Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/2007(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0074/2010

Testi mressqa :

A7-0074/2010

Dibattiti :

PV 21/04/2010 - 3
CRE 21/04/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 05/05/2010 - 13.49
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0139

Testi adottati
PDF 331kWORD 71k
L-Erbgħa, 5 ta' Mejju 2010 - Brussell
Kwittanza 2008: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll tal-aġenziji
P7_TA(2010)0139A7-0074/2010

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta“ Mejju 2010 dwar il-kwittanza 2008: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll tal-aġenziji (2010/2007(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew tal-15 ta“ Ottubru 2008 dwar is-segwitu għad-Deċiżjonijiet ta” Kwittanza tal-2006 (COM(2008)0629) u d-dokument ta“ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjahom (SEC(2008)2579),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-11 ta“ Marzu 2008 bl-isem: ”L-aġenziji Ewropej – Il-mixja “l quddiem” (COM(2008)0135),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta“ Ottubru 2008 dwar strateġija favur l-implimentazzjoni futura tal-aspetti istituzzjonali tal-Aġenziji Regolatorji(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta“ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta“ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 5/2008 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bl-isem “L-aġenziji tal-Unjoni Ewropea: L-ilħuq tar-riżultati”,

–   wara li kkunsidra l-istudju tal-2009 tal-Parlament dwar il-fattibilità u l-possibilità tas-servizzi komuni għall-aġenziji tal-Unjoni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0074/2010),

A.   billi din ir-riżoluzzjoni, għal kull wieħed mill-organiżmi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tinkludi l-osservazzjonijiet orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta“ kwittanza b'konformità mal-Artikolu 96 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 u mal-Artikolu 3 tal-Anness VI tar-Regoli ta” Proċedura tal-Parlament Ewropew,

B.   billi l-għadd ta“ aġenziji żdied bħal qatt qabel matul l-aħħar snin, kif deċiż mil-leġiżlatur tal-UE, u billi dan għamilha possibbli li ċerti ħidmiet tal-Kummissjoni jiġu esternalizzati u li jingħataw kompiti addizzjonali lill-aġenziji, bir-riskju, xi kultant, li dan jidher ekwivalenti għal żarmar tal-amministrazzjoni tal-Unjoni li jhedded il-ħila tagħha biex taqdi dmirijietha,

C.   billi, wara l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tal-11 ta“ Marzu 2008, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni nedew il-proġett ta” definizzjoni ta“ qafas komuni għall-aġenziji u fl-2009 ħolqu grupp ta” ħidma interistituzzjonali,

D.   billi l-kontribuzzjonijiet tal-Komunità lill-aġenziji deċentralizzati (bl-esklużjoni tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (EAR), li issa hija magħluqa) bejn l-2000 u l-2010 żdiedu b'madwar 610% minn EUR 94 700 000 għal EUR 578 874 000, u l-għadd tal-persunal kiber b'madwar 271%, minn 1 219 għal 4 794; jinnota, madankollu, li l-għadd ta“ Aġenziji deċentralizzati żdied minn 11 fl-2000 għal 29 fl-2010, ċifri li jikkorrispondu għal 0.102% tal-baġit totali tal-UE għall-2000 u 0.477% għall-2010,

I.Sfidi komuni dwar il-ġestjoni finanzjarja
Trasferimenti u kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet operattivi

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ġibdet l-attenzjoni għal livell għoli ta“ trasferimenti u ta” kanċellazzjonijiet ta“ approprjazzjonijiet operattivi ta” diversi aġenziji għas-sena finanzjarja 2008; jisħaq li din is-sitwazzjoni spiss tkun indikazzjoni ta“ dgħufijiet fis-sistema tal-ippjanar tar-riżorsi tal-aġenziji; iqis, konsegwentement, li dawn l-aġenziji għandhom japplikaw:

   sistema effikaċi ta“ pprogrammar u ta” kontroll tal-iskadenzi kuntrattwali stabbiliti,
   proċess ta“ evalwazzjoni tar-riskji dwar l-attivitajiet tagħhom sabiex, wara dan, ikun possibbli li jkun hemm segwitu mill-qrib ta” dawn,
   sistema ta“ approprjazzjonijiet differenzjati fil-baġits futuri li jeffettwaw is-sussidji, sabiex ikunu evitati kanċellazzjonijiet fis-snin finanzjarji li jmiss;

