Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2010/0032(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0210/2010

Testi mressqa :

A7-0210/2010

Dibattiti :

PV 06/09/2010 - 16
CRE 06/09/2010 - 16

Votazzjonijiet :

PV 07/09/2010 - 6.11
CRE 07/09/2010 - 6.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 17/02/2011 - 6.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0301
P7_TA(2011)0061

Testi adottati
PDF 208kDOC 254k
It-Tlieta, 7 ta' Settembru 2010 - Strasburgu Verżjoni finali
Il-klawżola ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Korea ***I
P7_TA(2010)0301A7-0210/2010

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawżola ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Korea (COM(2010)0049 – C7-0025/2010 – 2010/0032(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-proposta ġiet emendata fis-7 ta' Settembru 2010 kif ġej(1) :

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal Regolament
Premessa 3 a (ġdida)
(3a)  Ostakoli kummerċjali fis-suq intern ta' msieħeb kummerċjali għandhom tendenza li jappoġġaw esportazzjonijiet minn dak is-suq “l barra u jekk ikun lejn l-Unjoni Ewropea b'hekk ikunu jistgħu jiġġeneraw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja.
Emenda 2
Proposta għal Regolament
Premessa 5
(5)  Jistgħu jitqiesu miżuri ta' salvagwardja biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi impurtat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal u taħt tali kundizzjonijiet li jikkawża, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 3.1, Kapitolu 3 tal-Ftehim. Kapitolu 3 tal-Ftehim.
(5)  Jistgħu jitqiesu miżuri ta' salvagwardja biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi impurtat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal jew tiżdied l-attività ekonomika konċernata b'tali miżura , u taħt tali kundizzjonijiet li jikkawża, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti jew attivitajiet ekonomiċi simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 3.1, Kapitolu 3 tal-Ftehim. Kapitolu 3 tal-Ftehim.
Emenda 3
Proposta għal Regolament
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  Dannu serju jew theddida ta' dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni jistgħu wkoll jiġu kkawżati bin-nuqqas ta' osservanza ta' obbligi speċifiċi tal-Kapitolu 13 tal-Ftehim - b'mod partikulari f'dawk li huma l-istandards soċjali u ambjentali stipulati fih - li b'hekk tkun meħtieġa l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja.
Emenda 4
Proposta għal Regolament
Premessa 5 b (ġdida)
(5b)  Jekk hemmx riskju ta' dannu serju jew theddida ta' dannu serju għal produtturi f'setturi speċifiċi tal-ekonomija fl-Unjoni jiddependi wkoll minn jekk ir-regoli tal-Ftehim dwar ostakoli mhux tariffarji għall-kummerċ ikunux osservati. Din il-konsiderazzjoni tista' tagħmel meħtieġ l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja.
Emenda 5
Proposta għal Regolament
Premessa 6 a (ġdida)
(6a)  Il-kompiti ta' segwitu u reviżjoni tal-Ftehim u, jekk ikun meħtieġ, l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja għandhom isiru bl-aktar mod trasparenti possibbli u bl-involviment tas-soċjetà ċivili. Għal dan l-iskop, il-Grupp Konsultattiv Domestiku u l-Forum tas-Soċjetà Ċivili jeħtieġ li jkunu inklużi f'kull stadju tal-proċess.
Emenda 6
Proposta għal Regolament
Premessa 6 b (ġdida)
(6b)  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja. Jekk ikun jidher ċar li l-miżuri ta' salvagwardja ma jkunux biżżejjed, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta komprensiva għal miżuri ta' salvagwardja aktar vasti, bħalma huma l-limitazzjoni tal-kwantitajiet, kwoti, arranġamenti għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet jew miżuri oħra korrettivi.
Emenda 7
Proposta għal Regolament
Premessa 7 a (ġdida)
(7a)  L-affidibilità ta' statistika dwar l-importazzjoni kollha mir-Repubblika tal-Korea lejn l-UE hija għalhekk kruċjali għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta' theddida ta' dannu serju għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi, jew għal setturi tagħha, mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
Emenda 8
Proposta għal Regolament
Premessa 13 a (ġdida)
(13a)  Il-monitoraġġ mill-qrib u l-valutazzjonijiet regolari għandhom jiffaċilitaw u jqassru l-inizjazzjoni tal-proċedimenti u l-fażi tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha timmonitorja regolarment l-istatistika tal-importazzjoni u l-esportazzjoni u tivvaluta l-impatt tal-Ftehim fuq setturi differenti minn dakinhar li jidħol fis-seħħ.
Emenda 9
Proposta għal Regolament
Premessa 13 b (ġdida)
(13b)  Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-produtturi tal-Unjoni għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw kontinwament l-istatistika rigward importazzjoni u esportazzjoni għal-linji sensittivi ta' prodotti koperti mill-Ftehim mill-jum li dan jidħol fis-seħħ, sabiex kwalunkwe dannu serju għall-produtturi tal-Unjoni jiġi identifikat kmieni biżżejjed.
