Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/2644(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0224/2011

Testi mressqa :

B7-0224/2011

Dibattiti :

PV 23/03/2011 - 17
CRE 23/03/2011 - 17

Votazzjonijiet :

PV 24/03/2011 - 6.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2011)0118

Testi adottati
PDF 65kDOC 32k
Il-Ħamis, 24 ta' Marzu 2011 - Brussell Verżjoni finali
Is-sitwazzjoni fil-Ġappun, inklużi l-allarmi rigward l-impjanti nukleari
P7_TA(2011)0118B7-0224/2011

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2011 dwar is-sitwazzjoni fil-Ġappun, b'mod partikolari l-istat ta' allarm fl-impjanti nukleari

Il-Parlament Ewropew ,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

A.  billi jitqiesu t-terrimot devastanti u t-tsunami li laqtu lill-Ġappun u r-reġjun Paċifiku fil-11 ta' Marzu 2011, li rriżultaw f'eluf ta' mejtin u nies mitlufin u ħafna ħsarat materjali,

B.  billi din il-katastrofi wasslet għal inċident nukleari li gravi ħafna li affettwa l-impjant nukleari ta' Fukushima u li jikkostitwixxi theddida ġdida,

C.  billi d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Ġappuniż, Naoto Kan, li skontu l-pajjiż qed jaffaċċja l-aktar kriżi serja tiegħu f'dawn l-aħħar 65 sena, minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija,

1.  Jesprimi l-akbar solidarjetà tiegħu mal-poplu Ġappuniż u l-gvern tiegħu u jgħaddi l-kondoljanzi lill-vittmi ta' din il-katastrofi tripla, filwaqt li l-għadd ta' mwiet u l-ħsarat materjali għadhom ma ġewx għal kollox evalwati; jikkumplimenta l-mobilizzazzjoni, il-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-poplu Ġappuniż u tal-awtoritajiet li qed jaffaċċjaw din il-katastrofi;

2.  Jitlob lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex b'mod prijoritarju jibagħtu lejn il-Ġappun u r-reġjuni milquta l-għajnuna kollha u l-appoġġ neċessarji fil-livelli umanitarju, tekniku u finanzjarju u jifraħ għall-fatt li l-Unjoni ħaddmet immedjatament il-mekkaniżmu tagħha ta' protezzjoni ċivili sabiex tiġi kkoordinata l-għajnuna ta' emerġenza tagħha;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet Ġappuniżi.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Ġunju 2013Avviż legali