2.  Jinnota, wkoll, li ċerti aġenziji għandhom diffikultajiet biex jiġġestixxu żieda kbira tal-baġit tagħhom; jistaqsi, konsegwentement, jekk ma jkunx iktar responsabbli li l-awtoritajiet baġitarji fil-futur joqogħdu iktar attenti meta jiddeċiedu favur żidiet tal-baġit ta“ ċerti aġenziji filwaqt li jqisu ż-żmien meħtieġ biex jiġu implimentati l-attivitajiet il-ġodda; jitlob, f'dan il-kuntest, lill-aġenziji li spiss jiltaqgħu ma” din il-problema biex jagħtu lill-awtorità baġitarja iktar dettalji dwar il-fattibilità tal-impenji futuri tagħhom;

Flus kontanti

3.  Jinnota li ħafna aġenziji jirreġistraw ammonti kbar ta“ flus kontanti għal tul ta” żmien; jitlob lill-Kummissjoni u lill-aġenziji biex ifittxu possibilitajiet sabiex iniżżlu l-ammonti ta“ flus kontanti għal livelli aċċettabbli; jitlob lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward biex teżamina ukoll kunċetti alternattivi komuni għall-ġestjoni effiċjenti tal-flus kontanti u sabiex tiżviluppa proposti bil-ħsieb li jinbidlu l-kundizzjonijiet ta” qafas strutturali favur ġestjoni aktar effiċjenti tal-flus kontanti; jinnota wkoll, iżda, li l-aġenziji jirċievu pagamenti wara li x-xogħol awtorizzat ikun intemm u tħallas (pereżempju, xogħol imwettaq minn rapporteurs) u għaldaqstant f'kull każ huwa essenzjali li jinżammu xi somom kontanti;

Insuffiċjenzi fil-proċeduri tal-akkwist

4.  Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri reġgħet sabet nuqqasijiet fil-proċeduri tal-akkwist fi ħdan diversi aġenziji; jesprimi tħassib, b'mod partikolari dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li fl-2008, l-ewwel nett, ma saret l-ebda stima tal-valur tas-suq qabel ma nbdiet il-proċedura, u t-tieni, kien hemm nuqqasijiet rikorrenti u serji fil-monitoraġġ tal-kuntratti u fl-ipprogrammar tal-operazzjonijiet tal-għoti ta“ kuntratti; jissottolinja li din is-sitwazzjoni hija indikazzjoni ta” nuqqas kbir fil-kapaċitajiet ta“ kollaborazzjoni tas-servizzi differenti mdaħħlin f'kull aġenzijia kkonċernata minn dan in-nuqqas;

Riżorsi umani

5.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri reġgħet innotat nuqqasijiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proċeduri tar-reklutaġġ tal-persunal f'ċerti aġenziji; jissottolinja, b'mod partikolari, il-bżonn li titnaqqas id-differenza bejn l-impjiegi previsti u l-impjiegi effettivi tal-aġenziji; jirrikonoxxi d-diffikultajiet li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE, speċjalment għall-aġenziji deċentralizzati; jitlob, barra minn hekk, lill-aġenziji biex jiggarantixxu aħjar it-trasparenza u n-natura mhux diskriminatorja tat-trattament tal-kandidati esterni u interni;