Emenda 10
Proposta għal Regolament
Premessa 13 c (ġdida)
(13c)  Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti proċeduri marbutin mal-applikazzjoni tal-Artikolu 14 (rifużjoni ta', jew eżenzjoni minn, dazji) tal-Protokoll dwar id-definizzjoni ta' “prodotti oriġinanti” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva tal-Ftehim (minn hawn “il quddiem imsejjaħ il-”Protokoll ta' Regoli ta' Oriġini“) sabiex tiġi żgurata l-operazzjoni effettiva tal-mekkaniżmi stipulati f'dak l-Artikolu u sabiex ikun hemm disposizzjoni għal skambju globali ta' tagħrif mal-partijiet interessati relevanti.
Emenda 11
Proposta għal Regolament
Premessa 13 d u e (ġodda)
(13d)  Billi ma jkunx possibbli li tiġi limitata r-rifużjoni ta' dazju qabel ħames snin wara li jidħol fis-seħħ il-Ftehim, jista' jkun meħtieġ, abbażi ta' dan ir-regolament, li jiġu imposti miżuri ta' salvagwardja bi tweġiba għal dannu serju jew theddida ta' dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni li jkun ikkawżat mir-rifużjoni tad-dazju jew eżenzjoni tad-dazju. Għalhekk, minn dakinhar li jidħol fis-seħħ il-Ftehim, il-Kummissjoni tkun meħtieġa li timmonitorja partikolarment bir-reqqa, l-aktar fis-setturi sensittivi, ir-rata ta' inklużjoni fi prodotti importati mir-Repubblika tal-Korea ta' komponenti jew materjali minn pajjiżi terzi, kwalunkwe bidla f'din ir-rata, u l-impatt ta' tali bidliet fuq is-sitwazzjoni tas-suq.
(13e)  Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-istatistika Koreana u ta' pajjiżi terzi u telenka l-firxa ta' prodotti potenzjalment milquta mir-rifużjoni tad-dazji minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
Emenda 12
Proposta għal Regolament
Premessa 13 f (ġdida)
(13f)  Jekk minn investigazzjoni magħmula mill-Kummissjoni jiġi konkluż li d-dannu li jkun sar għall-industrija tal-Unjoni jkun riżultat tal-Ftehim għandu jinftiehem, għall-finijiet biss tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 1 (“ir-Regolament EGAF”), illi:
(a) “bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji kkawżati mill-globalizzazzjoni” kif użati fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament EGAF għandhom jinkludu żieda fl-importazzjonijiet mill-Korea lejn l-Ewropa, jew sitwazzjoni fejn jonqos li jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn il-Korea;
(b) telf ta' impiegi fl-industrija awtomobilistika:
- ikollhom “impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija reġjonali jew lokali” u “effett serju fuq l-impjiegi u fuq l-ekonomija lokali” kif użati, rispettivament fl-Artikolu 1(1) u 2(c) tar-Regolament EGAF; kif ukoll
– huma “ċirkostanzi eċċezzjonali” kif jingħad fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament EGAF.
______
1 ĠU L 406, 30.12.2006, p.1.
Emenda 13
Proposta għal Regolament
Premessa 13 g (ġdida)
(13g)  Sabiex jiġi evitat dannu serju jew theddida ta' dannu serju lill-produtturi jew setturi tal-ekonomija tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha timmonitorja bir-reqqa l-kapaċitajiet ta' produzzjoni f'dawk il-pajjiżi terzi fejn jiġu manufatturati dawk il-komponenti jew materjali li huma inklużi fi prodotti koperti mill-Ftehim, kif ukoll l-osservanza f'dawk il-pajjiżi ta' standards tal-ILO u n-NU li jirrigwardaw kundizzjonijiet soċjali u ta' xogħol u standards ambjentali.
Emenda 14
Proposta għal Regolament
Premessi 13 h-j (ġodda)
(13h)  L-Artikolu 11.1.2 tal-Kapitolu Ħdax tal-Ftehim jistabbilixxi r-rekwiżit li l-Partijiet ikollhom fit-territorji rispettivi tagħhom liġijiet għall-kompetizzjoni komprensivi li jindirizzaw b'mod effettiv ftehimiet ristrettivi, prattika kkoordinata u abbuż tad-dominanza minn xi intrapriza jew imprizi.
(13i)  L-Artikolu 11.6.2 tal-Kapitlu Ħdax jistabbilixxi obbligu għall-Partijiet li jikkoperaw fir-rigward tal-politika ta' infurżar rispettiva tagħhom u l-infurzar tal-liġijiet ta' kompetizzjoni rispettivi tagħhom, inkluż permezz ta' koperazzjoni fl-infurzar, notifika, konsultazzjoni u skambju ta' tagħrif mhux kunfidenzjali, ibbażati fuq il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Korea dwar koperazzjoni dwar attivtajiet kontra l-kompetizzjoni ffirmat fit-23 ta' Mejju 2009 (il-“Ftehim ta' Koperazzjoni”).
(13j)  L-iskop tal-Ftehim ta' Koperazzjoni huwa li jikkontribwixxi għall-infurzar effettiv tal-liġijiet tal-kompetizzjoni ta' kull Parti permezz tal-promozzjoni tal-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Partijiet.
