi introdotta il-ġestjoni tal-ilma fl-artijiet li kienu inundabbli minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena lokali imma li ġew ixxuttati, imma wkoll li jiġi eżaminat mill-ġdid l-irregolar tal-kors tal-ilma, li l-artijiet inundabbli jingħataw ħajja mill-ġdid u li fihom jitħawwlu foresti mill-ġdid;
L-implikazzjonijiet għall-mudell agrikolu Ewropew
28. Jenfasizza li l-PAK se jkollha tikkontribwixxi għal politika agrikola aktar sostenibbli, filwaqt li jiżdied id-dħul u nżommu f'moħħna li t-tisħin klimatiku jista“ jixħet dubji dwar il-ħila tal-produzzjoni u tal-alimentazzjoni tal-popolazzjoni tad-dinja, inkluża l-Ewropa;
29. Iqis fl-istess ħin li l-PAK għandha tinkoraġġixxi mil-lat finanzjarju lill-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri biex jadottaw miżuri favur:
–
il-kostituzzjoni mill-ġdid tal-kapaċità ta“ produzzjoni u ta” protezzjoni tal-ekosistemi naturali, tal-koltivazzjonijiet agrikoli u ta“ riżorsi oħra milquta min-nixfa u mid-deżertifikazzjoni jew mill-għargħar;
–
it-titjib tal-modi ta“ użu tar-riżorsi tal-ilma, tal-ħamrija u tal-veġetazzjoni, li biż-żmien urew li huma limitati;
–
l-adozzjoni ta“ miżuri ta” identifikazzjoni, ta“ titjib u ta” promozzjoni tal-varjetajiet ta“ pjanti u ta” speċi ta“ annimali fiż-żoni ta” nixfa u/jew esposti għal riskju ta“ deżertifikazzjoni;
–
it-titjib tal-miżuri preventivi;
30. Jinnota li l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-agrikoltura huwa dirett u ta“ ħafna ħsara u li, minħabba dan, għandha tingħata prijorità lill-agrikoltura meta jitħejjew miżuri maħsuba biex itaffu l-effetti tat-tibdil fil-klima;
31. Huwa tal-opinjoni li l-“isfidi l-ġodda” msemmija fil-Verifika tas-Saħħa tal-PAK, jiġifieri t-tibdil fil-klima, il-ġestjoni tal-ilma, l-enerġiji rinnovabbli u l-bijodiversità, għandhom jiġu mtennija u r-rispett għal u t-titjib tal-kwalità tal-ħamrija u l-funzjonijiet tagħha (qbid tal-karbonju, kapaċità ta“ żamma tal-ilma u elementi minerali, ħajja bijoloġika...) għandhom jiżdiedu wkoll ma” dawn l-isfidi minħabba li dawn kollha huma kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw l-interessi tal-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni, u għandhom jitqiesu iktar fil-PAK futura;
32. Jinnota li s-sistema attwali ta“ ekokundizzjonalità, li tfasslet biex tiżgura li l-produtturi agrikoli jiksbu standards għoljin ħafna f'termini ta” benesseri tal-annimali, is-saħħa tal-annimali u l-protezzjoni tal-ambjent, kienet problematika għall-bdiewa u, fil-forma attwali tagħha, forsi ma kinitx l-aqwa mezz għall-kisba tar-riżultati mixtieqa; jitlob, fil-kuntest tar-riforma tal-PAK li jmiss, li jkun hemm iktar enfasi fuq mudelli ta“ produzzjoni iktar sostenibbli u effiċjenti, filwaqt li jitqies li dawn jeħtieġu l-finanzjament pubbliku sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jkopru l-ispejjeż żejda li jirriżultaw mill-provvista ta” “oġġetti pubbliċi” ta“ benefiċċju għas-soċjetà kollha (bħall-preservazzjoni taż-żoni rurali, il-konservazzjoni tal-bijodiversità, il-qbid tal-karbonju u s-sigurtà tal-ikel);
33. Jirrikonoxxi li l-PAK għandha tiffissa l-kritejri l-iktar għoljin fid-dinja fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent; josserva li minn dan se jirriżultaw spejjeż li se jkunu impossibbli li jiġu rikoperti mis-suq, għalkemm dan jista“ jitqies parzjalment bħala fornimet ta” beni pubbliċi, u li se jkun neċessarju li l-produtturi Ewropej jiġu protetti mill-pajjiżi terzi, li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ambjent;