Ftehimiet tal-kwartieri ġenerali

6.  Jinnota li ħafna mill-ftehimiet tal-kwartieri ġenerali konklużi bejn l-aġenziji u l-pajjiżi ospitanti għandhom nuqqasijiet li naqqsu l-effiċjenza tal-aġenziji (pereżempju l-ispejjeż għolja tal-konnessjonijiet tat-trasport għal ċerti aġenziji, il-problemi marbuta mal-binjiet mikrija minn xi aġenzija, l-inklużjoni soċjali tal-persunal); jitlob, konsegwentement, li meta tittieħed deċiżjoni mill-Kunsill dwar il-kiri tal-kwartieri ġenerali tal-aġenzija, il-pajjiżi li jospitaw jipprovdu ftehimiet tal-kwartieri ġenerali iktar dettaljati u ta“ vantaġġ għall-aġenziji; hu wkoll favur iċ-ċaqliq possibli tal-kwartieri ġenerali tal-aġenzija fil-każ meta dawn il-ftehimiet tal-kwartieri ġenerali jwasslu għal ineffiċjenzi serji; jitlob lill-grupp ta” ħidma interistituzzjonali dwar l-aġenziji biex jindirizza l-kwistjoni u possibilment jiddefinixxi standards komuni għall-ftehimiet dwar il-kwartieri ġenerali;

Verifika interna

7.  Mhux lest li jaċċetta li aġenziji jimpjegaw persunal b'kuntratti interim għall-qadi ta“ dmirijiet finanzjarji li jitqiesu sensittivi;

8.  Jitlob lill-Bordijiet Eżekuttivi tal-aġenziji biex iqisu u, bħala segwitu, jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tas-servizz ta“ verifika interna tal-Kummissjoni sabiex japplikaw malajr miżuri neċessarji biex jintgħelbu n-nuqqasijiet identifikati;

9.  Iqis li l-kumitat ta“ verifika maħluq fl-2006 mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel għandu rwol importanti biex jgħin lill-Bord ta” Tmexxija billi jiżgura li x-xogħol tas-Servizz ta“ Verifika Interna tal-Kummissjoni u l-kapaċitajiet tal-verifika interna tal-Awtorità jitwettaq sewwa u jitqies adegwatament mill-Bord Eżekuttiv u mid-Direttur Eżekuttiv; jemmen, għaldaqstant, li dan il-kumitat ta” verifika fi ħdan l-Awtorità jista“ jservi ta” eżempju għal aġenziji oħra;

II.Il-governanza tal-aġenziji
Ir-raġunijiet tal-aġenziji

10.  Jinnota li l-kompiti ta“ ċerti aġenziji jixtiebhu ħafna; jitlob, konsegwentement, lill-grupp ta” ħidma interistituzzjonali dwar l-aġenziji biex jirrifletti dwar il-possibilità li xi aġenziji jaħdmu ma“ xulxin mill-qrib, jew saħansitra jingħaqdu ħaġa waħda;

11.  Jinnota, barra minn hekk, li l-aġenziji ż-żgħar (li jkollhom iktar minn 75 membru tal-persunal, bħall-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Awtorità Ewropea ta“ Sorveljanza tal-GNSS) iħabbtu wiċċhom ma” limiti kbar ħafna fil-qasam tal-effikaċità; jitlob, konsegwentement, lill-grupp ta“ ħidma interistitizzjonali dwar l-aġenziji biex jeżamina l-fattibbiltà li jistabbilixxi massa kritika għall-aġenziji u t-twaqqif ta” servizzi komuni li jipprovdu assistenza, pereżempju, fil-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti, fil-proċeduri tar-riżorsi umani u fil-proċess baġitarju;

Proċeduri dixxiplinari

12.  Ifakkar li fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza tal-2006 u l-2007 stieden lill-aġenziji biex jipprevedu l-ħolqien ta“ bord tad-dixxiplina konġunt; jinnota l-ostakli li għad hemm biex dan il-proġett jitwettaq, b'mod partikolari minħabba problemi ta” reklutaġġ tal-membri tal-bord tad-dixxiplina fost l-aġenti tal-kategoriji xierqa; jistieden, madankollu, lill-aġenzija responsabbli għall-koordinament tan-netwerk tal-aġenziji biex tistabbilixxi netwerk tal-membri tal-persunal li għandhom il-grad meħtieġ biex jagħmlu parti mill-bord tad-dixxiplina;