Emenda 15
Proposta għal Regolament
Premessa 14
(14)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill  1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni,
(14)  L-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim teżiġi li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja provviżorji u definittivi, għall-impożizzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza, u għat-tmiem ta' investigazzjoni u ta' proċedura mingħajr miżuri. Skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, regoli u prinċipji ġenerali dwar mekkaniżmi għall-kontroll tal-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu stipulati permezz ta' regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Sakemm ikun hemm l-adozzjoni ta' dak ir-regolament ġdid, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni jibqgħu applikabbli, b'eċċezzjoni għall-proċedura regolatorja bi skrutinju li mhux applikabbli,
Emenda 16
Proposta għal Regolament
Premessa 14 a (ġdida)
(14a)  Dan ir-regolament għandu jkopri biss prodotti magħmula fl-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea. M'għandux ikopri prodotti, partijiet jew komponenti li l-produzzjoni tagħhom hija mogħtija b'kuntratt lil zoni ta' manifattura bħal Kaesong. Qabel ma l-ambitu ta' dan ir-Regolament jista' jiġi estiż biex jinkludi prodotti mogħtija b'kuntratt lil zoni ta' manifattura esterni, huwa għandu jiġi emendat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Fi kwalunkwe estensjoni tal-ambitu tar-regolament għandu jiġi żgurat li l-obbligi tal-Kapitolu 13 tal-Ftehim ikunu osservati wkoll f'zoni esterni ta' manifattura.
Emenda 17
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – punt a
(a)  “Industrija tal-Unjoni” tfisser il-produtturi tal-Unjoni kollha bħala grupp wieħed ta' prodotti simili jew ta' prodotti li jikkompetu direttament ma' xulxin fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, jew dawk il-produtturi tal-Unjoni li l-produttività kollettiva tagħhom ta' prodotti simili jew ta' prodotti li jikkompetu direttament ma' xulxin tikkostitwixxi proporzjon ewlieni tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' dawn il-prodotti;
(a)  “Industrija tal-Unjoni” tfisser il-produtturi tal-Unjoni kollha bħala grupp wieħed ta' prodotti simili jew ta' prodotti li jikkompetu direttament ma' xulxin fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, jew dawk il-produtturi tal-Unjoni li l-produttività kollettiva tagħhom ta' prodotti simili jew ta' prodotti li jikkompetu direttament ma' xulxin tikkostitwixxi proporzjon ewlieni tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' dawn il-prodotti. Fil-każijiet fejn prodott simili jew direttament kompettittiv ikun biss wieħed minn fost għadd ta' prodotti li huma magħmulin minn produtturi li jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni, l-industrija għandha tkun definita bhala l-operazzjonijiet speċifiċi li jkunu involuti fil-produzzjoni tal-prodott simili jew direttament kompetittiv;
Emenda 18
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – punt c
(c) “theddida ta' dannu serju” tfisser dannu serju li jkun imminenti biċ-ċar; determinazzjoni tal-eżistenza ta' tehdida ta' dannu serju għandha tissejjes fuq il-fatti u mhux sempliċement fuq allegazzjoni, konġentura jew possibbiltà remota;
(c) “theddida ta' dannu serju” tfisser dannu serju li jkun imminenti biċ-ċar; determinazzjoni tal-eżistenza ta' tehdida ta' dannu serju għandha tissejjes fuq il-fatti verifikabbli u mhux sempliċement fuq allegazzjoni, konġentura jew possibbiltà remota; it-tbassir, l-istimi u l-analiżijiet magħmulin fuq il-bażi tal-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 4(5), għandhom, inter alia, jiġu kkunsidrati għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta' theddida ta' dannu serju;
Emenda 19
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – punt e a (ġdid)
(ea) “partijiet interessati” tfisser partijiet affettwati mill-importazzjoni tal-prodott in kwestjoni;
Emenda 20
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – punt e b (ġdid)
(eb) “prodotti” tfisser oġġetti magħmula fl-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea. Ma jinkludux oġġetti u komponenti li l-produzzjoni tagħhom tingħata b'kuntratt lil zoni ta' manifattura esterni. Qabel ma l-ambitu tar-regolament jista' jiġi estiż biex jinkludi prodotti mogħtija b'kuntratt lil zoni ta' manifattura esterni, huwa għandu jiġi emendat skont il-proċedura leġiżlattva ordinarja;
Emenda 21
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – punt e c (ġdid)
(ec) “tali kundizzjonijiet li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw” tinkludi fatturi bħalma huma l-kapaċità ta' produzzjoni, ir-rata tal-użu, prattika rigward munita u kundizzjonijiet tax-xogħol ta' pajjiż terz f'dak li jirrigwarda manifattura ta' komponenti u materjali inkorporati fil-prodott konċernat;
Emenda 22
Proposta għal Regolament
Artikolu 1 – punt e d (ġdid)
(ed) “reġjun(i)” tfisser Stat Membru wieħed jew aktar tal-Unjoni.
Emenda 23
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
1.  Miżura ta' salvagwardja tista' tiġi imposta skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament fejn prodott li joriġina fil-Korea, bħala riżultat tat-tnaqqis jew it-tneħħija tad-dazji tad-dwana fuq dan il-prodott, jiġi impurtat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi mal-produzzjoni domestika, u taħt kundizzjonijiet tali li jikkawża jew jhedded li jikkawża dannu serju lill-industrija tal-Unjoni li tipproduċi prodott simili jew f'kompetizzjoni diretta.