34. Jemmen li t-tibdil fil-klima qed iġiegħel lill-Unjoni tadatta l-mudell tal-politika agrikola; konsegwentement jistieden lill-Kummissjoni, fil-kommunikazzjoni futura dwar ir-riforma tal-PAK wara l-2013, biex tippromwovi mudell agrikolu iktar sostenibbli u effiċjenti skont l-għanijiet tal-PAK, preparati biex jipproduċu ikel suffiċjenti u sikur u b'iktar rispett għall-bilanċ ambjentali; mudell bħal dan għandu jkun ibbażat fuq sistema ta“ appoġġ ġusta u leġittima għall-bdiewa u għandu jsaħħaħ ir-rwol tal-professjoni tal-biedja;
35. Jemmen li sabiex l-agrikoltura Ewropea fil-futur tkun tista“ tikkontribwixxi għas-sikurezza tal-ikel u għall-protezzjoni tal-ambjent, li hu meħtieġ li tinżamm PAK ambizzjuża li tkun tintegra, b'mod partikolari, is-sistema ta” ħlasijiet diretti ffinanzjati mill-baġit Komunitarju u tal-ħlasijiet sempliċi u iktar ekwi fl-Unjoni kollha;
36. Jissottolinja li hu importanti li tinħoloq u li tiġi garantita b'mod permanenti bażi għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi alternattivi li jnaqqsu l-grad tad-dipendenza tal-komunitajiet lokali fir-rigward tal-produzzjoni agrikoli milquta min-nixfa jew għar-riżorsi naturali; jissottolinja li l-aċċess għall-finanazjarment tal-Fondi Ewropej huwa determinanti biex jiggarantixxi l-kundizzjonijiet ta“ żvilupp tal-attiitajiet ekonomiċi alternattivi;
37. Jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza tal-promozzjoni tal-prattiki ta“ ppjanar integrat tal-iżvilupp fiż-żoni rurali skont il-bżonnijiet lokali, permezz tal-introduzzjoni ta” prinċipji ta“ ottimizzazzjoni tal-użu tal-art, għall-adattament għall-kundizzjonijiet ambjentali ġodda (nixfa fit-tul, ċediemtn tal-art, għargħar, eċċ.) tas-suq tal-beni u tas-servizzi prodotti fil-livell lokali;
38. Jitlob ukoll lill-Kummissjoni sabiex tirrifletti dwar sistemi ta“ għajnuna ġodda għall-appoġġ għall-kontribut tal-agrikoltura fit-tnaqqis tas- CO2 bħall-assimilazzjoni tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa agrikola u li jagħmluha possibbli li jiġi promoss l-użu tal-art agrikola, ħaġa li għandha rwol pożittiv fir-rigward tat-tibdil tal-klima;
39. Jenfasizza li hu meħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel stima korretta tal-ispejjeż marbuta mal-adattament tal-agrikoltura għat-tibdil fil-klima;
40. Iqis li hu neċessarju li l-istrumenti ta“ ġestjoni tar-riskji u tal-kriżijiet jissaħħu u jiġu adattati għall-volatilità dejjem akbar tas-swieq u għal riskji klimatiċi akbar;
41. Jenfasizza, minħabba l-kobor tal-isfida tal-klima u l-investiment, li l-oqsma tal-agrikoltura u l-foresti għandhom jiddedikaw ħin għal metodi ta“ produzzjoni iktar sostenibbli u li hu meħtieġ li tinżamm PAK soda b'baġit xieraq għal wara l-2013; iżid li l-ħtieġa għal iktar riżorsi finanzjarji biex titħeġġeġ it-tixrid ta” teknoloġiji u sistemi moderni u innovattivi bil-potenzjal li jagħtu riżultati konkreti f'termini ta“ mitigazzjoni u adattament fid-diversi setturi agrikoli;
42. Jenfasizza li, filwaqt li l-PAK mhijiex politika Ewropea bbażata fuq il-klima, din madankollu għandha tipprovdi bażi għall-introduzzjoni ta“ għodda u inċentivi effikaċi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u li dan l-element għandu jitqies waqt id-dibattitu dwar il-baġit tal-UE futur;
43. Hu tal-fejhma li l-Unjoni Ewropea għandha żżomm il-pożizzjoni tagħha ta“ mexxejja fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, filwaqt li din il-kwisjoni m'għandhom tieħu t-tieni post minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi attwali;
44. Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea teħtieġ politiki għall-iżvilupp u għall-finanzjament tal-agrikoltura li jiggarantixxu ikel sikur u ta“ kwalità għolja;
o o o
45. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.