Il-Bord Eżekuttiv tal-aġenziji

13.  Ifakkar li l-parti l-kbira tal-aġenziji sottomessi għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2008 għandhom rappreżentant minn kull Stat Membru fil-Bord Eżekuttiv tagħhom; iqis, b'mod partikolari, li l-ispiża fissa ta“ governanza tal-aġenziji ż-żgħar ma tistax titqies bħala negliġibbli, bħal fil-każ tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija li għandu 27 membru fil-Bord Eżekuttiv u jimpjega biss 24 membru tal-persunal (fil-bidu tas-sena finanzjarja 2008) jew fil-każ tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol li għandha 84 membru fil-Bord Eżekuttiv tagħha u timpjega 64 membru tal-persunal (fis-sena finanzjarja 2008);

14.  Jeżiġi li l-Bordijiet Eżekuttivi tal-aġenziji tal-Unjoni jiżguraw konverġenza massima bejn l-ippjanar tal-ħidmiet u l-ippjanar tar-riżorsi (finanzjarji u umani), billi jdaħħlu l-metodu tal-ibbaġitjar skont l-attività u tal-ġestjoni skont l-attività, u jissottolinja li l-aġenziji huma sottomessi għall-prinċipju tat-tmexxija finanzjarja tajba u għad-dixxiplina baġitarja;

15.  Jitlob, konsegwentement, lill-grupp ta“ ħidma interistituzzjonali dwar l-aġenziji biex jikkunsidra jekk il-Kummissjoni għandhiex ikollha minoranza ta” blokkar waqt il-votazzjoni fil-bordijiet eżekuttivi, bil-għan li tiżgura li jittieħdu d-deċiżjonijiet tekniċi t-tajba għall-aġenziji;

Rwol tad-direttur tal-aġenzija

16.  Jitlob lill-grupp ta“ ħidma interistituzzjonali dwar l-aġenziji biex jeżamina l-kwalitajiet u l-ħiliet meħtieġa biex direttur imexxi aġenzija b'mod effikaċi, u biex sa mill-ħolqien tal-aġenzija, jikseb aċċess għal pariri esperti dwar ir-regoli baġitarji tal-UE;

Rwol tal-Kummissjoni

17.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-isforzi tagħha biex iġġib l-għajnuna amministrattiva meħtieġa kollha lill-aġenziji relattivament żgħar, b'mod partikolari lil dawn li nħolqu riċentement;

III.Prestazzjoni

18.  Jinsisti dwar in-neċessità li l-aġenziji jħejju programmi ta“ ħidma pluriannwali li jkunu konformi mal-istrateġija tal-Unjoni pluriannwali fis-settur; iqis li l-programm ta” ħidma annwali għandu jiffissa objettivi SMART u indikaturi RACER sabiex tiġi evalwata l-prestazzjoni; jissottolinja li l-programm ta“ ħidma ta” kull aġenzija għandu wkoll josserva l-limiti tal-baġit tal-aġenzija hekk kif ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja; jistieden, konsegwentement, lill-aġenziji biex jikkunsidraw l-introduzzjoni ta“ tabella Gantt fl-ipprogrammar ta” kull waħda mill-attivitajiet operattivi tagħhom, biex jiġi indikat malajr iż-żmien li kull uffiċjal qatta“ fuq proġett u jiġi preferut approċċ orjentat lejn il-kisba ta” riżultati;

19.  Iqis bħala ħaġa pożittiva l-applikazzjoni mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ta“ proċess ta” evalwazzjoni tar-riskji li, għas-sena 2009, diġà għandu jsaħħaħ u jagħmel possibbli s-segwitu mill-qrib tal-attivitajiet xjentifiċi u amministrattivi tal-Awtorità; jitlob, konsegwentement, li l-aġenziji l-oħra jkollhom rikors għal din il-prassi tajba introdotta minn dik l-Awtorità;