1.  Miżura ta' salvagwardja tista' tiġi imposta skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament fejn prodott jew attività ekonomika li joriġinaw fil-Korea, bħala riżultat tat-tnaqqis jew it-tneħħija tad-dazji tad-dwana fuq dan il-prodott jew din l-attività , jiġi impurtat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi mal-produzzjoni domestika, u taħt kundizzjonijiet tali li jikkawża jew jhedded li jikkawża dannu serju lill-industrija tal-Unjoni li tipproduċi prodott jew attività simili jew f'kompetizzjoni diretta.
Emenda 24
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Fejn jirriżulta, primarjament fuq il-bażi tal-fatturi msemmijin fl-Artikolu 4(5), illi l-kondizzjonijiet stabbiliti għall-adozzjoni tal-miżuri skont l-Artikoli 2(1) jiġu sodisfatti f'reġjun wieħed jew aktar tal-Unjoni, il-Kummissjoni, wara li tkun studjat soluzzjonijiet alternattivi, tista' eċċezzjonalment tawtorizza l-applikazzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza jew ta' salvagwardja limitati għar-reġjun(i) interessat(i) jekk tqis illi dawn il-miżuri applikati f'dan il-livell ikunu joqogħdu aħjar mill-miżuri applikati fl-Unjoni kollha kemm hi.
Dawn il-miżuri jridu jkunu temporanji u jridu jfixklu l-operat tas-suq intern mill-inqas possibbli. Għandhom jiġu adottati b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2).
Emenda 25
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 – paragrafi 2 a u b (ġodda)
2a.  Sabiex il-miżuri ta' salvagwardja jintużaw effettivament, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippreżenta rapport ta' monitoraġġ ta' kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar statistika aġġornata rigward importazzjoni mill-Korea li jkollha impatt fuq setturi sensittivi tal-UE b'riżultat tal-Ftehim.
2b.  Fil-każ li jkun hemm theddida ta' dannu ppruvat irrappurtat lill-Kummissjoni mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tqis twessax l-ambitu tal-moniteraġġ għal setturi oħra li jkun hemm impatt fuqhom (partijiet interessati).
Emenda 26
Proposta għal Regolament
Artikolu 2 a (ġdid)
Artikolu 2a
Monitoraġġ
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-andament tal-istatistika tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti Koreani, u għandha tikkoopera u tiskambja data fuq bażi regolari mal-Istati Membri u l-industrija fl-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jagħtu data statistika adegwata u ta' kwalità tajba, b'mod diliġenti.
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib l-istatistika Koreana u ta' pajjiżi terzi u tipprevedi għal firxa ta' prodotti potenzjalment affettwati mir-rifużjoni tad-dazji minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
Emenda 27
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1
1.  Jingħata bidu għal investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm xhieda biżżejjed li tiġġustifika din l-inizjazzjoni.
1.  Investigazzjoni għandha tinfetaħ fuq talba ta' Stat Membru, tal-Parlament Ewropew, tal-Grupp Konsultattiv Domestiku, ta' kwalunkwe persuna ġuridika jew assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika li taġixxi in rappreżentanza tal-industrija tal-Unjoni u tkun tirrappreżenta mhux inqas minn 25% minnha jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm xhieda prima facie biżżejjed skont ma hu determinat fuq il-bażi tal-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 4(5) li tiġġustifika dan il-ftuħ.
Emenda 28
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  It-talba sabiex tinbeda investigazzjoni għandha tinkludi provi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imposti għall-miżuri ta' salvagwardja kif mifhum fl-Artikolu 2(1). It-talba għandha ġeneralment tinkludi t-tagħrif li ġej: ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjoni tal-prodott konċernat f'termini assoluti u relativi, is-sehem tas-suq domestiku meħud minn importazzjoni miżjuda, bidliet fil-livell ta' bejgħ, produzzjoni, prodottività, kapaċità ta' użu, qligħ u telf, u impiegi.
Emenda 29
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 b (ġdid)
1b.  Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, u għal perjodu ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lil prodotti mitmuma mir-Repubblika tal-Korea li jiġu importanti fl-Unjoni Ewropea b'rata akbar meta din iż-żieda tkun attribwibbli għal użu akbar ta' prodotti mitmuma ta' partijiet jew ta' komponenti importati mir-Repubblika tal-Korea minn pajjiżi terzi li ma ffirmawx ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Unjoni Ewropea u li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet għar-rifjużoni tad-dazji jew l-eżenzjonijiet minn dazji.
Emenda 30
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2
2.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni f'każ li x-xejriet fl-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea jidhru li jitolbu miżuri ta' salvagwardja. Dan it-tagħrif għandu jkun fih ix-xhieda disponibbli kif iddeterminat abbażi tal-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dan it-tagħrif lill-Istati Membri kollha fi żmien tlett ijiem tax-xogħol .
2.  L-Istati Membri, jew l-industrija fl-Unjoni għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni f'każ li x-xejriet fl-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Korea jidhru li jitolbu miżuri ta' salvagwardja. Dan it-tagħrif għandu jkun fih ix-xhieda disponibbli kif iddeterminat abbażi tal-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 4(5) . Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol, tagħmel upload ta' dan it-tagħrif fuq l-online-platform imsemmija fl-Artikolu 9 (l-Online-Platform), u għandha tibgħat notifika ta' upload lill-Istati Membri kollha, lill-industrija tal-Unjoni, u lill-Parlament Ewropew .
