Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/0108(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0112/2010

Testi mressqa :

A7-0112/2010

Dibattiti :

PV 21/09/2010 - 3
CRE 21/09/2010 - 3

Votazzjonijiet :

PV 21/09/2010 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2010)0322

Testi adottati
PDF 101kDOC 90k
It-Tlieta, 21 ta' Settembru 2010 - Strasburgu Verżjoni finali
Is-sigurtà tal-provvista tal-gass ***I
P7_TA(2010)0322A7-0112/2010
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat
 Anness

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jissalvagwardaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva 2004/67/KE (COM(2009)0363 – C7-0097/2009 – 2009/0108(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew ,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0363 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0097/2009),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill intitolata “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294 (3) u l-Artikolu 194 (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Jannar 2010(1) ,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-25 ta' Ġunju 2010 li l-posizzjoni tal-Parlament tiġi approvata, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0112/2010),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif stabbilita hawn taħt;

2.  Jieħu nota tal-istqarrijiet tal-kummissjoni annessi ma' din ir-risoluzzjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1) Għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Posizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-21 ta' Settembru 2010 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament (UE) Nru .../2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE
P7_TC1-COD(2009)0108

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 994/2010.)


ANNESS

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà fit-tul ta' miżuri ta' provvista, inkluża d-diversifikazzjoni tas-sorsi u r-rotot tal-provvista tal-gass, il-kooperazzjoni reġjonali u l-kooperazzjoni internazzjonali fl-effiċjenza enerġetika

Il-Kummissjoni tisħaq li d-diversifikazzjoni tas-sorsi u r-rotot tal-provvista tal-gass għall-Unjoni hija essenzjali biex tittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-Istati Membri individwali u l-Unjoni inġenerali.

Wara li l-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li tiżviluppa sigurtà fit-tul ta' strateġija tal-provvissta, sa tmiem l-2010 hija se tadotta Pakkett dwar l-Infrastruttura tal-Enerġija komprensiv li jivvaluta l-prijoritajiet għall-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-gass fl-għexieren ta' snin li ġejjin u l-iżvilupp miksub fil-prijoritajiet identifikati fit-Tieni Analiżi Strateġika dwar l-Enerġija. Il-Pakkett dwar l-Infrastruttura tal-Enerġija se jidentifika l-istrumenti u l-miżuri biex jipprovdi inċentivi għall-investimenti fl-infrastrutturi tal-gass, b'mod partikolari inklużi d-diversifikazzjoni tar-rotot tal-provvista, l-integrazzjoni tal-“gżejjer tal-gass”, il-faċilitajiet tal-gass naturali likwifikat (LNG), kif ukoll il-kapaċitajiet tal-ħżin.

Il-Kummissjoni tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni mill-qrib tal-partijiet interessati kollha fil-livelli kollha fl-inizjattivi reġjonali, jiġifieri l-Istati Membri, ir-Regolaturi indipendenti, l-industrija tal-gass u l-konsumaturi. Fl-2010, il-Kummissjoni se toħroġ Komunikazzjoni dwar l-inizjattivi reġjonali biex tipprovdi gwida dwar kif jista' jsir il-progress bl-aħjar mod u biex tkompli tiżviluppa l-inizjattivi eżistenti dwar il-kooperazzjoni reġjonali. Il-kooperazzjoni reġjonali mill-qrib hija kruċjali biex jintlaħaq suq intern tal-enerġija li jiffunzjona kompletament. Il-Komunikazzjoni dwar l-inizjattivi reġjonali se tagħmel il-proposti għall-għanijiet komuni u l-aqwa prassi.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-effiċjenza enerġetika għandha rwol importanti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija fit-tul. Il-Kummissjoni se tkompli tiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi terzi biex tippromwovi l-effiċjenza enerġetika permezz tal-iskambju tal-informazzjoni dwar l-istrateġiji dwar l-iffrankar tal-enerġija, ir-riċerka dwar it-teknoloġiji effiċjenti enerġetika u l-qsim tal-aqwa prassi, permezz tas-Sħubija Internazzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija u permezz tal-arranġamenti bilaterali

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni fir-rigward tal-premessa 45

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-referenza fil-premessa 45 għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni tkopri l-forom kollha ta' restrizzjoni tal-kompetizzjoni, inklużi b'mod partikolari l-klawsoli restrittivi tal-kuntratti, pereżempju l-klawsoli ta' destinazzjoni.

Il-Kummissjoni tikkonferma wkoll li l-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-TFUE għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 45 se jsiru fejn xieraq mill-Kummissjoni jew minn awtorità kompetenti għall-kompetizzjoni waħda jew iktar tal-Istati Membri, b'konformità mad-dispożizzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat(1) .

(1) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Settembru 2011Avviż legali