20.  Iqis bħala prassi tajba l-inizjattiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent li, sabiex ikollha prestazzjoni tajba, bniet sistema integrata ta“ kontroll tal-ġestjoni li tgħaqqad diversi applikazzjonijiet informatiċi ta” ġestjoni li jagħmluha possibbli għad-direzzjoni tal-Aġenzija li ssegwi l-avvanz tal-proġetti tagħha u l-użu tar-riżorsi tagħha fiż-żmien reali; jinnota li din is-sistema integrata ta“ kontroll tal-ġestjoni tgħaqqad l-applikazzjonijiet li ġejjin:

   (i) l-applikazzjonijiet finanzjarji li jinfurmaw dwar il-livell ta“ użu tal-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet;
   (ii) l-applikazzjoni ta“ ġestjoni taċ-ċiklu tal-karrieri li tippermetti li tiġi kkonfermata l-koerenza bejn id-deskrizzjonijiet tal-postijiet, il-prestazzjoni individwali u l-użu ta” miżuri korrettivi;
   (iii) is-sistema ta“ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol;
   (iv) is-sistema ta“ ġestjoni tal-pubblikazzjonijiet li tgħaqqad kull prodott ma” azzjoni tal-programm ta“ ħidma;

21.  Iqis bħala prassi tajba l-inizjattiva tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol li ħejjiet sistema ta“ segwitu tal-informazzjoni li hi tipprovdi; jissottolinja, b'mod partikolari, li din is-sistema tevalwa l-użu tal-informazzjoni li l-Fondazzjoni tipprovdi lil entitajiet immirati u l-impatt tagħha fuq il-proċess ta” deċiżjoni fil-livell tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-imsieħba soċjali;

22.  Jissottolinja l-importanza li ssir evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-aġenziji fil-proċess tal-kwittanza li jkun disponibbli lill-kumitat kompetenti li jieħu ħsieb l-aġenziji rispettivi tiegħu fil-Parlament; jistieden, konsegwentement, lill-Qorti tal-Awdituri biex teżamina l-kwistjoni fir-rapporti li jmiss tagħha dwar l-aġenziji;

23.  Jitlob, f'dan ir-rigward, lill-aġenziji biex, fit-tabella tagħhom li għandhom jehmżu mar-rapporti li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, jippreżentaw tabella komparattiva dwar l-operazzjonijiet imwettqa matul is-sena li għaliha għandha tingħata l-kwittanza u dawk imwettqa waqt is-sena finanzjarja preċedenti, sabiex l-awtorità ta“ kwittanza tkun tista” tivvaluta il-prestazzjoni tal-aġenziji minn sena għal oħra b'aktar effikaċja;

24.  Jistieden, barra minn hekk, lil kull aġenzija biex tagħti lill-awtorità ta“ kwittanza ”il-mudell ta“ loġika” li għandu jiġu ppreżentat fil-verifika tal-prestazzjoni tagħha, bil-għan li tiġi identifikata u stabbilita r-relazzjoni bejn il-bżonnijiet soċjoekonomiċi li għandhom jitqiesu rigward ħidmitha u l-objettivi, il-kisbiet u l-impatt tagħha, peress li r-riżultati milħuqa mill-aġenziji huma essenzjali u jeħtieġ li jidhru aktar;

IV.Djalogu interistituzzjonali dwar qafas komuni għall-aġenziji

25.  Jilqa“ l-ħolqien ta” grupp interistituzzjonali dwar l-aġenziji biex jeżamina, u possibbilment jistabbilixxi, standards komuni minimi għall-aġenziji deċentralizzati;

o
o   o

26.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rizoluzzjoni lill-aġenziji sottomessi għal din il-proċedura ta“ kwittanza, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri.

(1) ĠU C 15 E, 21.1.2010, p. 27.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

Avviż legali - Politika tal-privatezza