Emenda 31
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
3.  Il-konsultazzjoni mal-Istati Membri għandha sseħħ fi żmien tmient ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tibgħat it-tagħrif lill-Istati Membri kif stipulat fil-paragrafu 2 fi ħdan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.1. Fejn, wara l-konsultazzjoni, jidher li hemm biżżejjed xhieda li tiġġustifika inizjazzjoni ta' proċedura, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-inizjazzjoni ta' proċedura għandha sseħħ fi żmien xahar mill-wasla tat-tagħrif għand Stat Membru.
3.  Il-konsultazzjoni mal-Istati Membri għandha sseħħ fi żmien tmient ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tibgħat it-tagħrif kif stipulat fil-paragrafu 2 fi ħdan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10 abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11. Fejn, wara l-konsultazzjoni, jidher li hemm biżżejjed xhieda determinata fuq il-bażi tal-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 4(5) li tiġġustifika inizjazzjoni ta' proċedura, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż fl-Online-Platform u fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-inizjazzjoni ta' proċedura għandha sseħħ fi żmien xahar mit-talba minn Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, jew mill-industrija tal-Unjoni.
Emenda 32
Proposta għal Regolament
Artikolu 3 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.  Provi li jinġabru għall-iskop li jingħata bidu għal proċeduri skont l-Artikolu 14(2) tal-Protokoll tar-Regoli ta' Oriġini anness mal-Ftehim (rifużjoni jew eżenzjoni minn dazju) jistgħu ukoll jiġu inklużi f'investigazzjonijiet li jkollhom l-iskop li jimponu miżuri ta' salvagwardja meta l-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-artikolu jkunu ġew sodisfatti.
Emenda 33
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Wara l-inizjazzjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni.
1.  Wara l-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni. Il-perijodu ta' investigazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(3) għandu jibda minn dakinhar li d-deċiżjoni li tinfetaħ l-investigazzjoni tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
Emenda 34
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jipprovdu tagħrif u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex iwettqu din it-talba. Meta dan it-tagħrif ikun ta' interess ġenerali jew meta t-trażmissjoni tiegħu tkun intalbet minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħaddih lill-Istati Membri kollha sakemm ma jkunx kunfidenzjali. Jekk it-tagħrif ikun kunfidenzjali l-Kummissjoni għandha tippreżenta sommarju mhux kunfidenzjali.
2.  Il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jipprovdu tagħrif u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex iwettqu din it-talba. Meta dan it-tagħrif ikun ta' interess ġenerali jew meta t-trażmissjoni tiegħu tkun intalbet minn Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel upload tat-tagħrif kollu fl-Online-Platfom sakemm ma jkunx kunfidenzjali. Jekk it-tagħrif ikun kunfidenzjali l-Kummissjoni għandha tagħmel upload ta' taqsira mhux kunfidenzjali.
Emenda 35
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  L-investigazzjoni għandha tasal fi tmiemha, fejn ikun possibbli, fi żmien sitt xhur mill-inizjazzjoni tal-investigazzjoni. F'ċirkostanzi eċċezzjonali ġġustifikati kif jixraq mill-Kummissjoni, dan il-perjodu ta' żmien jista' jiġġedded b'perjodu ieħor ta' tliet xhur.
3.  L-investigazzjoni għandha tasal fi tmiemha fi żmien 200 jum mill-inizjazzjoni tal-investigazzjoni.
Emenda 36
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5
5.  Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi kollha rilevanti ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet żejda, it-tibdil fil-livell tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-produttività, l-użu tal-kapaċità, il-qligħ u t-telf, u l-impjieg.
5.  Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi kollha rilevanti ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet żejda, it-tibdil fil-livell tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-produttività, l-użu tal-kapaċità, il-qligħ u t-telf, u l-impjieg. Dan l-elenku ma jkunx eżawstiv u l-Kummissjoni tkun tista' tqis fatturi oħra relevanti fid-determinazzjoni tagħha tad-dannu, bħalma huma l-istokkijiet, il-prezzijiet, ir-ritorn fuq il-kapital impjegat, il-fluss tal-flus, u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew jistgħu ikkawżaw dannu gravi jew jheddu li jikkawżaw dannu gravi. Fil-każ li kontenut ta' pajjiż terz komunament jammonta għal ammont sinifikattiv tal-infiq tal-manifattura tal-prodott konċernat, il-Kummissjoni għandha wkoll tivvaluta, bħala fattur li jolqot is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, ir-rata tal-użu, prattika rigward munita u kundizzjonijiet tax-xogħol tal-pajjiżi terzi konċernati.
Emenda 37
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a.  Barra minn hekk, fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tinvestiga b'mod partikolari l-osservanza mir-Repubblika tal-Korea tal-istandards soċjali u ambjentali stipulati fil-Kapitolu 13 tal-Ftehim u kwalunkwe effett konsegwenti għall-iffissar ta' prezzijiet jew vantaġġ kompetittiv inġust li potenzjalment iwassal għal dannu serju jew theddida ta' dannu serju għall-produtturi jew setturi speċifiċi tal-ekonomija fl-Unjoni Ewropea.
Emenda 38
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5 b (ġdid)
5b.  Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha wkoll tevalwa l-osservanza tar-regoli tal-Ftehim dwar ostakoli mhux tariffarji għall-kummerċ u kwalunkwe dannu serju għall-produtturi u setturi individwali tal-ekonomija fl-Unjoni Ewropea li jistgħu jirriżultaw minn dan.
Emenda 39
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 6
6.  Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom skont il-paragrafu 3 (4) (b) u r-rappreżentanti tar-Repubblika tal-Korea jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw it-tagħrif kollu magħmul disponibbli lill-Kommissjoni b'konnessjoni mal-investigazzjoni għajr id-dokumenti interni mħejjija mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, sakemm dan it-tagħrif ikun rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom u mhux konfidenzjali fit-tifsira tal-Artikolu 9 u li jintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom jistgħu jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom dwar it-tagħrif ikkonċernat lill-Kummissjoni. Dawn il-fehmiet jistgħu jiġu kkunsidrati meta jkunu mirfuda b'xhieda suffiċjenti.
6.  Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom skont il-paragrafu 3 (4) (b) u r-rappreżentanti tar-Repubblika tal-Korea jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw it-tagħrif kollu magħmul disponibbli lill-Kommissjoni b'konnessjoni mal-investigazzjoni għajr id-dokumenti interni mħejjija mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, sakemm dan it-tagħrif ikun rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom u mhux konfidenzjali fit-tifsira tal-Artikolu 9 u li jintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom jistgħu jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom dwar it-tagħrif ikkonċernat lill-Kummissjoni. Dawn il-fehmiet għandhom jiġu kkunsidrati meta jkunu mirfuda b'xhieda suffiċjenti.
Emenda 40
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 – paragrafu 7
7.  Il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati. Dawn il-partijiet għandhom jinstemgħu meta jkunu għamlu applikazzjoni bil-miktub fil-perjodu taż-żmien stabbilit fl-avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn juru illi attwalment x'aktarx ikunu sejrin jintlaqtu mir-riżultat tal-investigazzjoni u illi jeżistu raġunijiet speċjali biex jinstemgħu bil-fomm.
7.  Il-Kummissjoni għandha tisma' lil partijiet interessati. Dawn il-partijiet għandhom jinstemgħu meta jkunu għamlu applikazzjoni bil-miktub fil-perjodu taż-żmien stabbilit fl-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn juru illi attwalment x'aktarx ikunu sejrin jintlaqtu mir-riżultat tal-investigazzjoni u illi jeżistu raġunijiet speċjali biex jinstemgħu bil-fomm.
Il-Kummissjoni għandha tisma' lil tali partijiet f'aktar okkażjonijiet jekk ikun hemm raġunijiet speċjali l-għala jerġgħu jinstemgħu.
Emenda 41
Proposta għal Regolament
Artikolu 4 a (ġdid)
Artikolu 4a
Miżuri ta' sorveljanza
1.  Fejn it-tendenza fl-importazzjonijiet ta' prodott li joriġina fir-Repubblika tal-Korea hija tali li dawn jistgħu jwasslu għal waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, l-importazzjonijiet ta' dan il-prodott jistgħu jkunu soġġetti għas-sorveljanza minn qabel tal-Unjoni Ewropea.
2.  Id-deċiżjonijiet dwar l-impożizzjoni tas-sorveljanza għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(1).
3.  Il-miżuri ta' sorveljanza għandu jkollhom perijodu limitat ta' validità. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor, dawn ma jibqgħux validi fi tmiem it-tieni perijodu ta' sitt xhur wara l-ewwel sitt xhur wara li l-miżuri jkunu ġew introdotti.
4.  Il-miżuri ta' sorveljanza jistgħu jkunu limitati għat-territorju ta' reġjun wieħed jew aktar tal-Unjoni fejn ikun meħtieġ.
Emenda 42
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
1.  Miżuri ta' salvagwardja provviżorji għandhom jiġu applikati f'ċirkustanzi kritiċi fejn dewmien jikkawża ħsara li tkun diffiċli li tissewwa, skont determinazzjoni preliminari li hemm xhieda ċara li l-importazzjonijiet ta' prodott li joriġina mir-Repubblika tal-Korea jkunu żdiedu bħala riżultat tat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazju doganali skont il-Ftehim, u li dawn l-importazzjonijiet jikkawżaw dannu serju, jew theddida ta' dan, lill-industrija domestika. Il-miżuri provviżorji għandhom jittieħdu abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.1.
1.  Miżuri ta' salvagwardja provviżorji għandhom jiġu applikati f'ċirkustanzi kritiċi fejn dewmien jikkawża ħsara li tkun diffiċli li tissewwa, skont determinazzjoni preliminari abbażi tal-fatturi msemmijin fl-Artikolu 4(5) li hemm xhieda biżżejjed li l-importazzjonijiet ta' prodott li joriġina mir-Repubblika tal-Korea jkunu żdiedu bħala riżultat tat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazju doganali skont il-Ftehim, u li dawn l-importazzjonijiet jikkawżaw dannu serju, jew theddida ta' dan, lill-industrija domestika. Il-miżuri provviżorji għandhom jittieħdu abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.
Emenda 43
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Fejn Stat Membru jitlob intervent immedjat mill-Kummissjoni u fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiġu sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba.
2.  Fejn Stat Membru, il-Parlament Ewropew, jew l-industrija tal-Unjoni jitlobu intervent immedjat mill-Kummissjoni u fejn il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1 jiġu sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-wasla tat-talba. Il-perijodu ta' investigazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(3) jibda minn dakinhar li tittieħed id-deċiżjoni għall-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji ta' salvagwardja.
Emenda 44
Proposta għal Regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.  Il-miżuri msemmija f'dan Artikolu għandhom japplikaw għal kull prodott li jinħareġ fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. B'danakollu, tali miżuri ma għandhomx iżommu id-dħul fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti li diġà jinsabu fi triqthom lejn l-Unjoni, għalkemm id-destinazzjoni ta' tali prodotti ma tkunx tista' tinbidel.
Emenda 45
Proposta għal Regolament
Artikolu 6
Fejn miżuri ta' salvagwardja bilaterali jitqiesu mhux meħtieġa l-investigazzjoni u l-proċedura għandhom jiġu terminati abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.2 .
1.  Fejn miżuri ta' salvagwardja bilaterali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-investigazzjoni u l-proċedura għandhom jiġu terminati abbażi tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11 .
2.  Bla ħsara għall-paragrafu 1, jekk il-Parlament Ewropew jesprimi oġġezzjoni għall-abbozz ta' deċiżjoni li ma jiġux imposti miżuri ta' salvagwardja bilaterali minħabba li din id-deċiżjoni tkun qed tiċħad l-intenzjoni tal-leġiżlatur, il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina l-abbozz ta' deċiżjoni. Filwaqt li tqis ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni u fil-limitu ta' żmien tal-proċedura li tkun għaddejja, il-Kummissjoni tista' tippreżenta abbożż ta' deċiżjoni ġdida lill-kumitat jew tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont it-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-kumitat dwar l-azzjoni li tkun beħsiebha tieħu u r-raġunijiet għaliex se tagħmel hekk.
3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport b'dak li tkun sabet u bil-konklużjonijiet raġunati li tkun waslet għalihom f'kull materja pertinenti ta' fatt u ta' dritt filwaqt li tqis kif jistħoqq il-ħarsien ta' tagħrif kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 9.
Emenda 46
Proposta għal Regolament
Artikolu 7
Fejn il-fatti kif stabbiliti b'mod finali juru li ċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 2.1 huma sodisfatti, għandha tittieħed deċiżjoni biex jiġu imposti miżuri ta' salvagwardja bilaterali skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11.2 .
Fejn il-fatti kif stabbiliti b'mod finali juru li ċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 2.1 huma sodisfatti, għandha tittieħed deċiżjoni biex jiġu imposti miżuri ta' salvagwardja bilaterali skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(1) .
Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubbliku, filwaqt li tqis kif jistħoqq il-ħarsien ta' tagħrif kunfidenzjali skont it-tifsira tal-Artikolu 9, rapport b'taqsira tal-fatti materjali u l-konsiderazzjoni relevanti għad-determinazzjoni.
Emenda 47
Proposta għal Regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Miżura ta' salvagwardja tibqa' fis-seħħ - sakemm joħroġ ir-riżultat tar-reviżjoni - tul kwalunkwe perijodu ta' estensjoni.
Emenda 48
Proposta għal Regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data u l-istatistika meħtieġa għall-investigazzjoni jkunu disponibbli, jinftehmu, trasparenti u verifikabbli. Il-Kummissjni għandha, hekk kif jitwaqqaf il-qafas tekniku meħtieġ, tistabilixxi portal online protett b'password, li hija għandha tiġġestixxi u li permezz tiegħu it-tagħrif kollu relevanti mhux kunfidenzjali, skont it-tifsira ta' dan l-Artikolu, għandu jiġi mifrux. L-Istati Membri, l-industrija reġistrata tal-Unjoni, il-Grupp Konsultattiv Domestiku u l-Parlament Ewropew għandhom jingħataw aċċess għal din l-online-platform kulmeta jitolbuh. It-tagħrif jinkludi it-tagħrif statistiku relevanti għad-determinazzjoni jekk kemm-il darba l-evidenza tkun tissodisfa r-rekwiżiti kif jingħad fl-Artikolu 2(1), kif ukoll kull tagħrif ieħor relevanti marbut ma' xi investigazzjoni.
It-tagħrif li jasal permezz ta' din l-Online-Platfom għandu jintuża biss għall-iskop li għalih ikun intalab. Kull tagħrif ta' xorta kunfidenzjali jew kull tagħrif li jingħata fuq bażi kunfidenzjali li jiġi rċevut skont dan ir-Regolament ma għandux jiġi żvelat mingħajr il-permess speċifiku ta' min jipprovdi dan it-tagħrif.
Emenda 49
Proposta għal Regolament
Artikolu 10
Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat stipulat fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 260/2009 għandu japplika mutatis mutandis.
Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat stipulat fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet.
Emenda 50
Proposta għal Regolament
Artikolu 10 a (ġdid)
Artikolu 10a
Rapport
1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubbliku rapport ta' kull sena dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Dan ir-rapport għandu jinkludi tagħrif dwar l-attivitajiet tal-korpi varji responsabbli għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u r-rispett tal-obbligi li jirriżultaw minnu, inklużi obbligi rigward ostakoli għall-kummerċ.
2.  Sezzjonijiet speċjali tar-rapport għandhom jirrigwardaw it-twettiq tal-obbligi skont il-Kapitolu 13 tal-Ftehim u l-attivitajiet tal-Grupp Konsultattiv Domestiku u l-Forum tas-Soċjetà Ċivili.
3.  Ir-rapport għandu wkoll jippreżenta ġabra fil-qosor tal-istatistika u l-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-Korea. Għandu jkun fih menzjoni speċjali tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rifużjoni tad-dazji.
4.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu, fi żmien xahar, jistiednu lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament jew tal-Kunsill ħalli tippreżenta u tispjega kwalunkwe kwestjoni li tirrigwarda l-implimentazzjoni tal-Ftehim.
Emenda 51
Proposta għal Regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
imħassar
Emenda 52
Proposta għal Regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
3.  Il-perjodu previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE huwa stabbilit għal xahar.
imħassar
Emenda 53
Proposta għal Regolament
Artikolu 11 a (ġdid)
Artikolu 11a
Rapportar
1.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubbliku rapport ta' kull sena dwar l-applikazzjoni u l-funzjonament tal-klawsola ta' salvagwardja. Ir-rapport għandu jinkludi ġabra fil-qosor tat-talbiet r-rikjesti għall-ftuħ ta' proċedimenti, tal-investigazzjonijiet u r-riżultati tagħhom, tat-tmiem tal-investigazzjonijiet u l-proċedimenti mingħajr miżuri, tal-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji ta' salvagwardja jew ta' miżuri definittivi, u l-ġustifikazzjoni għal kull deċiżjoni dwar dawn il-materji akkumpanjata minn ġabra fil-qosor tat-tagħrif u l-fatti relevanti.
2.  Ir-rapport għandu wkoll jippreżenta ġabra fil-qosor tal-istatistika u l-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-Korea. Għandu jkun fih menzjoni speċjali tar-riżultati tal-monitoraġġ tar-rifużjoni tad-dazji.
3.  Il-Paralment Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jsejħu lill-Kummissjoni fi żmien xahar għal laqgħa ad hoc tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropea jew tal-Kunsill ħalli tippreżentata u tispjega kwalsiasi materja marbuta mal-applikazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja, ir-rifużjoni tad-dazji, jew l-Ftehim inġenerali.
Emenda 54
Proposta għal Regolament
Article 11 b (ġdid)
Artikolu 11b
Proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Protokoll tar-Regoli tal-Oriġini
1.  Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 14 (Rifużjoni jew eżenzjoni tad-dazji) tal- Protokoll tar-Regoli tal-Oriġini, il-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tal-istatistika tal-importazzjoni u l-esportazzjoni relevanti kemm f'dak li għandu x'jaqsam mal-valur, u kemm, fejn xieraq, fil-kwantitajiet u għandha taqsam b'mod regolari dik id-data mal-Parlament Ewropew, mal-Kunsill u mal-industrija kkonċernata tal-Unjoni, u tirrapportalhom is-sejbiet tagħha. Il-monitoraġġ għandu jibda mal-applikazzjoni provviżorja u d-data għandha tkun maqsuma fuq bażi ta' kull xahrejn.
Barra mil-linji tariffarji imdaħħla fl-Artikolu 14.1 tal-Protokoll tar-Regoli tal-Oriġini, il-Kummissjoni għandha tfassal, b'koperazzjoni mal-industrija tal-Unjoni, lista ta' linji tariffarji ewlenin li ma jkunux speċifiċi għas-settur awtomobilistiku, imma jkunu siewja għall-manifattura tal-karozzi u setturi oħrajn marbutin. Għandu jsir monitoraġġ speċifiku kif jingħad fl-Artikolu 14.1 tal-Protokoll tar-Regoli tal-Oriġini.
2.  Meta jkun hemm talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha minnufih tara jekk il-kondizzjonijiet għall-invokazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Protokoll tar-Regoli tal-Oriġini humiex sodisfatti u tagħmel rapport dwar dak li ssib fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mit-talba. Wara li jsiru l-konsultazzjoni fil-qafas tal-kumitat speċjali msemmi fl-Artikolu 207(3), subparagrafu 3, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet mal-Korea kulmeta l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar ir-Regoli tal-Oriġini jiġu sodisfatti. Il-Kummissjoni għandha tqis li l-kundizzjonijiet ikunu sodisfatti, inter alia, meta jintlaħqu l-limiti massimi msemmijin fil-paragrafu 3.
3.  Differenza ta' 10 punti perċentwali għandha titqies “sinifikattiva” għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2.1(a) tal-Artikolu 14 tal-Protokoll tar-Regoli tal-Oriġini fl-evalwazzjoni taż-żieda fir-rata ta' importazzjoni ta' partijiet jew komponenti lejn jew fil-Korea meta mqabbla mar-rata miżjuda ta' esportazzjoni mill-Korea lejn l-UE ta' prodotti lesti. Żieda ta' 10% għandha titqies bħala “sinifikattiva” għall-finijiet tal-applikazzjonijiet tal-paragrafu 2.1(b) tal-Artikolu 14 tal-Protokoll tar-Regoli tal-Oriġini meta ssir evalwazzjoni taż-żieda fl-esportazzjoni mill-Korea lejn l-UE tal-prodotti lesti, f'termini assoluti jew relativi, għall-produzzjoni domestika. Żidiet taħt dawn il-livelli massimi jistgħu wkoll jitqiesu “sinifikattivi” fuq bażi individwali.

(1) Il-kwistjoni ġiet imbgħad riferuta lura lill-kumitat skont l-Artikolu 57(2), it-tieni subparagrafu (A7-0210/2010).

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Lulju 2011Avviż legali